Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32005D0819

    2005/819/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4429)

    ĠU L 305, 24.11.2005, p. 40/40 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 614/614 (MT)

    Estatuto jurídico del documento Vigente: Este acto se ha modificado. Versión consolidada actual: 28/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/819/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    614


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Novembru 2005

    li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4429)

    (It-test Litwan biss huwa awtentiku)

    (2005/819/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2), minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw jeżentaw jew jintaxxaw ċerti tranżazzjonijiet; dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-bażi ta’ riżorsi tal-VAT;

    (2)

    Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, il-paragrafu 1 tat-Taqsima 8 (Tassazzjoni) ta’ l-Anness IX ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Komunitajiet Ewropej (3) jawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li teżenta ċerti tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva;

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Litwanja ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi ta’ riżorsi proprji tal-VAT għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva; dan il-kalkolu x’aktarx jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta mqabbel ma’ l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijiet fuq il-bażi ta’ riżorsi proprji tal-VAT totali tar-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Litwanja għandha għaldaqstant, skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89, tiġi awtorizzata tikkalkula l-bażi tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi;

    (4)

    Il-Kumitat ta’ Konsultazzjoni dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni;

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-iskop ta’ kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika tal-Litwanja hija awtorizzata, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89, li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tal-parti domestika tat-trasport tal-passiġġieri internazzjonali (l-Anness F, punt 17 tas-sitt Direttiva).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Dalia GRYBAUSKAITE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

    (2)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva hekk kif emendata bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

    (3)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 842.


    Arriba