Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0799

2005/799/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Novembru 2005 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/614/KE li tikkonċerna l-miżuri protettivi fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4396) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 301, 18.11.2005, p. 20–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 578–578 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/799/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

578


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Novembru 2005

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/614/KE li tikkonċerna l-miżuri protettivi fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4396)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/799/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) u (7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’ mod partikolari l-Artikolu 22(1) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/614/KE li tikkonċerna l-miżuri protettivi fir-rigward ta’ l-influwenza li hija patoġenika ħafna tat-tjur fir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel (3) ġiet adottata b’ rispons għat-tfaqqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur fl-għasafar li ma jtirux fl-Afrika ta’ Isfel.

(2)

Ir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel iddikjarat li issa hija ħielsa mill-influwenza tat-tjur u bagħtet rapport finali dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali lill-Kummissjoni flimkien ma’ talba għal emenda fid-Deċiżjoni 2004/614/KE kif meħtieġ.

(3)

L-informazzjoni li tinsab fir-rapport finali turi b’ mod ċar li t-tifqigħa fir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel kienet ġiet ristretta u li l-marda m’ għadhiex iktar preżenti fil-pajjiż. Il-miżuri protettivi fir-rigward tar-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel għalhekk m'għadhomx meħtieġa.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/614/KE għandha għalhekk tkun irrevokata.

(5)

Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/614/KE hi rrevokata.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-importazzjoni sabiex jinġiebu f’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jippubbliċizzaw il-miżuri adottati b’mod xieraq u immedjat. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)   ĠU L 275, 25.8.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2005/469/KE (ĠU L 165, 25.6.2005, p. 31).


Top