Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0754

    2005/754/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Ottubru 2005 dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

    ĠU L 284, 27.10.2005, p. 6–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 505–506 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/754/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    505


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Ottubru 2005

    dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

    (2005/754/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 (SEC(97) 2404) li toħloq il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) u li tawtorizza lill-President tal-Kummissjoni Ewropea biex jaħtar l-membri;

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2001 (C(2001) 691) li tikkonċerna l-emenda tad-delega tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 (1) dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

    Wara li kkunsidrat is-sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta’ interess imnedija fuq il-websajt ta’ l-EGE fl-20 ta’ Mejju 2005 b’data ta’ l-għeluq fl-20 ta’ Ġunju 2005;

    Billi:

    (1)

    Il-EGE hija entità konsultattiva indipendenti u multidixxiplinarja tal-Kummissjoni Ewropea, iffurmata minn 15-il membru;

    (2)

    Waslu 38 applikazzjoni wara s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess (2). 10 mill-membri huma eliġibbli li jerġgħu jiġu eletti (3) u 9 fost dawn jixtiequ li jiġu kkunsidrati.

    (3)

    Huwa meħtieġ li tkun żgurata firxa xierqa ta’ kapaċitajiet professjonali u esperjenza fil-mandat ta’ l-EGE;

    (4)

    Il-membri huma maħtura ad personam għall-kompetenzi u l-kwalitjiet personali tagħhom.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Iħatra ta’ dawn il-membri tal-EGE li spiċċalhom il-mandat huwa mġedded għal perjodu ta’ erba’ snin:

    (1)

    Rafael Capurro

    (2)

    Inez de Beaufort

    (3)

    Göran Hermerén

    (4)

    Linda Nielsen

    (5)

    Pere Puigdomenech Rosell

    (6)

    Günter Virt

    Artikolu 2

    L-individwi li ġejjin huma maħtura bħala membri tal-EGE għal perjodu ta’ erba’ snin:

    (1)

    Emmanuel Agius

    (2)

    Diána Bánáti

    (3)

    Anne Cambon-Thomsen

    (4)

    Carlo Casini

    (5)

    Jozef Glasa

    (6)

    Hille Haker

    (7)

    Julian Kinderlerer

    (8)

    Krzysztof Marczewski

    (9)

    Paula Martinho da Silva

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.

    (2)  Ara l-ħames punt ta’ l-Artikolu 3.2. tad-Deċiżjoni 2005/383/KE: “L-identifikazzjoni u l-għażla tal-membri ta’ l-EGE għandhom isiru fuq il-bażi ta’ sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta’ interess.”

    (3)  Ara t-tielet punt ta’ l-Artikolu 3.2. tad-Deċiżjoni 2005/383/KE: “Kull membru ta’ l-EGE għandu jiġi maħtura għal perjodu ta’ erba’ snin. Din il-ħatra tista’ tiġġedded għal massimu ta’ żewġ perjodi aktar.”


    Top