Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0014

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Jannar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/329/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-validità ta' miżuri transitorji dwar il-proċess tat-trattament permezz tas-sħana għad-demel skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5760) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 7, 11.1.2005, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 272–273 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/14(1)/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    272


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' Jannar 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/329/KE fir-rigward ta' l-estensjoni tal-validità ta' miżuri transitorji dwar il-proċess tat-trattament permezz tas-sħana għad-demel skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5760)

    (It-test Franċiż, Olandiż, Finlandiż u Żvediż biss huma awtentiċi)

    (Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/14/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li tipprovdi regoli tas-Saħħa dwar prodotti sekondarji (by-products) ta' l-annimali mhux intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 jipprovdi regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux intenzjonati għall-konsum mill-bniedem. Minħabba n-natura stretta ta' dawk ir-regoli, ġew konċessi miżuri transitorji.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/329/KE tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri transitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċess tat-trattament permezz tas-sħana għad-demel (2) jippermetti li l-industrija jkollha ż-żmien sabiex taġġusta u tiżviluppa proċess ta' trattament alternattiv bis-sħana għad-demel sal-31 ta' Diċembru 2004.

    (3)

    Il-Kummissjoni talbet l-opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) sabiex tiffaċilita proċess alternattiv tat-trattament tad-demel permezz tas-sħana. L-opinjoni ta' l-EFSA hija mistennija fil-bidu ta' l-2005. Waqt li kienet mistennija l-opinjoni ta' l-EFSA, l-Istati Membri u l-operaturi talbu lill-Kummissjoni sabiex testendi l-validità tal-miżuri transitorji pprovduti fid-Deċiżjoni 2003/329/KE sabiex jiġi evitat kull xkiel għall-kummerċ.

    (4)

    Il-miżuri transitorji pprovduti fid-Deċiżjoni 2003/329/KE għandhom għalhekk jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta' żmien sabiex ikun possibbli għall-Istati Membri li jawtoriżżaw lill-operaturi sabiex ikomplu japplikaw regoli nazzjonali għal proċess ta' trattament tad-demel permezz tas-sħana.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f' din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/329/KE hija emendata kif ġej:

     

    Fl-Artikolu 1, fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Diċembru 2004” hija sostitwita bid-data “31 ta' Diċembru 2005”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika tal-Finlandja.

    Magħmula Brussell, fis-6 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 273, ta' l-10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 668/2004 (ĠU L 112, tad-19.4.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 51.


    Top