This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0737
Commission Regulation (EC) No 737/2004 of 21 April 2004 amending the delivery obligations for cane sugar to be imported under the ACP Protocol and the India Agreement for the 2003/2004 delivery period
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li se jkun importat skond il-Protokoll ACP u l-Ftehim ta' l-Indja għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li se jkun importat skond il-Protokoll ACP u l-Ftehim ta' l-Indja għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004
ĠU L 116, 22.4.2004, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 30/04/2004
Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li se jkun importat skond il-Protokoll ACP u l-Ftehim ta' l-Indja għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2003 tat-30 ta' Ġunju 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għas-snin ta' marketing 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006 għall-importazzjoni ta' zokkor tal-kannamieli skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1464/95 u (KE) Nru 779/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) ta' l-istess, billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 443/2004 [3] stabbilixxa l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li se jiġi importat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' kunsinna 2003/2004. (2) Ir-Renju Unit issottometta applikazzjoni għat-trasferiment ta' l-obbligi tal-kunsinna għall-perijodi ta' kunsinna 2003/2004 u 2004/2005 iffissat għaż-Żimbabwe sabiex issir korrezzjoni ta' żball amministrattiv magħmul meta kienu qegħdin jiġu mogħtijin code l-applikazzjonijiet għal-liċenza ta' importazzjoni għal dak il-pajjiż. Dak l-iżball wassal biex il-liċenzi nħarġu għal 6858.11 tunnellata metrika aktar mill-obbligu ta' kunsinna ffissat għaż-Żimbabwe għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004. (3) Ġaladarba t-trasferiment ta' 6858.11 tunnellata metrika mill-obbligu ta' kunsinna taż-Żimbabwe għall-2004/2005 għall-obbligu għall 2003/2004 mhux se jiddisturba l-ftehim għall-fornitura msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, l-obbligu tal-kunsinna ffissat għaż-Żimbabwe għall-perjodu ta' kunsinna 2003/2004 għandu jiġi emendat. (4) Il-miżuri meħudin b'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-obbligi tal-kunsinna għall-importazzjoni ta' prodotti elenkati fil-Code CN 1701, espressi bħala ekwivalenti ta' zokkor abjad, li joriġinaw minn pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ACP u l-Ftehim ta' l-Indja għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004 għal kull pajjiż li jesporta hekk kif imniżżlin fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 443/2004 qegħdin jiġu bil-preżenti emendati kif jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, nhar il-21 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, pġ. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, pġ. 2). [2] ĠU L 162, ta' l-1.7.3, pġ. 25. [3] ĠU L 72, tal-11.3.4, pġ. 52. -------------------------------------------------- ANNESS Obbligi tal-kunsinna għall-importazzjoni ta' zokkor preferenzali, espressi fl-ekwivalenti ta' zokkor abjad, li joriġina minn pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll ACP u l-Ftehim ta' l-Indja għall-perijodu ta' kunsinna 2003/2004 Pajjiż Firmatarju għall-Protokoll ACP/Ftehim ta' l-Indja | Obbligi tal-Kunsinna 2003/2004 | Barbados | 50641,21 | Beliże | 38977,79 | Kongo | 10186,10 | Kosta ta' l-Ivorju | 10186,10 | Fiġi | 161123,25 | Gujana | 153799,11 | Indja | 10000,00 | Ġamajka | 118695,13 | Kenja | 0,00 | Madagaskar | 18815,50 | Malawi | 20564,84 | Mawrizju | 484278,72 | Uganda | 0,00 | Saint-Kitts-and-Nevis | 8804,51 | Surinam | 0,00 | Swaziland | 111298,16 | Tanzanija | 10189,35 | Trinidad-u-Tobago | 42054,47 | Zambja | 0,00 | Żimbabwe | 36658,00 | Total | 1286272,24 | --------------------------------------------------