EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0213

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2004 tal-5 ta' Frar 2004 li jissospendi għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur, fir-rigward ta' zokkor tal-kodiċijiet NM 1701 u 1702, impurtat mis-Serbja u l-Montenegro, l-arranġamenti provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000, li jintroduċi miżuri ta' kummerċ eċċezzjonali, għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw jew jassoċjaw ruħhom mal-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 36, 7.2.2004, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/213/oj

32004R0213



Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2004

tal-5 ta' Frar 2004

li jissospendi għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur, fir-rigward ta' zokkor tal-kodiċijiet NM 1701 u 1702, impurtat mis-Serbja u l-Montenegro, l-arranġamenti provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000, li jintroduċi miżuri ta' kummerċ eċċezzjonali, għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw jew jassoċjaw ruħhom mal-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità' Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000, li jintroduċi miżuri ta' kummerċ eċċezzjonali għal pajjizi u territorji li jipparteċipaw jew jassoċjaw ruħhom mal-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 [1], partikolarment l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 764/2003 [2] jissospendi, għal perjodu ta' tlett xhur, l-arranġamenti preferenzali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għaz-zokkor tal-kodiċijiet NM 1701 u 1702 impurtat mis-Serbja u l-Montenegro. din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq sejbiet li saru fis-Serbja u l-Montenegro, li jgħidu illi s-sistema ta' ċertifikazzjoni u kontroll ta' l-oriġini preferenzali ta' zokkor tal-kodiċijiet NM 1701 u 1702, ma ħallietx lill-awtorijitajiet kompetenti ta' dan il-pajjiz benefiċjarju illi jivverifikaw l-istat ta' l-oriġini tal-prodotti u jipprovdi koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-prova ta' l-oriġini.

(2) Peress illi ma sarux tibdiliet sinifikanti fis-sitwazzjoni fis-Serbja u l-Montenegro, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1343/2003 [3] jissospendi, għal perjodu addizjonali ta' sitt xhur, l-arranġamenti preferenzali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għal zokkor tal-kodiċijiet NM 1701 u 1702 importat mis-Serbja u l-Montenegro.

(3) Iż-żewg miżuri ta' sospensjoni ġew deċiżi fl-applikazzjoni tad-direttivi stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000.

(4) L-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 jgħid illi, fit-tmiem tal-perjodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk ittemmx jew testendix il-miżura ta' sospensjoni.

(5) Minkejja sforzi konsiderevoli mill-awtoritajiet tas-Serbja u l-Montenegro biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, qed jippersistu n-nuqqasijiet fis-sistema tagħhom għal ċertifikazzjoni u kontroll ta' oriġini preferenzali.

(6) Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonsidra illi l-miżura ta' sospensjoni għandha tiġi estiża għal perjodu addizjonali ta' sitt xhur, kull fejn hu konċernat zokkor tal-Kodiċijiet 1701 u 1702 dikjarat li joriġina fis-Serbja u Montenegro, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000.

(7) Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ġie infurmat b'dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-arranġamenti preferenzali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 għal zokkor tal-Kodiċijiet 1701 u 1702, impurtat mis-Serbja u l-Montenegro, huma sospizi għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa applikabbli mit-8 ta' Frar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2003 (ĠU L 86, tat-3.4.2003, p. 18).

[2] ĠU L 109, 01.05.03, p. 13.

[3] ĠU L 189, 29.07.03, p. 30.

--------------------------------------------------

Top