Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0775

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Novembru 2004 li tagħti Konċessjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE, lis-Slovakkja dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4382) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 342, 18.11.2004, p. 29–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 3–3 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/775/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    3


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Novembru 2004

    li tagħti Konċessjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE, lis-Slovakkja dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4382)

    (It-test Slovakk biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/775/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-27 ta' Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE jipprovdi l-possibbilità li jawtorizza lill-Istati Membri biex jeskludu mil-lista ta' l-irziezet meħtieġa mill-Artikolu 3(1) dawk l-irziezet b'inqas minn tliet nagħaġ jew mogħoż li għalihom l-ebda premium mhu mitlub, jew ħanżir wieħed, sakemm l-annimali jkunu għall-użu jew il-konsum mis-sid, u sakemm huma suġġetti għall-kontrolli mitluba mid-Direttiva qabel kull ċaqliq.

    (2)

    L-awtoritajiet Slovakki talbu din l-awtorizzazzjoni sa l-aħħar ta' Ġunju 2005 u taw l-assigurazzjonijiet xierqa dwar il-kontrolli veterinarji.

    (3)

    Għalhekk is-Slovakkja għanda tingħata l-awtorizzazzjoni li tapplika għad-deroga sat-30 ta' Ġunju 2005.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Slovakkja awtorizzata tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 92/102/KEE.

    L-Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni tapplika sat-30 ta' Ġunju 2005 u hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

    Magħmula fi Brussell, fit-18 ta' Novembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  OJ L 355, 5.12.1992, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (OJ L 5, 9.1.2004, p. 8).


    Top