EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0405

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' April 2004 li temenda l-Artikolu 29(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 132, 29.4.2004, p. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012Q1106(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/405(1)/oj

32004D0405



Official Journal L 132 , 29/04/2004 P. 0002 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta' April 2004

li temenda l-Artikolu 29(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/405/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 64 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Skond il-proċedura msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunit_ Ewropea u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Novembru 2003,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2004,

Billi:

Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea [1], il-lingwi uffiċjali ġodda, jiġifieri iċ-Ċek, l-Estonjan, l-Ungeriż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, is-Slovakk u s-Sloven, għandhom jiżdiedu mal-lista ta' lingwi tal-każ previst fl-Artikolu 29(1) tar-Regoli ta' proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Ġunju 1991 (ĠU L 176, ta' l-4.7.1991, p. 7, Korriġendum: ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 117), kif emendati fil-21 ta' Frar 1995 (ĠU L 44, tat-28.2.1995, p. 61), fil-11 ta' Marzu 1997 (ĠU L 103, tad-19.4.1997, p. 1, Korriġendum: ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 72), fis-16 ta' Mejju 2000 (ĠU L 122, ta' l-24.5.2000, p. 43), fit-28 ta' Novembru 2000 (ĠU L 322, tad-19.12.2000, p. 1), fit-3 ta' April 2001 (ĠU L 119, tas-27.4.2001, p. 1), fis-17 ta' Settembru 2002 (ĠU L 272, ta' l-10.10.2002, p. 24, Korriġendum: ĠU L 272, tad-19.10.2002, p. 24), u fit-8 ta' April 2003 (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 17), huma hawnhekk emendati kif ġej:

L-Artikolu 29(1) għandu jinbidel b'dan li ġej: "Il-lingwa ta' każ għandha tkun iċ-Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Slovakk, Sloven, Spanjol jew Svediż."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess ħin bħat-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea.

It-testi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bis-Slovakk u bis-Sloven għandhom jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' April 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 236, 23.09.2003, p. 17.

--------------------------------------------------

Top