Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0121

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2004 li aġġusta l-livelli msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1)(a) u (ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

    ĠU L 36, 7.2.2004, p. 58–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32010D0078

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/121(1)/oj

    32004D0121



    Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0058 - 0058


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta' Frar 2004

    li aġġusta l-livelli msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1)(a) u (ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

    (2004/121/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [1], u partikolarment l-Artikolu 271 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 271(2) jistipula li l-livelli applikati għall-kuntratti ta' l-akkwisti pubbliċi għandhom jiġu aġġustati kull sentejn skond id-disposizzjonijiet tad-direttivi skond il-kordinazzjoni tal-proċeduri ta' l-akkwisti pubbliċi.

    (2) L-ekwivalenti ta' l-ewro tal-livelli, iffissatti fl-SDR [2] fid-direttivi, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2004 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, [3]

    IDDEĊIDIET KIF LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-ekwivalenti ta' l-ewro tal-livelli applikati għall-akkwisti pubbliċi għandhom jiġu aġġustati kif stabbilit hawn taħt, b'effett mill-1 ta' Jannar 2004:

    Aġġustament kull sentejn | Il-livell fl- 1.1.2003 | Il-livell fl- 1.1.2004 |

    L-Artikolu 157(b) | EUR 6242028 | EUR 5923624 |

    L-Artikolu 158(1)(a) | EUR 162293 | EUR 154014 |

    L-Artikolu 158(1)(ċ) | EUR 6242028 | EUR 5923624 |

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandha tiġi nnotifikata lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Michaele Schreyer

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 357, tal-31.12.2002, pġ. 1.

    [2] Drittijiet speċjali ta' kreditu.

    [3] ĠU C 309, tad-19.12.2003, pġ. 14.

    --------------------------------------------------

    Top