Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0095

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza lill-Istati Membri li jipprovdu għal derogi mill-ħtieġa taċ-ċertifikat fitosanitaju tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ injam ittrattat bis-sħana ta’ koniferi li joriġinaw mill-Kanada (notifikata bid-dokument numru K(2004) 65)

    ĠU L 28, 31.1.2004, p. 22–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/95(1)/oj

    32004D0095



    Official Journal L 028 , 31/01/2004 P. 0022 - 0025


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Jannar 2004

    li tawtorizza lill-Istati Membri li jipprovdu għal derogi mill-ħtieġa taċ-ċertifikat fitosanitaju tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' injam ittrattat bis-sħana ta' koniferi li joriġinaw mill-Kanada

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 65)

    (2004/95/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE([2]), u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1) D-Direttiva 2000/29/KE tipprovdi għal miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi ta' organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti.

    (2) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, injam tal-koniferi (Coniferales) li joriġina fil-Kanada ma jistax jiġi ntrodott fil-Komunità, b'ċerti eċċezzjonijiet, kemm-il darba ma jkunx akkumpanjat b'ċertifikat uffiċjali fitosanitarju kif previst f'dik id-Direttiva.

    (3) Id-Direttiva 2000/29/KE tippermetti derogi minn dik ir-regola kemm-il darba jiġi stabbilit li salvagwardji ekwivalenti jiġu assigurati permezz ta' dokumentazzjoni alternattiva jew immarkar.

    (4) Injam tal-koniferi li joriġina fil-Kanada huwa fil-present introdott fil-Komunità. Iżda, ċertifikati pitosanitarji m'humiex ġeneralment maħruġa f'dak il-pajjiż.

    (5) Il-Kummisjoni nnotat fuq il-bażi ta' informazzjoni provduta mill-Kanada u miġbura matul missjoni mwettqa f'dak il-pajjiż f'Settembru 2002 li programm uffiċjali, il-Programm Kanadiż għal Prodotti ta' l-Injam Ittrattati bis-Sħana (CHTWPCP), ġie stabbilit mill-Aġenzija Kanadiża għall-Ispezzjoni ta' l-Ikel (CFIA). Is-CHTWPCP fih sistema ta' identifikazzjoni ta' approvazzjoni u monitoraġġ għall-prodotti ta' l-injam ittrattati bis-sħana maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (6) Il-Kummnissjoni stabbilit li s-CHTWPCP huwa suffiċjenti biex jassigura li l-injam huwa ttrattat bis-sħana matul perjodu ta' ħin suffiċjenti biex jikseb il-mewt termali ta' l-organiżmi perikolużi, Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. u l-vettori tagħhom, u b'hekk jiġi eliminat ir-riskju ta' tixrid ta' organiżmi perikolużi fil-Komunità.

    (7) Il-Kummissjoni stabbilit aktar li kull biċċa ta' l-injam għandu jkollha marka ta' ċertifikazzjoni unika imnixxfa fil-forn - ittrattata bis-sħana(KD-HD), rikonoxxuta mis-CFIA, inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità reġistrata u approvata mis-CFIA biex tipproduċi timmaniġġa jew tesporta injam itrattat bis-sħana skond l-ispeċifikazzjonijiet stipulati mis-CHTWPCP.

    (8) L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jipprovdu għal derogi li jippermettu li l-injam jiġi ntrodott fil-Komunità meta jkun iġorr marki uniċi ta' ċertifikazzjoni KD-HT bħala alternattiva għaċ-ċertifikat pitosanitarju.

    (9) Il-Kummissjoni għandha titlob li l-Kanada tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha teknika meħtieġa biex tistma l-iffunzjonar tas-CHTWPCP. B'żieda, l-Istati Membri għandhom kontinwament jagħmlu stima ta' l-użu tal-marki ta' ċertifikazzjoni KD-HT.

    (10) L-awtorizzazzjoni tas-sistema ta' identifikazzjoni għandha tiskadi fl-1 ta' Lulju 2005.

    (11) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B'deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri huma b'dan awtorizzati li jipprovdu għal derogi li jippermettu l-introduzzjoni fil-Komunità ta' njam tal-koniferi (Coniferales) elenkat taħt il-kodiċi NM 4407 10 91, 4407 10 93 u 4407 10 98, kif stipulat fis-Sezzjoni IX tat-Taqsima Tnejn ta' l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87([3]

    ), li joriġina fil-Kanada, bla ħsara għall-konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'informazzjoni meta jkunu wżaw l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1. L-Istati Membri ta' importazzjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-15 ta' Marzu 2005 b'informazzjoni dwar in-numru ta' kunsinni importati skond din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali meħtieġa skond l-Artikolu 13a(1)(b) tad-Direttiva 2000/29/KE.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kunsinni kollha introdotti fit-terrtitorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

    2. L-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 għandha tiġi revokata qabel l-1 Lulju 2005 jekk:

    (a) il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni juri li jkunu insuffiċjenti biex jipprevjenu l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti;

    (b) ikun hemm elementi li jistgħu jimmilitaw kontra l-iffunzjonar kif imiss tal-CHTWPCP fil-Kanada.

    Artikolu 4

    L-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 għandha tgħodd mill-1 ta' Frar 2004. L-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fl-1 ta' Lulju 2005.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    L-ANNESS

    TAQSIMA I

    Il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni li taħthom l-Istati Membri huma awtorizzati li jipprovdu għal derogi li jippermettu l-introduzzjoni fil-Komunità ta' injam tal-koniferi (Coniferales) elenkati taħt il-kodiċi NM 4407 10 91, 4407 10 93 u 4407 10 98, kif stipulati fis-Sezzjoni IX tat-Taqsima Tnejn ta' l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li joriġina fil-Kanada, huma kif ġej:

    1. L-injam għandu jkun manifatturat f'faċilitajiet reġistrati u approvati mill-Aġenzija Kanadiża ta'l-Ispezzjoni ta' l-Ikel (CFIA) biex jipparteċipaw fil-Programm ta' ċertifikazzjoni Kanadiż ta' Prodotti ta' Injam Ittrattat bis-Sħana (CHTWPCP).

    Il-lista tal-faċilitajiet reġistrati u approvati biex jipparteċipaw fis-CHTWPCP għandha tkun disponibbli lill-Kummissjoni u għandha titqiegħed u tiġi aġġornata fuq il-website uffiċjali tas-CFIA (www.inspection.gc.ca).

    2. L-injam għandu jkun għadda minn trattament ta' sħana matul perjodu ta' żmien suffiċjenti biex jikseb temperatura minima fil-qalba ta' 56 °C għal 30 minuta f'forn ittestjat u approvat għal dan il-għan mill-korp ta' verifikazzjoni kwalifikat u approvat mis-CFIA għall-finijiet tas-CHTWPCP (il-korp ta' verifikazzjoni).

    Iż-żmien u t-temperatura għat-trattament tas-sħana għal kull lott speċifiku għandu jkun rekordjat b'apparat ikkalibrat li għandu wkoll ikun ittestjat u approvat mill-korp ta' verifikazzjoni.

    3. Fejn il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 2 jiġu sodisfatti, marka unika ta' ċertifikazzjoni li jkun fiha l-ittri KD-HT (imnixxef f'forn ittrattat bis-sħana) (il-marka ta' ċertifikazzjoni) u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità reġistrata u approvata mis-CFIA biex tipproduċi, tittratta u tesporta injam ittrattat bis-sħana skond l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fis-CHTWPCP għandha tiġi applikata fuq kull biċċa njama jew ta' l-anqas fuq wiċċ wiesa' wieħed u b'dak il-mod li tkun tidher ċar fuq l-uċuh esterni meta l-folja tifforma parti minn mazz. Il-marka ta' ċertifikazzjoni li għandha tkun permanenti u tinqara, għandha tkun approvata mis-CFIA, u għandha tikkonforma mal-mudell stipulat fit-Taqsima II.

    Meta mazzi ta' injam jintbagħtu bil-baħar fi tgeżwir u konsegwentement il-marki ta' ċertifikazzjoni ma jkunux jidhru, il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha wkoll tiġi applikata fuq it-tgeżwir. Il-marka ta' ċertifikazzjoni għandha tkun applikata fuq il-kwart ta' fuq tan-naħa tal-lemin ta' ġenb tawwali ta' kull mazz ta' injam, u għandha tikkonforma mal-mudell stipulat fit-Taqsima II.

    4. Sistema ta' verifika għandha tiġi mwaqqfa mill-korp ta' verifika biex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness jiġu sodisfatti. Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni mis-CFIA ta' l-imsemmija sistema ta' verifikazzjoni għandha tintgħamel disponibbli lill-Kummissjoni.

    5. Is-sistema ta' verifika msemmija fil-punt 4 għandha tipprovdi lill-ispetturi tas-CFIA li jwettqu monitoraġġ fil-faċilitajiet imsemmija fil-punt 1 u spezzjonijiet ta'kull tant qabel id-dispaċċ tagħhom bil-baħar biex tiġi monitorjata, b'mod partikolari, il-konformità mal-punti 3 u 6. Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni mis-CFIA dwar l-imsemmija sistema ta' verifika għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni.

    6. L-injam imdaħħal fis-CHTWPCP u destinat lejn il-Komunità għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni kummerċjali, maħsuba biex tiġi presentata lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità bil-ħsieb li jiġu kompletati l-formalitajiet doganali, fil-punt tad-dħul fil-Komunità, u kontrofirmati bid-dikjarazzjoni li ġejja:

    "L-injam f'din il-konsenja jħares il-ħtiġeit tal-programm CHTWPCP tal-Kanada u l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/95/KE."

    Din l-informazzjoni msemmija fid-dokumentazzjoni kummerċjali għandha tkun disponibbli mill-importatur lill-korpi responsabbli uffiċjali kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2000/29/KE fil-punt ta' dħul fil-Komunità.

    Id-dikjarazzjoni għandha ssir biss mill-aġenzija tal-bastiment jew minn xi persuna oħra awtorizzata għal dan il-għan mis-CFIA. Il-lista ta' aġenziji awtorizzati ta' bastimenti għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni u għandha titqiegħed u tiġi aġġornata fuq il-website uffiċjali tas-CFIA.

    TAQSIMA II

    Mudelli ta' marki ta' ċertifikazzjoni

    1. Il-marka ta' ċertifikazzjoni li għandha tiġi applikata fuq kull biċċa njama ttrattata bis-sħana:

    [pic]

    2. Marka ta' ċertifikazzjoni li għandha tiġi applikata fuq il-mazz jew fuq it-tgeżwir tal-pakkett:

    [pic]

    [1] ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 321, 06.12.03, p. 36.

    [3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 1).

    Top