EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1347

Ir-Regola tal-kummissjoni (KE) Nru 1347/2003 tad-29 ta' Lulju 2003 li jagħti bidu għall-investigazzjoni dwar iċ-ċirkumvenzjoni allegata ta' miżuri kontra d-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fl-Ukranja minn importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Moldova jew le, u tagħmel dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

ĠU L 190, 30.7.2003, p. 3–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1347/oj

32003R1347



Official Journal L 190 , 30/07/2003 P. 0003 - 0005


IR-Regola tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2003

tad-29 ta' Lulju 2003

li jagħti bidu għall-investigazzjoni dwar iċ-ċirkumvenzjoni allegata ta' miżuri kontra d-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fl-Ukranja minn importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Moldova jew le, u tagħmel dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1] ("Ir-Regolament bażiku"), kif emendat fl-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1971/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(3) u (5) ta' dan,

Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza,

Billi:

A. TALBA

(1) Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku sabiex tinvestiga ċ-ċirkumvenzjoni allegata ta' miżuri kontra d-dumping imponuti fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fl-Ukranja.

(2) It-talba kienet iddepożitata fis-16 ta' Ġunju 2003 minn Kumitat Kollegat tal-Industrija tal-wajers u ħbula tal-Unjoni Ewropea (EWRIS) f'isem il-produtturi li jirrapreżentaw proporzjoni maġġuri, i.e. iktar minn 50 %, tal-produzzjoni ta' ħbula tal-azzar u kejbils tal-Komunità.

B. PRODOTTI

(3) Il-prodott ikkonċernat bl-allegazzjoni taċ-ċirkumvenzjoni huwa ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fl-Ukrajna (il-prodott ikkonċernat) normalment dikjarati taħt il-kodiċi tal-NM ex73121082 , ex73121084, ex73121086, ex73121088 u ex73121099.

(4) Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mill-Moldova (il-prodott taħt investigazzjoni), normalment dikjarat taħt l-istess kodiċi bħal prodott ikkonċernat.

(5) l-Kodiċi tal-NM huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

C. MIŻURI EŻISTENTI

(6) Il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa u li huma allegatament ċirkumvenzjonati huma miżuri kontra d-dumping imponuti mir-Regola tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 [3].

D. RAĠUNIJIET

(7) It-talba tikkuntieni biżżejjed xiehda prima facie li l-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw fl-Ukrajna qegħdin jiġu ċirkumvenzjonati permezz ta' trasbord vija l-Moldova ta' ħbula tal-azzar u kejbils.

(8) Ix-xiehda mogħtija hi kif ġej.

It-talba turi li bidla sinjifikanti fil-mudell tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mill-Ukrajna u l-Moldova għall-Kommunità saret wara l-imposizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, u li m'hemmx bizzejjed kawża dovuta jew ġustifikazzjoni barra l-imposizzjoni tad-dmir għal din il-bidla. Din il-bidla fil-mudell tas-suq tidher li żżomm iebes mit-trasbord vija l-Moldova ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw mill-Ukrajna

(9) Barra dan, it-talba tikkuntieni biżżejjed xiehda li l-effetti rimedjali tal-miżuri ta' kontra d-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu mtebbgħin f'termini ta' kwantita u prezz. Volumi sinjifikanti ta' importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils mill-Moldova jidhru li biddlu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra dan, hemm biżżejjed xiehda li din iż-żieda f'importazzjonijiet issir bi prezzijiet wisq inqas mill-prezz mhux offensiv stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(10) Fl-aħħar, it-talba tikkuntieni biżżejjed xhieda li l-prezzijiet tal-ħbula tal-azzar u kejbils huma dumped b'relazzjoni mal-valur preċedentament stabbilit għall-prodott ikkonċernat.

E. PRO¬EDURA

(11) Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li biżżejjed xhieda teżisti biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Moldova jew le, bla ħsara għar-reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a) Kwestjonarji

(12) Sabiex tikseb l-informazzjoni li taħseb li hi neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ser tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/importaturi fl-Ukrajna u lill-importaturi fil-Komunità magħrufa mill-Kummissjoni jew li kkooperat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri esiżtenti u lill-awtoritajiet ta' Ukrajna u Moldova. Informazzjoni, kif xieraq, tista tinstab ukoll mingħand il-Komunità ta' l-industrija.

(13) F'kull każ, kull parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni minnufih, imma mhux iktar tard mill-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-kull parti nteressata.

(14) L-awtoritajiet ta' Ukrajna u Moldova ser jiġu notifikati fuq il-bidu tal-investigazzjoni u provduti b'kopja tat-talba.

(b) Ġbir ta' informazzjoni u twaqqif ta' seduti

(15) Kull parti nteressata hi hawnhekk invitata biex tagħrraf l-opinjoni tagħha bil-kitba u li tipprovdi xhieda ta' sostenn. Barra dan, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, bil-kondizzjoni li huma jagħmlu talba bil-kitba u juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu.

(ċ) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet u miżuri

(16) Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistaw jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkositwixxix ċirkumvenzjoni.

(17) Iċ-ċirkumvenzjoni allegata isseħħ barra l-Komunità. L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku huwa mmirat biex jopponi l-prattiċi taċ-ċirkumvenzjoni mingħajr ma jaffetwa operaturi li jistgħu jipprovaw li m'humiex involuti f'dawn il-prattiċi, imma ma jikkuntienix dispożizzjoni speċifika li tipprovdi għat-trattament ta' esportaturi li jistgħu jistabbilixxu li m'humiex involuti fi prattiċi ta' ċirkumvenzjoni. Għalhekk, jidher neċessarju li tiġi introdotta possibliltà lill-esportaturi kkonċernati li jagħmlu talba għall-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet tal-prodotti esportati tagħhom jew minn miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet. L-esportaturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom japplikaw għaliha u jissottomettu kull kwestjonarju mwieġeb li jitolbu f'limitu ta' żmien approprijat, sabiex jiġi stabbilit li huma mhumiex jiċċirkumvenzjonaw id-dmir ta' kontra d-dumping fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. L-importaturi jistgħu jibqaw jibbenifikaw minn eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew miżuri sakemm l-importazzjonijiet huma mingħand esportaturi li huma konċessi din l-eżenzjoni, u skond l-Artikolu 13(4).

F. REĠISTRAZZJONI

(18) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom isiru bla ħsara għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'ċirkumvenzjoni, dazji ta' kontra id-dumping ta' ammont xieraq jistgħu jiġu ntaxxati retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni, ta' dawn l-importazzjonijiet konsenjati mill-Moldova.

G. LIMITI TA' ŻMIEN

(19) Fl-interess ta' amministrazzjoni sana, limiti ta' żmien għandhom jiġu ddikjarati fejn fihom:

- partijiet interessati jistgħu jagħrfu lilhom stess lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-kitba u jissottomettu kwestjonarji imwieġba jew kull informazzjoni oħra li għandha tiġi kkunsidrata waqt l-investigazzjoni,

- il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu jagħmlu talba bil-miktub li tinstema' mill-Kummissjoni.

(20) Attenzjoni għandha tinġibed għall-fatt li t-twettieq ta' ħafna mid-drittijiet ta' proċedura stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu fuq jekk il-parti jagħrrafx lilu nnifsu fil-limitu ta' żmien msemmi fl-artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H. NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(21) F'każijiet fejn kull parti nteressat jirrifjuta aċċess jew inkella ma jipprovdix informazzjoni neċessarja fil-limiti ta' żmien provvduti f'dan ir-Regolament, jew sinifikattivament ifixkel l-investigazzjoni, riżultati finali jew proviżorjali, affermattivi jew negattivi, jistgħu isiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti li qegħdin għad-dispożizzjoni. Fejn jinstab li kull parti interessat iffornixxa informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tigi imwarrba u użu tal-fatti li jkunu għad-dispożizzjoni jista jsir. Nirrikorru għall-Artikolu 18 jista jirriżulta f'sejbiet inqas favorevoli għall-parti taħt il-kwistjoni milli kieku kien ikkoopera,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Investigazzjoni hi hawnhekk mibdija skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) No 384/96, sabiex tiddetermina jekk l-importazzjonijiet fil-Kommunità tal-ħbula tal-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk joriġinaw mill-Moldova jew le, li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-NM ex73121082 , ex73121084, ex73121086, ex73121088 and ex73121099, qed jiċċirkumvenzjonaw il-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1896/1999.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali huma hawnhekk diretti, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdui l-passi approprijati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikata fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disgħa xhur wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, b'regolament, tista tidderiġi l-awtoritajiet Doganali biex iwaqqfu ir-reġistrazzjoni dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti esportati li jkunu applikaw għall-eżenzjoni tar-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li mhumiex jiċċirkumvenzjonaw id-dmirijiet ta' kontra d-dumping.

Artikolu 3

1. Il-Kwesjonarji għandhom jiġu mitluba mingħand il-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata mill-publikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, għandhom jagħrfu lilhom stess billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-kitba u jissottomettu kwestjonarji mwieġba jew kull informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux indikat mod ieħor.

3. Il-partijiet interessati jistaw ukoll japplikaw biex jinstemaw mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' 40 ġurnata.

4. Kull informazzjoni relatata mal-kwistjoni, kull talba għall-seduta jew għall-kwestjonarju kif ukoll kull talba għall-awtorizzazzjoni għal ċertifikati li juru li mhemmx ċirkumvenzjoni għandhom jiġu magħmula bil-kitba (mhux b'format elettroniku, sakemm mhux indikat mod ieħor), għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika, it-telefon, in-numru tal-fax u/jew tat-telefon u għandu jintbagħat lill-indirizz li ġej:

Ewropea għall-Kummerċ

Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni

Direttorat B

J-79, 5/16

B - 1049 Brussel

Fax (32-2) 295 65 05

Telex COMEU B 21877.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1.

[2] ĠU L 305, 07.11.02, p. 1.

[3] ĠU L 217, 17.08.99, p. 1.

--------------------------------------------------

Top