Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1023

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1023/2003 tat-13 ta' Ġunju 2003 li jestendi d-dazju kontra d-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 fuq l-importazzjoni ta' ċertu aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem li joriġinaw mill-Brażil u fuq l-importazzjoni ta' ċertu aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem kunsinnat mill-Arġentina, kemm jekk ikun dikjarat li ġej mill-Arġentina jew le, u li jtemm l-investigazzjoni dwar l-importazzjoni minn esportatur mill-Arġentina

    ĠU L 149, 17.6.2003, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/08/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1023/oj

    32003R1023



    Official Journal L 149 , 17/06/2003 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1023/2003

    tat-13 ta' Ġunju 2003

    li jestendi d-dazju kontra d-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 fuq l-importazzjoni ta' ċertu aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem li joriġinaw mill-Brażil u fuq l-importazzjoni ta' ċertu aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem kunsinnat mill-Arġentina, kemm jekk ikun dikjarat li ġej mill-Arġentina jew le, u li jtemm l-investigazzjoni dwar l-importazzjoni minn esportatur mill-Arġentina

    Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidra Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikoloari l-Artikolu 13 ta' dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Miżuri eżistenti

    (1) Premezz tar-Regolament (KE) Nru 1784/2000 [2], f'Awissu 2000 il-Kunsill ordna dazju kontra d-dumping ta' 34,8 % fuq l-importazzjoni ta' ta' ċertu aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem (aċċessorji li jistgħu jinħadmu) li joriġinaw mill-Brażil.

    2. Talba

    (2) Fit-12 ta' Awissu 2002, il-Kummissjoni irċeviet talba, skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ir-Regolament bażiku), Mill-Kumitat tad-Difiża ta' l-Industrija ta' lAċċessorji tal-Pajpijiet tal-Ħadid Imsammar li Jista' Jinħadem ta' l-Unjoni Ewropea. Din it-talba ingħatat f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjoni maġġuri tal-produzzjoni tal-Komunità ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu.

    (3) It-talba tiddikjara li wara l-imposizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjoni ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil, kien hemm bidla fid-drawwiet tal-Kummerċ fil-qasam ta' l-esportazzjonijiet mill-Brażil u mill-Arġentina lill-Komunità. Intqal illi din il-bidla fid-drawwiet tal-kummerċ of sengħa kienet dovuta gaħl trasbord via l-Arġentina ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil. Kien hemm żieda kbira fl-importazzjonijiet mill-Arġentina filwaqt illi safrattant l-importazzjonijiet mill-Brażil kienu naqsu b'mod bejn wieħed u ieħor ekwivalentivalenti.

    (4) It-talba kkonkludiet illi ma kienx hemm raġunijiet jew ġustifikazzjonijiet ekonomiċi biżżejjed għall-bidliet li għadhom kif issemmew ħlief l-eżistenza tad-dazju kontra d-dumping fuq aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil.

    (5) Fl-aħħar, l-industrija tal-Komunità tagħat ukoll povi suffiċenti biex tinbeda l-investigazzjoni anti-ċirconvenzjoni, illi l-effetti riparatorji ta' dan id-dazju kienu qegħdin jiġu sottovalutati kemm f'termini ta' kwantità u prezzijiet u li l-prezzijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-Arġentina kienu mixtrija taħt il-prezz meta mqabbla mal-valuri normali stabbiliti minn qabel għall-aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil.

    3. Inizjazzjoni

    (6) Permezz tar--Regolament (KE) Nru 1693/2002 [3] (Ir-Regolament ta' l-inizjazzjoni), il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni u dderiġiet, skond l-artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjoni ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu kkunsinjati mill-Arġentina, kemm jekk ikun dikjarat li ġejjin mill-Arġentina jew le, mis-26 ta' Settembru 2002. Il-Kummissjoni avżat lill-awtoritajiet tal-Brażil u ta' l-Arġentina bl-inizjazzjoni ta' l-investigazzjoni.

    4. Investigazzjoni

    (7) Intbagħtu kwestjonarji lill-importaturi tal-Komunità kif ukoll lill-esportaturi ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li jinstagħbu ġewwa l-Brażil u l-Arġentina li kienu msemmija fit-talba, esportaturi magħrufa mill-investigazzjoni originali u partijiet oħra interessati li mmanifestaw ruħhom fit-terminu ta' żmien preskritt. Ġie kkomunikat lill-importaturi u lill-esportaturi illi n-nuqqas ta' kooperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (8) Numru ta' importaturi tal-Komunità għarrfu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub fejn iddikjaraw illi huma ma kienux importaw l-ebda aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-Arġentina.

    (9) Irrisponda għall-kwestjonarju produttur esportatur mill-Arġentina, DEMA SA, San Justo, Buenos Aires. Il-Kummissjoni għamlet żjara ta' verifika fil-post tax-xogħol ta' din il-kumpannija.

    5. Perjodu ta' investigazzjoni

    (10) Il-perjodu ta' investigazzjoni seħħ bejn l-1 ta' Lulju 2001 sat-30 ta' Ġunju 2002 (the IP). Data ġiet miġbura mill-1998 sa l-aħħar ta' l-IP sabiex jiġi investigat l-preżunt bdil fid-drawwiet tal-Kummerċ.

    B. RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJON I

    1. Konsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta' kooperazzjoni

    (11) L-ebda kooperazzjoni ma saret mill-produtturi jew l-esportaturi ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu ġewwa l-Brażil. Madankollu, informazzjoni inkisbet minn produttur esportatur ġewwa l-Arġentina li kkoopera, DEMA SA, li kien jipproduċi aċċessorji li jistgħu jinħadmu u jesporthom ġewwa l-Komunità matul l-IP. Din il-kumpannija Arġentina kienet tirrapreżenta perċentwali traskurabbli, kemm f'termini ta' volukm kif ukoll ta' valur, ta' l-importazzjonijiet totali ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu lill-Komunità mill-Arġentina matul l-IP, kif irraportat mill-Eurostat.

    (12) Barra minn dan, matul l-investigazzjoni l-awtoritajiet ta' l-Arġentina talbu, fit-terminu taż-żmien imniżżel fir-Regolament ta' inizjazzjoni, sabiex jiġu trattati bħala partijiet interessati. Informazzjoni u data ta' statistika dwar importazzjonijiet u esportazzjonijiet mill-Arġentina inkisbu mill-awtoritajiet ta' l-Arġentina.

    (13) F'Diċembru 2002, xahar wara l-għeluq tat-terminu perentorju sabiex jiġu irċevuti ir-risposti għall-kwestjonarji, il-Kummissjoni irċeviet komunikazzjoni f'isem l-Industrias Aguila Blanca SA (Arġentina), li qalet li hija tipporduċi, ġewwa l-Arġentina, aċċessorji li jistgħu jinħadmu. Din il-komunikazzjoni kienet tikkonsisti f'talba minn din il-kumpannija sabiex tiġi meqjusa bħala parti interessata fl-investigazzjoni u talba sabiex tiġi eżentata mill-estensjoni tal-miżuri. Peress illi din il-komunikazzjoni saret f'stadju avvanzat ta' l-investigazzjoni u 4l fuq sew mit-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' inizjazzjoni u, madankollu, kien jirrikjedi spjegazzjoni u verifikazzjoni ulterjuri, il-kumpannija ġiet infurmata illi ma setgħatx tiġi meqjusa bħala waħda li tikkoopera fl-investigazzjoni. Konsegwentement, il-kumpannija ġiet inofrmata illi s-sejbiet li saru dwarha kellhom isiru fuq il-bażi tal-fatti li kienu disponibbli skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

    2. Prodotti eżaminat u prodotti simili

    (14) Il-prodott ikkonċernat, kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, huwa ċertu aċċessorji minsuġin għal tubi u pajpijiet tal-ħadid imsammar li jista' jinħadem attwalment klassifikabbli fil-kodiċi CN ex73071910.

    (15) L-investigazzjoni uriet illi l-aċċessorji li jistgħu jinħadmu esportati lill-Komunità mill-Brażil u dawk ikkunsinjati mill-Arġentina lill-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u l-istess użu, u għandhom, għaldaqstant, jitqiesu bħala prodotti simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3. Bidil fid-drawwiet tal-Kummerċ

    Esportatur mill-Arġentina li kkoopera

    (16) Matul l-IP, DEMA SA, l-esportatur li kkoopera esporta biss kontenitur wieħed lill-Komunità. Ma saret l-ebda esportazzjoni oħra lill-Komunità matul l-IP jew fil-perjodu matul liema inġabret id-data. Anzi, l-unika esportazzjoni li saret qabel dik ta' matul l-IP seħħet fl-1992. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda drawwa ċara tas-sengħa la qabel u lanqas wara l-imposizzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw esportazzjonijiet mill-Brażil lill-Komunità, u għaldaqstant, l-ebda bdil fiha. Madankollu ġie stabbilit ukoll illi DEMA SA hija kemm fabbrikanta kif ukoll exportatriċi ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joperaw faċilitajiet ta' produzzjoni għall-proċess tal-produzzjoni kollu tal-prodott kkonċernat. aċċessorji li jistgħu jinħmill-

    (17) Fid-dawl ta' dak li ntqal, DEMA SA uriet li ma kien hemm l-ebda bidla fid-drawwiet tal-kummerċ dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lill-Komunità. Konsegwentement, l-investigazzjoni dwar l-aċċessorji li jistgħu jinħadmu esportati minn DEMA SA, għandha tintemm.

    Esportaturi mill-Arġentina li ma jikkooperawx

    (18) Dak li għandu x'jaqsam ma esportaturi li ma jikkooperawx, il-Kummissjoni kella tistabbilixxi l-esportazzjonijiet lill-Komunità fuq il-bażi ta' fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ġie meqjus illi d-data ta' Eurostat fuq livell CN kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli biex jiġu stabbiliti s-sejbiet dwar esportazzjonijiet lill-Komunità wara l-imposizzjoni tad-dazju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil. Il-prezz ta' l-esportazzjoni mill-Arġentina lill-UE ġie stabbilit fuq il-bażi tal-vlaur u tunnellati ta' l-esportazzjoni totali rraportati mill-Eurostat fuq livell CN wara li tnaqqsu il-kwantitajiet u l-valuri esportati mill-kumpannija Arġentina li kkooperat. Madankollu, ġie meqjus illi id-id-data Eurostat fuq livell CN kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli li ġiet miġbura qabel l-imposizzjoni tal-miżura.

    (19) Il-bidla mniżżla minn importazzjonijiet mill-Brażil lill-UE għal dawk mill-Arġentina lill-UE saret fl-istess żmien tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri kontra d-dumping tal-Komunità, f'Awissu 2000, fuq aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil. L-importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-Brażil ġewwa l-Komunità, wara l-imposizzjoni mill-Komunità ta' miżuri kontra d-dumping, naqsu sostanzjalment minn 3737-il tunnellata fis-sena 2000 għal 181-il tunnellata fl-2001. Fl-istess żmien, importazzjonijiet għal ġewwwa l-Komunità ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-Arġentina żdiedu għal 15-il tunnellata fis-sena 2000 għal 3087-il tunnellata fl-2001. Din id-drawwa tal-kummerċ ġiet ikkonfermata matul l-ewwel sitt xhur ta' l-IP. Madankollu, matul it-tieni nofs ta' l-IP din il-bidla fid-drawwa tal-kummerċ inqelbet bħala riżultat ta' l-investigazzjoni kontra d-dumping fl-Arġentina dwar l-importazzjoni ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil. Għaldaqstant, esportazzjonijiet mill-Arġentina naqsu minn 3087-il tunnellata fl-2001 għal 202-il tunnellata fl-2002. Madankollu, sakemm ħareġ ir-riżultat ta' l-ivestigazzjoni kontra d-dumping ta' l-Arġentina, ma jistax jiġi eskluż illi l-bidla fid-drawwiet tal-kummerċ msemmija 'l fuq tkun biss fuq bażi temporanja.

    (20) Minkejja dan, ġiet stabbilita bidla ċara fid-drawwiet tal-kummerċ għal dawk il-kumpanniji li ma kooperawx li manifestament saret fl-istess żmien tad-dħul fis-seħħ, f'Awissu 2000, tal-miżuri kontra d-dumping tal-Komunità fuq aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil.

    4. Motivazzjoni jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċenti (esportaturi mill-Arġentina li ma kkooperawx)

    (21) Id-data pprovduta mill-awtoritajiet ta' l-Arġentina turi li l-importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil għall-Arġentina żdiedu sostanzjalment fis-sena 2001, b'ritmu simili għż-żieda ta' esportazzjonijiet mill-Arġentina għall-Komunità fl-istess perjodu. F'nuqqas ta' kooperazzjoni, mill-paralleliżmu ta' din it-tendenza, jista' jkun hemm supposizzjoni illi l-importazzjonijiet mill-Brażil għall-Arġentina ma kienux destinati għas-suq ta' l-Arġentina, imma kienu destinati għall-esportazzjoni lill-Komunità, konklużjoni li hija msaħħa mill-istatistiċi fuq l-esportazzjoni ta' l-Argentinia li kienu disponibbli mill-awtoritajiet ta' l-Arġentinia.

    (22) F'nuqqas ta' kooperazzjoni, u ikkunsidrat illi s-sostituzzjoni imsemmija 'l fuq ta' l-importazzjonijiet mill-Brażil għall-importazzjonijiet mill-Arġentina seħħet immedjatament wara l-imposizzjoni tad-dazju kontra d-dumping, għandu jiġi konkluż, fin-nuqqas ta' spjegazzjoni oħra, illi l-bidla fid-drawwiet tal-kummerċ oriġinaw mill-imposizzjoni tad-dazju pjuttost milli motivazzjonijiet jew ġustifikazzjonijiet ekonomiċi oħra suffiċenti fis-sens ta' l-Artikolu 13(1), it-tieni frażi, tar-Regolament bażiku.

    (23) Dovut għal dak li intqal 'l fuq, jista' jiġi konkluż raġenovolment illi l-akbar maġġoranza ta' esportazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-Brażil għall-Arġentina ġew sempilċement trasbordati via l-Arġentina għal ġewwa l-Komunità.

    5. Dgħejf ta' l-effetti riparatorji tad-dazju f'termini ta' prezzijiet u/jew kwantitajiet ta' prodotti simili (esportsaturi mill-Arġentina li ma kkooperawx)

    (24) Huwa evidenti mill-figuri f'premessa 19 illi bidla kwantitattiva ċara fid-drawwiet ta' l-importazzjoni tal-Komunità seħħu miż-żmien ta' l-imposizzjoni tal-miżuri. Tassew, fl-1999, qabel l-imposizzjoni tal-miżuri, l-esportazzjonijiet lill-Komunità ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil kienu 4518-il tunnellata skond il-figuri tal-Eurostat fuq livell CN. Dawn l-esportazzjonijiet niżlu għall-livell ta' 3737-il tunnellata fis-sena 2000 u 15-il tunnellata fl-2001. Fl-2001 dawn l-esportazzjonijiet ġew mibdula minn esportazzjonijiet ta' esportsaturi mill-Arġentina li ma kkooperawx (li jammontaw għal 3087-il tunnellata). Din il-bidla mmarkata tal-fluss kummerċali dgħajjfet l-effetti riparatorji tal-miżuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet importati ġewwa s-suq tal-Komunità.

    (25) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet, u kkunsidrat il-livell baxx ta' kooperazzjoni, kellu jsir rikors għall-aħjar provi disponibbli, i.e. il-figuri tal-Eurostat fuq livell CN. Din id-data uriet illi il-prezzijiet irranġati ta' l-esportazzjonijiet mill-Arġentina kienu madwar 5 % taħt il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ta' esportazzjonijiet tal-Brażil fl-investigazzjoni oriġinali. Konsegwentement, għandu jiġi preżunt illi l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ta' esportazzjonijniet tal-Arġentina huma taħt il-livell ta' l-eliminazzjoni tal-preġudizzju tal-prezzijiet tal-Komunità stabbiliti fl-inkjesta oriġinali.

    (26) Huwa għaldaqstant konkluż illi l-importazzjonijiet ikkonċernati dgħajjfu l-effetti riparatorji tad-dazju kemm f'termini ta' kwanitià kif ukoll f'termini ta' prezzijiet.

    6. Prova ta' dumping marbut mal-valuri normali stabbiliti qabel għal prodotti xorta jew simili (esportsaturi mill-Arġentina li ma kkooperawx)

    (27) Sabiex jiġi stabbilit jekk provi ta' dumping jistgħux jinstagħbu fir-rigward ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu esportati ġewwa l-Komunità mill-Arġentina mill-esportaturi li ma kkooperawx matul l-IP, data ta' l-esportazzjoni skond Eurostat fuq livell CN intużat skond l-artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    Approċċ ibbażat fuq id-data ta' l-esportazzjonijiet kif irrapurtat minn Eurostat

    (28) Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valur normali li għandu jintuża f'investigazzjoni ta' anti-ċirkonvenzjoni huwa l-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali.

    (29) Fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali għall-Brażil ġie determinat skond it-tip ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu. Fl-investigazzjoni anti-ċirkonvenzjoni kurrenti il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew determinati fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat, li ma jipprovdux data dwar il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni għal kull tip ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu imma biss għal kull tunnellata u gaħl kodiċi CN. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, għal raġunijiet ta' paragun ta' dawn il-prezzijiet ta' importazzjoni mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, it-taħlita ta' prodotti tal-produtturi/esportaturi mill-Arġenta li ma kkooperawx ġie stmat fuq it-taħlita tal-prodotti ta' bejgħ ta' l-esportazzjoni lill-Komunità fl-investigazzjoni oriġinali. Dan il-paragun ġie ikkunsidrat raġonevoli peress li ġie stabbilit illi l-esportazzjonijiet mill-Arġentina ġew forniti mill-istess esportatur mill-Brażil li kien responsabbli għall-maġġoranza ta' l-esportazzjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali. Konsegwentement, ġiet ikkalkulata medja peżata tal-valur normali kull tunnellata fuq il-bażi ta' taħlita ta' prodotti ugwali għat taħlita ta' prodotti fl-investigazzjoni oriġinali.

    (30) Għall-iskop ta' paragun imparzjali bejn il-valur normali u il-prezz ta' l-esportazzjoni, inżamm preżenti l-adegwamenti għad-differenzi li jeffetwaw il-prezzijiet u il-paragunibilità tal-prezzijiet. Dawn l-adegwamenti saru skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku għat-trasport u għall-assigurazzjoni u bbażat fuq l-esportazzjonijiet ta' l-DEMA SA.

    (31) Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-paragun bejn il-medja peżata tal-valuri normali tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni espressi bħala persentaġġ tal-prezz cif frank il-fruntiera tal-Komunità, wera livell ta' dumping ta' aktar minn 40 %.

    C. TALBIET GĦAL EŻENZJONI MIR-REĠISTRAZZJONI JEW ESTENZJONI TAD-DAZJU

    (32) Il-Kummissjoni irċeviet talbiet għall-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u miżuri minn żewġ produtturi mill-Arġentina, Aguila Blanca SA u DEMA SA. Kif stabbilit fil-premessa 11 ta' qabel ma ġiex ikkunsidrat bħala produttur li kkoopera u t-talba għall-eżenzjoni ma ġietx kkunsidrata f'din l-investigazzjoni.

    (33) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 909/2003, il-Kummissjoni immodifikat ir-Regolament ta' l-inizjazzjoni sabiex ittemm ir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu mill-kumpannija mill-Arġentina li nsabet li ma kinietx tiċċirkonvenzjona d-dazju kontra d-dumping, iġifieri DEMA SA.

    (34) Skond is-sejbiet 'l fuq imsemmija illi il-kumapnnija instgħabet illi ma ċċikonvenzjonatx il-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ, il-kumpannija għandha ukoll tiġi eżentata mill-estensjoni prevvista tal-miżuri.

    D. MIŻURI

    (35) Ikkunsidrata s-sejba ta' ċirkonvenzjoni msemmija 'l fuq fis-sens ta' l-Artikolu 13(1), tieni sentenza tar-Regolament bażiku, il-miżuri kontra d-dumping eżistenti fuq aċċessorji li jistgħu jinħadmu li joriġinaw mill-Brażil għandhom jiġu estiżi għall-istess prodott ikkunsinjat mill-Arġentina, kemm jekk ikun dikjarat li joriġina mill-Arġentina jew le, skond l-Artikolu 13(1), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku, bl-eċċezzjoni ta' prodotti fabbrikati mill-produttur li kkoopera DEMA SA.

    (36) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi illi kwalunkwe miżura estiża għandha tapplika kontra importazzjonijiet irreġistrati mid-data tar-reġistrazzjoni, id-dazju kontra d-dumping għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu kkunsinjati mill-Arġentina li daħlu ġewwa l-Komunità taħt reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta' inizjazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-aċċessorji li jistgħu jinħadmu prodotti minn DEMA SA.

    (37) Id-deċiżjoni li ma jiġux estiżi d-dazji għall-importazzjonijiet ta' l-aċċessorji li jistgħu jinħadmu esportati minn DEMA SA ġiet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Bħala konsegwenza, in-nuqqas ta' estensjoni huwa applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta' aċċessorji li jistgħu jinħadmu kkunsinjati mill-Arġentina u prodotti minn din l-entità legali speċifika. Aċċessorji importati li jistgħu jinħadmu li ġew prodotti jew ikkunsinjati minn kwlaunkwe kumpannija oħra li ma tissemmiex fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu soġġetti għall-istess rata ta' dazju hekk kif imposta mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000.

    (38) Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' eżenzjoni mill-estensjoni tad-dażji għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwlaunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni u mal-bejgħ għall-esportazzjoni.

    (39) Esportaturi mill-Arġentina li jitolbu eżenzjoni skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku normalment ikunu meħtieġa jimlew kwestjonarju sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tistabilixxi jekk eżenzjoni tistax tkunx ġustifikata jew le u l-Kummissjoni normalment tagħmel ukoll żjara fuq il-post biex tivverifika dan.

    (40) Meta eżenzjoni tiġi kkunsidrata xierqa, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, għandha timmodifika ir-Regolament għal dan l-iskop billi taġġorna l-lsita ta' kumpanniji li jibbenefikaw minn din l-eċċezzjoni.

    E. PROĊEDURA

    (41) Il-partijiet interessati ġew infurmati mill-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzali li intużaw mill-Kummissjoni bħala l-bażi ta' l-intenzjoni tal-proposta ta' l-estensjoni tad-dazju kontra d-dumping definittiv fis-seħħ u ingħataw l-opportunita jikkummentaw. Ma saret l-ebda oġġezzjoni,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Id-dazju kontra d-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 fuq il-importazzjonijiet ta' aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid minsuġ u imsammar li jista' jinħadem li jaqa fl-ambitu tal-kodiċi CN ex73071910, li joriġina mill-Brażil, huwa hawnhekk estiż għal importazzjonijiet ta' l-istess aċċessorji għal tubi u pajpijiet tal-ħadid minsuġ u imsammar li jista' jinħadem ikkunsinjati mill-Arġentina (kemm jekk ġiex iddikjarat li joriġinaw mill-Arġentina jew le) (kodiċi TARIC 73071910*11 u 73071910*19 rispettivament), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti minn DEMA SA, Av. Pte. Perón 3750, San Justo, Buenos Aires, Arġentina (kodiċi addizzjonali TARIC).

    2. Id-dazju estiż minn paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sejjer jinġabar fuq l-importazzjonijiet reġistrati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1693/2002 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti minn DEMA SA, Av. Pte. Perón 3750, San Justo, Buenos Aires, Arġentina.

    3. Id-dispożizzjonijiet li qegħdin fis-seħħ dwar dazji doganali għandhom jgħoddu.

    Artikolu 2

    1. Talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandhom jiġu ffirmati minn persuna awtoriżżata biex jirrapreżenta l-applikant. It-talba għandha tintbgħat fl-indirizz li ġejjin:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

    Direttorat B

    Uffiċċju: J-79 05/17

    B - 1049

    Brussel

    Fax (32 2) 295 65 05

    Telex COMEU B 21877.

    2. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, permezz ta' deċiżjoni, tista' tawtorizza l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet meta jkun jidher illi ma ċċirkonvenzjonawx id-dazju kontra d-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 3

    L-awtoritajiet tad-dwana huma hawnhekk indikati biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet, stabbiliti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1693/2002.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta' Ġunju 2003.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Papandreou

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

    [2] ĠU L 208, 18.08.00, p. 8.

    [3] ĠU L 258, tas-26.9.2002, p. 27. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 909/2003 (ĠU L 128, ta' l-24.5.2003, p. 7).

    --------------------------------------------------

    Top