This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0833
Commission Regulation (EC) No 833/2003 of 14 May 2003 amending Regulation (EC) No 174/1999 laying down special detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 804/68 as regards export licences and export refunds in the milk and milk products sector
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib
ĠU L 120, 15.5.2003, p. 18–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1282
Official Journal L 120 , 15/05/2003 P. 0018 - 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib IL-KUMMISSJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 31(14) miġjub fih, Billi: (1) Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/298/KE [3] u 2003/299/KE [4] li jikkonkludu protokolli li jaġġustaw l-aspetti ta’ kummerċ tal-Ftehim ta’ l-Ewropa li jistabbilixxu assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-banda waħda, u r-Repubblika Ceka u r-Repubblika Slovakka, rispettivament, mill-banda l-oħra, inklużi dispożizzjonijiet dwar konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti reċiproki ta’ tariffi li jinvolvu l-abolizzjoni ta’ ħlasijiet lura (rifondi) tal-Komunita fuq ċerti prodotti. (2) Sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ ma’ dawn il-pajjiżi u biex ikun hemm garanzija li l-prodotti konċernati huma esportati mingħajr ħlasijiet lura (rifondi), arranġamenti speċifiċi għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-dawn il-pajjiżi għandhom jitfasslu kemm jista’ jkun malajr. Għal dan l-iskop, id-dispożizzjonijiet li japplikaw bis-saħħa ta’ l-Artikolu 20b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE)Nru 754/2003 [6], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1369/2002 tas-26 ta’ Lulju li jidderoga mill-Artikolu 31(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward prova tal-wasla fid-destinazzjoni fil-każ ta’ ħlasijiet lura (rifondi) differenzjati u li jippreskrivu regoli dettaljati biex tiġi applikata r-rata ta’ ħlas lura (rifond) ta’ esportazzjoni l-aktar baxxa għal ċerti prodotti mill-ħalib [7], għandhom jiġu estiżi lir-Repubblika Ceka u r-Repubblika Slovakka. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu jiġi emendat kif jixraq. (4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Halib u l-Prodotti mill-Halib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jiġi mibdul bl-Anness miġjub hawn: Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mis-16 ta’ Mejju 2003. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-14 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. [3] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 12. [4] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 36. [5] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8. [6] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 5. [7] ĠU L 198, tas-27.7.2000, p. 37. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS VIII L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 X = jgħodd l-Artikolu 20b. Prodotti | Pajjiż ta' destinazzjoni | Kodiċi tan-NK | Il-Polonja | L-Estonja | Il-Latvja | Il-Lituwanja | L-Ungerija | Ir-Repubblika Ceka | Ir-Repubblika Slovakka | 0401 | | X | X | X | X | | | 0402 | | X | X | X | X | X | X | ex0403: | | | | | | | | 04031011 | | | | | | X | X | 04031013 | | | | | | X | X | 04031019 | | | | | | X | X | 04031031 | | | | | | X | X | 04031033 | | | | | | X | X | 04031039 | | | | | | X | X | 04039011 | | X | X | X | X | X | X | 04039013 | | X | X | X | X | X | X | 04039019 | | X | X | X | X | X | X | 04039031 | | X | X | X | X | X | X | 04039033 | | X | X | X | X | X | X | 04039039 | | X | X | X | X | X | X | 04039051 | | X | X | X | X | X | X | 04039053 | | X | X | X | X | X | X | 04039059 | | X | X | X | X | X | X | 04039061 | | X | X | X | X | X | X | 04039063 | | X | X | X | X | X | X | 04039069 | | X | X | X | X | X | X | 040410 | | | | | | X | X | 040490 | | X | X | X | X | X | X | ex0405: | | | | | | | | 040510 | X | X | X | X | X | X | X | 04052090 | X | X | X | X | X | X | X | 040590 | X | X | X | X | X | X | X | --------------------------------------------------