Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0631

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 631/2003 tas-7 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ u l-limiti ta’ żmien għall-programmi tax-xogħol ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ għas-snin tas-suq 2002/2003 u 2003/2004

    ĠU L 92, 9.4.2003, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/631/oj

    32003R0631



    Official Journal L 092 , 09/04/2003 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 631/2003

    tas-7 ta’ April 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ u l-limiti ta’ żmien għall-programmi tax-xogħol ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ għas-snin tas-suq 2002/2003 u 2003/2004

    IL-KUMMISSJONI TALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4a(4)(a) u (ċ) miġjub fih,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2002 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1965/2002 [4], jippreskrivi, għas-snin tas-suq 2002/2003 u 2003/2004, ir-regoli dwar l-approvazzjoni u l-programmi tax-xogħol ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ għall-għanijiet ta’ l-iffinanzjar mill-Komunità li għalihom jipprovdi l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 1638/98. Sabiex tiġi simplifikata l-amministrazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tħajjar parteċipazzjnoi estensiva mill-organizzaturi fis-settur, uħud mill-kondizzjonaijiet għall-approvazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur għandhom jiġu emendati.

    (2) Minħabba li d-dispożizzjonijiet dwar l-iffinanzjar ta’ programmi tax-xogħol huma ġodda, it-tħejjija ta’ programmi tax-xogħol minn organizzazzjonijiet approvati ta’ operaturi teħtieġ xogħol preparatorju konsiderevoli. Il-limiti ta’ żmien relevanti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 għandhom għalhekk jiġu mtawwla.

    (3) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 għandu jiġi hekk emendat.

    (4) Il-miżuri iżda provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2(3) jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ u l-assoċjazzjonijiet tagħhom approvati skond l-Artikolu 20c tar-Regolament Nru 136/66/EEC u organizzazzjonijiet oħra ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ li għandhom l-għarfien mill-Istat Membru li jibgħatu programm tax-xogħol skond l-Artikolu 5 għandhom jitqiesu bħala approvati taħt dan ir-Regolament fejn ikunu jikkonformaw mal-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Iżda, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jinkludu massimu ta’ 10 % ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi mhux approvati taħt il-punt (a) jew massimu ta’ seba’ minn dawk l-organizzazzjonijiet."

    2. Fl-Artikolu 3(1), "31 ta’ Marzu 2003" hija sostitwita bi "31 ta’ Mejju 2003".

    3. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2), "31 ta’ Marzu 2003" hija sostitwita bi "31 ta’ Mejju 2003".

    4. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3), "31 ta’ Mejju 2003" hija sostitwita bi "31 ta’ Lulju 2003".

    5. Fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 11(2), "30 ta’ Ġunju 2003" hija sostitwita bi "5 ta’ Settembru 2003".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jgħodd mill-31 ta’ Marzu 2003.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32.

    [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

    [3] ĠU L 195, ta’ l-24.7.2002, p. 16.

    [4] ĠU L 300, tal-5.11.2002, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top