Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0573

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2003 li temenda Deċiżjoni 94/85/KE dwar l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk u DeċIżjoni 2000/609/KE dwar il-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni ta’ laħam ta’ annimali ratite frisk fejn tidħol il-Botswana (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2755)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 194, 1.8.2003, p. 89–91 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0118

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/573/oj

    32003D0573



    Official Journal L 194 , 01/08/2003 P. 0089 - 0091


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-31 ta’ Lulju 2003

    li temenda Deċiżjoni 94/85/KE dwar l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk u DeċIżjoni 2000/609/KE dwar il-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni ta’ laħam ta’ annimali ratite frisk fejn tidħol il-Botswana

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2755)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2003/573/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw in-negozju fi ħdan il-Komunità u importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ laħam tat-tjur frisk [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1999/89/KE [2], u b’mod partikolari Artiklu 9(1) tiegħu

    billi:

    (1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [3], kif emendata l-aħħar bid-DEĊIŻJONI Nru 2001/733/KE [4], tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk.

    (2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE [5], kif emendata l-aħħar permezz ta’ 2000/782/KE [6], tistabbilixxi kondizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam ta’ annimali ratite imkabbra fir-razzett.

    (3) Spezzjoni li saret mill-Kummissjoni fil-Botswana f’Mejju 2001 uriet li fil-pajjiżi hemm servizzi veterinarji strutturati u organizzati biżżejjed bejn jidħol l-istat ta’ saħħa fir-rigward ta’ annimali ratite. madankollu, il-leġislazzjoni fil-Botswana ma nkludietx b’mod sħIħ ir-rekwiżit għan-notifika uffiċjali ta’ l-influwenza Avjana.

    (4) il-Botswana issa emendat il-liġijiet tagħha biex tassigura li l-influwenza avjana tkun notifikata lill-awtorità kompetenti.

    (5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE għandha għalhekk tkun emendata biex tinkludi lil Botswana fil-lista fl-Aness ta’ magħha. Għal skop ta’ ċarezza l-Anness għandu jiġi mibdul kollu kemm hu.

    (6) L-Anness għad-Deċiżjoni 94/85/KE għandha turi b’mod ċar li l-Botswana hija awtorizzata għal-laħam ta’ annimali ratite biss.

    (7) l-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/609/KE għandha tkun ukoll emendata biex tinkludi lill-Botswana fil-lista tal-pajjiżi awtorizzati li jistgħu jesportaw annimali ratite imkabbra fi-razzett lejn l-Unjoni Ewropea. Għal skop ta’ ċarezza l-Aness għandu jiġi mibdul kollu kemm hu.

    (8) Minħabba l-istat ta’ saħħa fil-Botswana fejn tidħol il-marda ta’ Newcastle, l-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/609/KE għandha turi b’mod ċar li ċ-Ċertifikat Mudell "B" għandu jintuża għal-laħam ta’ annimali ratite imkabbra fi-razzett mill-Botswana.

    (9) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 94/85/KE huwa mibdul bl-Aness I għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/609/KE huwa mibdul bl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta' l-24.9.91, p. 35.

    [2] ĠU L 300, tat-23.11.99, p. 17.

    [3] ĠU L 44, tas-17.2.94, p. 31.

    [4] ĠU L 275, tat-18.10.1, p. 17.

    [5] ĠU L 258, tat-12.10.00, p. 49.

    [6] ĠU L 309, tad-9.12.00, p. 37.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    "

    “L-ANNESS

    L-oġġetti minn pajjiżi fuq din il-lista għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti dwar is-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika

    Kodiċi ISO | Pajjiż | Laħam frisk tat-tjur | speċi rimarki |

    AR | l-Arġentina | X | |

    AU | L-Awstralja | X | |

    BG | il-Bulgarija | X | |

    BR | il-Brażil | X | |

    BW | il-Botswana | X | Laħam ratite biss |

    CA | il-Kanada | X | |

    CH | L-Isvizzera | X | |

    CL | Iċ-Ċilì | X | |

    CN | China (Ir-Repubblika Popolari) | X | |

    CY | Ċipru | X | |

    CZ | ir-Repubblika Ċeka | X | |

    HR | il-Kroazja | X | |

    HU | l-Ungerija | X | |

    IL | l-Iżrael | X | |

    IS | Islanda | X | |

    KR | Koreja (Repubblika) | X | |

    LV | il-Latvja | X | |

    LI | il-Litwanja | X | |

    MG | il-Madagaskar | X | |

    MT | Malta | X | |

    MY | Il-Malasja | X | Western Peninsular biss |

    NA | In-Namibia | X | Laħam ratite biss |

    NZ | New Zealand | X | |

    PL | Il-Polonja | X | |

    RO | ir-Rumanija | X | |

    SI | ls-Islovenja | X | |

    SK | lr-Repubblika Slovakka | X | |

    TH | It-Tajlandja | X | |

    TN | It-Tuneżija | X | |

    TR | It-Turkija | X | |

    US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | X | |

    UY | L-Urugwaj | X | |

    ZA | L-Afrika t'Isfel | X | Laħam ratite biss |

    ZW | Iż-Żimbabwe | X | Laħam ratite biss |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    "

    “L-ANNESS I

    Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li għandhom permess li jesportaw farmed ratite meat lejn l-Unjoni Ewropea

    Kodiċi ISO | Pajjiż | Partijiet mit-territorju | ċertifikat mudell biex jintuża (A jew B) |

    AR | L-Arġentina | | A |

    AU | L-Awstralja | | A |

    BG | il-Bulgarija | | A |

    BR-1 | il-Brażil | The States of Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo uMato Grosso do Sul | A |

    BW | il-Botswana | | B |

    CA | il-Kanada | | A |

    CH | L-Isvizzera | | A |

    CL | Iċ-Cilì | | A |

    CY | Ċipru | | A |

    CZ | ir-Repubblika Ċeka | | A |

    HR | il-Kroazja | | A |

    HU | l-Ungerija | | A |

    IL | l-Iżrael | | A |

    LI | il-Litwanja | | A |

    NA | In-Namibia | | B |

    NZ | New Zealand | | A |

    PL | Il-Polonja | | A |

    RO | ir-Rumanija | | A |

    SI | Is-Islovenja | | A |

    SK | ls-slovakkja | | A |

    TH | It-Tajlandja | | A |

    TN | It-Tuneżija | | A |

    US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | A |

    ZA | L-Afrika t'Isfel | | B |

    ZW | Zimbabwe | | B |

    "

    --------------------------------------------------

    Top