Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1964

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1964/2002 ta’ l-4 ta’ Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar standards fil-marketing taż-żejt taż-żebbuġa

    ĠU L 300, 5.11.2002, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1964/oj

    32002R1964



    Official Journal L 300 , 05/11/2002 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1964/2002

    ta’ l-4 ta’ Novembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar standards fil-marketing taż-żejt taż-żebbuġa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar il-ħolqien ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żejt u xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 [3] jippreskrivi illi r-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2002 bl-eċċezzjoni għall-każ ta’ prodotti li huma manifatturati u ittikkjettati legalment fil-Komunità Ewropea jew legalment importati fil-Komunità Ewropea u rilaxxjati għal ċirkolazzjoni libera qabel l-1 ta’ Awissu 2002.

    (2) Instab illi minn jippakkja qed isib diffikulta’ fl-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet il-ġodda dwar it-tikketti meta jitqiesu l-kwantitajiet ta’ tikketti li diġà hemm fil-ħażna u ż-żmien li prodotti taż-żejt taż-żebbuġa li jistgħu jibqgħu fis-suq idumu tajbin.

    (3) Barra minn hekk, xi produtturi qed isibuha diffiċli biex jaģģustaw għall-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 biex jippakkjaw il-prodotti f’pakketti żgħar b’għeluq xieraq u biex jittikkettjawhom skond l-Artikoli 3 sa 6 ta’ dak ir-Regolament.

    (4) Sabiex l-operaturi jingħataw ħin biżżejjed biex jaġġustaw għar-regolamenti l-ģodda dwar l-ippakkjar u ttikkettjar, il-perjodu ta’ aġġustament previst fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu jiģi mtawwal.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu jkun emendat skond dan.

    (6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opnjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 12(2) tar- Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu jiģi sostitwit b’li ġej:

    "2. Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2002, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 2, 3, 5 u 6 li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2003.

    L-Artikolu 11 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2002.

    Madankollu, prodotti li ġew manifatturati u ttikkettjati legalment fil-Komunità jew importati legalment fil-Komunità u mqiegħda f’ċirkolazzjoni libera qabel l-1 ta’ Novembru 2003 jistgħu jibqgħu jiģu mqiegħda fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Novembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

    [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

    [3] ĠU L 155, ta’ l-14.6.2002, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top