Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1881

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1881/2002 ta’ l-14 ta’ Otubru 2002 li jirrettifika r-Regolament (KE) Numru 2200/96 dwar id-data tal-bidu tal-perjodu transitorju tar-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

ĠU L 285, 23.10.2002, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0361

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1881/oj

32002R1881



Official Journal L 285 , 23/10/2002 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1881/2002

ta’ l-14 ta’ Otubru 2002

li jirrettifika r-Regolament (KE) Numru 2200/96 dwar id-data tal-bidu tal-perjodu transitorju tar-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [4], perjodu transitorju ta’ sentejn, li jibda mill-jum li minnu jidħol fis-seħħ, li fih id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tar-Regolament hawn fuq msemmi għandhom japplikaw, ġie mogħti lill-organizzazzjonijiet tal-produturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KEE) Numru 1035/72 [5], li ma kinux issodisfaw il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tar-Regolament (KE) Numru 2200/96. Dan il-perjodu transitorju ta’ sentejn jista’ jiģi mtawwal għall ħames snin, sakemm l-Istati Membri rilevanti jaċċettaw pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-organizzazzjoni tal-produtturi biex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha previsti fir-Regolament (KEE) Numru 2200/96 biex jiġu mogħtija rikonoxximent minn dak l-Istat Membru.

(2) Ir-Regolament (KE) Numru 2200/96 jiddefinixxi fl-Artikolu 13(1) il-jum tal-bidu tal-perjodi transitorji ta’ sentejn u ta’ ħames snin bħala l-jum li fih jidħol fis-seħħ ir-Regolament, jiġifieri il-21 ta’ Novembru 1996. Din id-data tirriżulta minn żball, għaliex fil-fatt, l-eliġibilità għal miżuri transitorji mid-data li jibda jseħħ ir-Regolament (KE) Numru 2200/96 ma kienet tfisser xejn minħabba li r-Regolament (KEE) Numru 1035/72 kien għadu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 1996. Minflok, id-data tal-bidu tal-perjodi transitorji kellha tkun id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 2200/96.

(3) Huwa għalhekk xieraq li jiġi rrettifikat l-iżball fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Numru 2200/96. Minħabba li l-effetti ta’ dak l-iżball setgħu affettwaw negattivament l-organizzazzjonijiet tal-produturi li kienu bbenefikaw mill-imsemmija perjodi transitorji, huwa xieraq li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet relattivi mid-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 2200/96,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandu jkun sostitwit bi:

"1. Organizzazzjonijiet ta’ Produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li ma jistgħux jikkwalifikaw għal rikonoxximent taħt l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament mingħajr perjodu transitorju jistgħu jkomplu joperaw taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV għal sentejn mill-1 ta’ Jannar 1997, sakemm jibqgħu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ l-imsemmija Artikoli tar-Regolament (KEE) Numru 1035/72."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] Proposta mibgħuta lill-Kunsill fid-29 ta’ Mejju 2002.

[2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2002 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fit-18 ta’ Settembru 2002 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2002 (ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1).

[5] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8).

--------------------------------------------------

Top