EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1052

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1052/2002 tas-17 ta’ Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għal applikazzjoni tas-sistema fejn jingħataw rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ beni mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għal iffissar ta’ l-ammonti ta’dawn ir-rifużjonijiet

ĠU L 160, 18.6.2002, p. 16–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1043

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1052/oj

32002R1052



Official Journal L 160 , 18/06/2002 P. 0016 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1052/2002

tas-17 ta’ Ġunju 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għal applikazzjoni tas-sistema fejn jingħataw rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ beni mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għal iffissar ta’ l-ammonti ta’dawn ir-rifużjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistipula l-arranġamenti kummerċjali applikabli għal ċerta merkania li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) ta’ l-istess,

Billi:

(1) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodoti agrikoli esportati fil-forma ta’ merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 595/2002 [4], jindika li huwa xieraq li jkunu provduti regoli ta’ trasferiment aktar flessibli għaċ-ċertifikati ta’ rifużjonijiet b’perjodi ta’ validità qasira li joħorġu lejn tmiem il-perjodu tal-budget u li tiżdied l-għatba li taħtha ċerti operaturi huma eżentati milli jippreżentaw ċertifikati.

(2) Sabiex isiru provvedimenti adekwati għal din iż-żieda fil-għatba, ir-riżerva għal kull sena tal-approprjazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 14(1), għandha tkun miżjuda.

(3) Barra minn hekk, fid-dawl taż-żieda fil- għatba l-ammont li ’l fuq minnu l-Kummissjoni tista’ tissosspendi l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14(1) u (2) għandu jkun miżjud.

(4) Nomenklatura ta’ kodiċi kombinati għal ċerti beni elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-bajd [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2002 [6], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [7]0, kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [8] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [9], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [10], ġew emendati sabiex jieħdu inkonsiderazzjoni l-emendi għall-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ tariffi u statistiċi u dwar it-Tariffi Komuni tad-Dwana [11], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2002 [12], introdott mir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2031/2001 [13] b’effett mill-1 ta’ Jannar 2002.

(5) L-Annessi B u D tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000 għandhom għaldaqstant ikunu aġġornati sabiex tinżamm ekwivalenza mal-Annessi rispettivi tar-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75, (KE) Nru 1255/1999 u (KE) Nru 1260/2001.

(6) Huwa xieraq li jiġi magħmul aktar preċiż il-kliem fl-Artikolu 8(1) sabiex ikun hemm aktar ċertezza legali. Bħala konsegwenza l-kliem tal-istruzzjoni mogħtija fl-Anness F III(k) għandu jkun emendat ukoll.

(7) Fir-rigward tal-merkanzija elenkata fl-Anness Ċ, il-kwantità ta’ prodotti bażiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkulazzjoni tal-ammont tar-rimbors għandha tkun dik murija f’dak l-Anness għal kull oġġett. Però, il-kwantità murija fejn jidħol il-kodiċi NM ex20089985 għandha tkun modifikata stante li hija eċċessiva.

(8) Ir-regolament (KE) Nru 1520/2000 għandu jkun emendat kif meħtieġ.

(9) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar domandi orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 qed jiġi emendat kif ġej:

1) il-paragrafu la li ġej qed jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 6(1):

"1a. B’deroga mill-paragrafu 1, għaċ-ċertifikati ta’ rimbors maħruġa għall-użu mill-1 ta’ Ġunju għall-merkanzija li għandha tkun epsortata qabel l-1 t’Ottubru l-ħtieġa li jiġi entrat l-isem u l-indirizz ta’ dak li lilu jkun qed jiġi trasferut f’kaxxa 20 tal-formula ta’ l-applikazzjoni m’għandhiex tapplika. Il-kaxxa 6 m’għandhiex titħassar minn dawn iċ-ċertifikati ta’ rifużjonijiet.

Għall-perjodu ta’ approprjazzjoni li jispiċċa fit-30 ta’ Settembru 2002, id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel sotto-paragrafu għandom japplikaw għal ċertifikati ta’ rifużjonijiet maħruġa għall-użu mill-1 ta’ Awwissu 2002.";

2. Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 qed jiġi sostitwit b’li ġej:

"1. Ċertifikati ta’ rifużjonijiet għal perjodu singolu ta’ approprjazzjoni għandhom ikunu applikati separatament f’sitt porzjonijiet. Applikazzjonijiet għal ċertifikati għandhom ikunu sottomessi l-iżjed tard fis-:

(a) 7 ta’ Settembru għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’ Ottubru;

(b) 7 ta’ Novembru għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’ Diċembru;

(ċ) 7 ta’ Jannar għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’ Frar;

(d) 7 ta’ Marzu għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’April;

(e) 7 ta’ Mejju għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’ Ġunju;

(f) 7 ta’ Lulju għal ċertifikati għall-użu mill-1 ta’Awwissu.";

3. L-Artikolu 14 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, "30 miljun euros" qed tiġi sostitwita b’ "EUR 35 miljun";

(b) fil-paragrafu 2, l-ewwel sottoparagrafu qed jiġi sostitwit b’li ġej:

"Dan l-Artikolu għandu japplika għall-esportazzjoni minn operaturi li ma kellhomx ċertifikat ta’ rimbors mill-bidu tal-perjodu ta’ approprjazzjoni inkwistjoni u li m’għandhomx tali ċertifikat fid-data ta’ l-esportazzjoni. L-applikazzjonijiet sottomessi mill-operatur skond it-termini stipulati fl-Anness F, it-taqsima VI, il-paragrafu 2, matul is-sena ta’ approprjazzjoni u qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-esportazzjoni inkwistjoni trid tkun tammonta għal inqas minn EUR 75000.";

(ċ) fil-paragrafu 3, it-tieni sottoparagrafu għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

"Jekk is-somma ta’ l-ammonti notifikata mill-Istati Membri tilħaq EUR 25 miljun, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għall-esportazzjoni mhux koperta minn ċertifikat ta’ rimbors.";

4. fl-Anness B il-linja

"190530 – Biskuttini ħelwin: waffles u wafers"

qed tiġi sostitwita bis-segwenti:

"— Biskuttini ħelwin; waffles u wafers:

190531 – – Biskuttini ħelwin;

190532 – – Waffles u wafers";

5. fl-Anness Ċ, l-entrata li tirrigwarda l-kodiċi NM

ex20089985

għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:

"Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Qamħ komuni | Qamħ durum | Qamħirrum (qamħ) | Ross tal-qamħ twil proċessat | Ross tal-qamħ tond proċessat | Xgħir | Zokkor Abjad | Xorrox (PGI) | Ħalib tat-trab (PG2) | Bajd fil-qoxra |

ex20089985 | – – – – Qamħirrum (qamħ), fil-forma ta' ħabba, barra minn qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata): | | | 60 (1)" | | | | | | | |

6. fl-Anness D, il-linja

"190530 – biskuttini ħelwin: waffles u wafers"

għandha tiġi sostitwita mis-segwenti:

"— Biskuttini ħelwin; waffles u wafers:

190531 – – Biskuttini ħelwin;

190532 – – waffles u wafers";

7. L-Anness F III(k) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti:

"Kaxxa 22 għandu jkun fiha l-kliem: "għall-użu minn…", determinata skond l-Artikolu 8."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2002.

L-Artikolu 1(4) u (6) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fis-17 ta’ Ġunju 2002.

Għall Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18.

[2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5.

[3] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1.

[4] ĠU L 91, tas-6.4.2002, p. 5.

[5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

[6] ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 7.

[7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[8] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[9] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

[10] ĠU L 104, ta’ l-20.4.2002, p. 26.

[11] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[12] ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 8.

[13] ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top