Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0453

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002 tat-13 ta’ Marzu 2002 li jadatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/2001, (KE) Nru 2125/95 u (KE) Nru 3223/94 fir-rigward tal-kodiċi tan-nomenklaturi magħquda għal ċerti frott u ħxejjex

    ĠU L 72, 14.3.2002, p. 9–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/453/oj

    32002R0453



    Official Journal L 072 , 14/03/2002 P. 0009 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002

    tat-13 ta’ Marzu 2002

    li jadatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/2001, (KE) Nru 2125/95 u (KE) Nru 3223/94 fir-rigward tal-kodiċi tan-nomenklaturi magħquda għal ċerti frott u ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali wżata għall-prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta’ Awissu 2001 li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [3] emenda n-Nomenklatura Magħquda għal ċerti frott u ħxejjex u prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex.

    (2) Dan li ġej għalhekk għandu jiġi adottat:

    - it-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ippproċessati [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/2001 [5];

    - l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/2001 tat-12 ta’ Settembru 2001 li jistipula l-istandard tal-marketing għall-frott taċ-ċitru [6];

    - l-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 tas-6 ta’ Settembru 1995 li jagħti bidu u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal faqqiegħ ippreservat [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2541/2001 [8];

    - it-tabella fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni għall-frott u l-ħxejjex [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2000 [10].

    (3) L-adattamenti ta’ hawn fuq għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt bħar-Regolament (KE) Nru 2031/2001.

    (4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Laqgħa Konġunta tal-Kumitati ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħxejjex friski u għall-frott u l-ħxejjex ipproċessati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fit-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96:

    "ex0812 | Frott u ġewæ, provisorjament ippreservati (per eæempju b'gass ta' dijossidu tal-kubrit, f'ilma bil-melħ, f'ilma bil-kubrit jew f'xi likwidi preservanti oħra), iæda mhux adattati f'dak l-istat għal konsum immedjat, eskluæa banana ppreservata proviæorjament li taqa' taħt is-subintestatura ex08129095" |

    huwa sostitwit bi:

    "ex0812 | Frott u ġewæ, provisorjament ippreservati (per eæempju b'gass tad-dijossidu tal-kubrit, f'ilma bil-melħ, f'ilma bil-kubrit jew f'likwidi preservanti oħra), iæda mhux adattati f'dak l-istat għal konsum immedjat, eskluæa l-banana ppreservata proviæorjament li taqa' taħt is-subintestatura ex08129095" |

    u t-test:

    "ex2009 | Meraq tal-frott (eskluæ meraq ta' l-għeneb u nbid ġdid taħt is-subintestatura 200960 u meraq tal-banana taħt is-subintestatura 200980) u meraq tal-ħaxix, mhux iffermentat u ma jkunx fih spirtu miæjud, sew jekk ikollu jew ma jkollux zokkor miæjud jew materja oħra li tagħmel il-ħlewwa" |

    huwa sostitwit bi:

    "ex2009 | Meraq tal-frott (eskluæ meraq ta' l-għeneb u nbid ġdid taħt is-subintestatura 200961 u meraq tal-banana taħt is-subintestatura 200980) u meraq tal-ħaxix, mhux iffermentat u ma jkunx fih spirtu miæjud, sew jekk ikollu jew ma jkollux zokkor miæjud jew materja oħra li tagħmel il-ħlewwa" |

    L-Artikolu 2

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1799/2001:

    "— lumi li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 08053010"

    huwa sostitwit bi:

    "— lumi (Citrus limon, Citrus limonum) li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 08055010."

    L-Artikolu 3

    L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 1

    1. Il-kwoti tat-tariffi għall-faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru Agaricus li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 07115100, 20031020 u 20031030, muri fl-Anness I, għandhom jinfetħu bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għandha tkun 12 % skond il-valur fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 07115100 (Nru tas-Serje 09.4062) u 23 % fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 20031020 u 20031030 (Nru tas-Serje 09.4063). Madanakollu, rata waħda ta’ 8,4 % għandha tgħodd fil-każ tal-prodotti ta’ hawn fuq li joriġinaw mill-Bulgarija (Nru tas-Serje 09.4725) jew mir-Rumanija (Nru tas-Serje 09.4726)."

    L-Artikolu 4

    L-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "

    L-Anness

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li hija biss indikattiva. L-iskop ta’ l-arranġamenti li li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huwa, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, stabbilit bl-iskop tal-kodiċi NM kif ikunu fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ l-aħħar emenda ta’ dan ir-Regolament. Fejn hemm "ex" quddiem il-kodiċi NM, l-iskop tad-dazji addizzjonali huwa stabbilit sew bl-iskop tal-kodiċi NM u dak tad-deskrizzjoni tal-prodotti, u l-perijodu li jikkorrispondi ta’ l-applikazzjoni.

    PARTI A

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Perijodu ta' applikazzjoni |

    ex07020000 | Tadam | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |

    ex07070005 | Ħjar | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |

    ex07091000 | Qaqoċċ | Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju |

    07099070 | Zukkini | Mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Diċembru |

    ex08051010ex08051030ex08051050 | Larinġ ħelu, frisk | Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |

    ex08052010 | Klementini | Mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar |

    ex08052030ex08052050ex08052070ex08052090 | Mandolin (inkluż tanġerin u satsumi); wilking u ibridi simili taċ-ċitru | Mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar |

    ex08055010 | Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Mejju |

    ex08061010 | Għeneb ta' l-ikel | Mill-21 ta' Lulju sa l-20 ta' Novembru |

    ex08081020ex08081050ex08081090 | Tuffieħ | Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju |

    ex08082050 | Lanġas | Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' April |

    ex08091000 | Berquq | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |

    ex08092095 | Ċirasa, għajr ċirasa qarsa | Mill-21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awissu |

    ex08093010ex08093090 | Ħawħ, inkluż nettarini | Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |

    ex08094005 | Għajnbaqar | Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Perijodu ta' applikazzjoni |

    ex07070005 | Ħjar maħsub għall-ipproċessar | Mill-1 ta' Mejju sal- 31 ta' Ottubru |

    ex08092005 | Pruna qarsa (Prunus cerasus) | Mill-21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awissu |

    "

    L-Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.

    [4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

    [5] ĠU L 171, tas-26.6.2001, p. 1.

    [6] ĠU L 244, ta’ l-14.9.2001, p. 12.

    [7] ĠU L 212, tas-7.9.1995, p. 16.

    [8] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 80.

    [9] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66.

    [10] ĠU L 97, tad-19.4.2000, p. 6.

    --------------------------------------------------

    Top