EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0345

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2002 tal-25 ta’ Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2461/1999 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ l-użu ta’ art imwarrba apposta maħsuba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba primarjament għall-konsum tal-bniedem jew dak ta’ l-annimali

ĠU L 55, 26.2.2002, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/345/oj

32002R0345



Official Journal L 055 , 26/02/2002 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2002

tal-25 ta’ Frar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2461/1999 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ l-użu ta’ art imwarrba apposta maħsuba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba primarjament għall-konsum tal-bniedem jew dak ta’ l-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jwaqqaf sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 587/2001 [4], jippermetti lill-Istati Membri li jawtorizzaw lill-bdiewa li jipproċessaw fl-irziezet tagħhom il-materja prima maħsuda fuq art imwarrba. F’din is-sitwazzjoni fejn il-bidwi jkun kemm il-produttur u kemm dak li jipproċessa dik il-materja prima, hemm riskju ikbar ta’ frodi. Miżuri speċifiċi addizzjonali huma għalhekk meħtieġa biex jiġi żgurat monitoraġġ aktar mill-qrib ta’ l-użu li jsir mill-materja prima.

(2) It-tielet subartikolu ta’ l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 jeħtieġ ukoll l-isnaturament ta’ ċereali u żerriegħa taż-żejt maħsuda fuq ċerti meded ta’ raba’ mwarrba fejn dawn għandhom jintużaw fuq ir-razzett bħala karburanti għat-tisħin jew biex jipproduċu enerġija jew bijo-karburanti fuq l-istess razzett. L-isnaturar huwa meħtieġ biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali u jagħmilha possibbli li ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar verifiki. Wara l-isnaturar, billi l-biprodotti ta’ prodotti manifatturati mhux għall-ikel ma jistgħux jintużaw aktar għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali, b’mod partikolari fil-każ taż-żerriegħa taż-żejt, il-profitt ta’ l-uċuh taż-żerriegħa taż-żejt imkabbra fuq art imwarrba hija b’hekk imnaqqsa.

(3) Biex tissewwa din il-problema, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jippermettu li żejt miksub miż-żerriegħa taż-żejt li għandha tiġi snaturata, b’mod illi jintroduċu arranġamenti speċifiċi għall-verifika, b’mod partikolari, li l-kwanitità sħiħa maħsuda tiġi pproċessata, li tkun twettqet il-garanzija ta’ l-ipproċessar u li l-isnaturar ikun sar.

(4) L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri iwaqqfu produzzjoni rappreżentattiva għal ċerta materja prima kull sena, u li javżaw lill-applikanti b’dik il-produzzjoni qabel il-31 ta’ Lulju, u qabel il-31 ta’ Awissu fil-każ ta’ żerriegħa tal-ġirasol. Huwa diffiċili li tiġi stabbilita produzzjoni rappreżentattiva għall-qamħirrum qabel il-31 ta’ Lulju, minħabba d-data taż-żriegħ tard u l-kondizzjonijiet diffiċili tat-temp f’xi Stati Membri. L-istess data għandha għalhekk tkun tgħodd għall-qamħirrum bħal dik taż-żerriegħa tal-ġirasol.

(5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li jimmaniġġa ċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 huwa b’dan emdendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti:

(a) li jużaw iċ-ċereali kollha jew iż-żerriegħa taż-żejt li taqa’ fil-kodiċi NM 12010090, qabel 12050090 u 12060091 maħsuda fuq ċerta art imwarrba:

(i) bħala karburanti għat-tisħin tal-bini agrikolu tagħhom,

(ii) għall-produzzjoni fuq il-propjeta’ agrikola ta’ enerġija jew bijo-karburanti;

(b) li jipproċessaw f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 27112900, fl-irziezet tagħhom, il-materja prima kollha maħsuda f’ċerta art imwarrba.

Fil-każi elenkati fl-ewwel subparagrafu, l-applikanti għandhom jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni mniżżla fil-kuntratt riferit fl-Artikolu 4, li jużaw jew jipproċessaw direttament il-materja prima koperta bid-dikjarazzjoni.

B’żieda, l-applikanti għandhom ikollhom il-materja prima kollha maħsuda miżuna minn korp jew impriża nominata mill-Istat Membru u għandhom iżommu kontijiet separati għall-materja prima wżata u l-prodotti u prodotti sussidjarji li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħha. Iżda, fejn tintuża l-pjanta kollha, l-użin jista’ jiġi mibdul b’kejl volumetriku tal-materja prima.

L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jintroduċu verifiki adegwati biex jiżguraw li l-materja prima tintuża direttament fuq ir-razzett jew li tiġi proċessata f’bijogass li jaqa’ fil-kodiċi NM 27112900.

Barra minn hekk ċereali u żerriegħa taż-żejt użati skond il-punt (a) għandhom jiġu snaturati skond il-metodu mniżżel mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu, iżda, jawtorizzaw li żejt prodott mill-ipproċessar ta’ żerriegħa taż-żejt skond il-punt (a)(ii) li għandha tiġi snaturata minflok iż-żerriegħa taż-żejt innifisha, basta illi dak l-isnaturar isir minnufih wara li ż-żerriegħa tiġi proċessata f’żejt u li jiġi verifikat l-użu li jsir minn dik iż-żerriegħa. Il-miżuri li għalihom jipprovdu l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ s-subparagrafi u kull emendi għalihom għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Novembru tas-sena li tiġi qabel is-sena tal-ħsad li għaliha jgħoddu dawn il-miżuri. Fil-każ tas-snin kummerċjali 2001/02 u 2002/03, il-miżuri għandhom jiġu komunkati qabel il-31 ta’ Mejju 2001 u l-31 ta’ Marzu 2001, rispettivament.

L-Artikoli 4 sa 21 għandhom jgħoddu mutatis mutandis."

2. L-Artikolu 9(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Fil-każ li għalih jipprovdi l-paragrafu 1(b), l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-lokalitajiet li għandhom jintużaw biex tiġi stabbilita l-produzzjoni rappreżentattiva, iżda mhux neċessarjament ikun meħtieġ, li jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni mniżżla fil-pjani ta’ reġjonalizzazzjoni mħejjija skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Kull sena qabel il-ħsad, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-applikanti konċernati b’dik il-produzzjoni rappreżentattiva, sal-:

(a) 31 ta’ Lulju l-aktar tard fil-każ ta’ materja prima li tista’ tinxtara fl-intervent mhux taħt din l-iskema, bl-eċċezzjoni ta’ qamħirrum, żerriegħa tan-nevew jew tal-kolza kif riferit fil-paragrafu 1; u

(b) 31 ta’ Awissu l-aktar tard fil-każ ta’ qamħirrum u żerriegħa tal-ġirasol kif riferiti fil-paragrafu 1."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16.

[3] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, p. 16.

[4] ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 15.

--------------------------------------------------

Top