Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0293

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2002 tal-15 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1615/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini użati għall-iskopijiet ta' l-iskema tal-preferenzi ġeneralizzati biex jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċjali tan-Nepal rigward ċerti esportazzjonijiet tat-tessuti fil-Komunità

    ĠU L 46, 16.2.2002, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/293/oj

    32002R0293



    Official Journal L 046 , 16/02/2002 P. 0016 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2002

    tal-15 ta' Frar 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1615/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini użati għall-iskopijiet ta' l-iskema tal-preferenzi ġeneralizzati biex jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċjali tan-Nepal rigward ċerti esportazzjonijiet tat-tessuti fil-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi t-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar amendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 li japplika skema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2004 [3], il-Komunità tat preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa lin-Nepal.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Komunità Doganali [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 [5], li jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini li għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta' l-iskema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa (GSP). Iżda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi għal derogi favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li huma benefiċjarji tal-GSP li jibagħtu talba tajba b'dak l-effett lill-Komunità

    (3) In-Nepal ibbenefika minn tali deroga għal ċerti tessuti mill-1997, l-aħħar darba skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1615/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini użati għall-iskop ta' l-iskema tal-preferenzi ġeneralizzati li jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċjali tan-Nepal dwar ċerti esportazzjonijiet tat-tessuti lejn il-Komunità [6], li kien jgħodd għall-perijodu mill-15 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001. Bagħtet talba biex tiġġedded id-deroga.

    (4) Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1615/2000, partikolarment l-eżistenza tal-kondizzjonijiet kwantitattivi, li jgħoddu fuq bażi ta' kull sena, li jirriflettu l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbi l-prodotti tan-Nepal, il-kapaċità ta' l-esportazzjoni tan-Nepal u l-movimenti reġistrati tal-kummerċ, kienu ddisinjati biex ma jagħmlux ħsara lill-fergħat rispettivi ta' l-industrija tal-Komunità.

    (5) Il-talba mitfugħa min-Nepal kienet ikkunsidrata mill-Kummissjoni u nstabet li hija sostanzjata sewwa. Id-deroga għandha għalhekk tkun imġedda. Barra hekk, l-interessi tal-kummerċjanti kemm fin-Nepal kif ukoll fil-Komunità li partikolarment jikkonkludi l-kuntratti, u l-istabbiltà u l-iżvilupp mill-industrija tan-Nepal f'termini ta' investimenti u impjiegi li għadhom sejrin, jeħtieġu li d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1615/2000 għandhom ikomplu japplikaw mingħajr interruzzjoni meta d-deroga pprovduta fih tiskadi. Aktar minn hekk, id-deroga għandha tingħata għal perijodu itwal milli ngħatat s'issa, iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2004, meta l-iskema kurrenti tal-GSP tiskadi.

    (6) Sabiex tkun permessa sorveljanza aktar effiċjenti ta' l-operazzjoni tad-deroga, l-awtoritajiet tan-Nepal għandhom jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta' oriġini maħruġa.

    (7) Ir-Regolament (KE) Nru 1615/98 għandu għalhekk ikun b'hekk emendat.

    (8) Il-miżuri li hemm ipprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1615/2000 huwa emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 2 "31 ta' Diċembru 2001" huwa mibdul bi "31 ta' Diċembru 2004";

    2. L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 5

    1. L-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti rriferuti fl-Artikolu 1.

    2. Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal skond dan ir-Regolament: "Deroga — Regolament (KE) Nru 1615/2000".

    3. L-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull xahar prospett tal-kwantitajiet li dwarhom ċertifikati ta' l-oriġini forma A inħarġu skond dan ir-Regolament u n-numri b'serje ta' dawn iċ-ċertifikati."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' Frar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

    [3] ĠU L 346, tal-31.12.2001, p. 1.

    [4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [5] ĠU L 141, tat-28.5.2001, p. 1.

    [6] ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 54.

    --------------------------------------------------

    Top