EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0170

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 170/2002 tat-30 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskemi tal-premium għaċ-ċanga u l-vitella msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001 u (KE) Nru. 1454/2001 li jintroduċu miżuri speċifiċi rigward ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi li qegħdin ‘il barra minn Franza (Poseidom), ta’ l-Ażores u ta’ Madeira (Poseima) u tal-Gżejjer Kanarji (Poseican) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru. 2912/95.

ĠU L 30, 31.1.2002, p. 23–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32005R0188

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/170/oj

32002R0170



Official Journal L 030 , 31/01/2002 P. 0023 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 170/2002

tat-30 ta’ Jannar 2002

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskemi tal-premium għaċ-ċanga u l-vitella msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001 u (KE) Nru. 1454/2001 li jintroduċu miżuri speċifiċi rigward ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi li qegħdin ‘il barra minn Franza (Poseidom), ta’ l-Ażores u ta’ Madeira (Poseima) u tal-Gżejjer Kanarji (Poseican) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru. 2912/95.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti Franċiżi li qegħdin ‘il barra minn Franza, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru. 525/77 u (KEE) Nru. 3763/91 (Poseidom) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) fih imsemmi,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru. 1600/92 (Poseima) [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(6) u l-Artikolu 22(6) fih imsemmija,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru. 1601/92 (Poseican) [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) fih imsemmi,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru. 1452/2001 jipprovdi miżuri speċifiċi biex jgħin u jmexxi ‘l quddiem it-trobbija tal-bhejjem fl-irziezet fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza. B’mod partikolari, l-Artikolu 9(1)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi żieda mal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 [4], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2345/2001 [5], u żieda mal-premium tal-qtil imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament li għandhom jitħallsu lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. Il-premiums bażiċi u addizzjonali huma mogħtija kull sena għal sa 10000 bhima rġiel bħal barrin, gniedes, bufli u bhejjem oħra bħal dawn, 35000 baqra li treddgħa u 20000 bhima maqtula, rispettivament. Ir-regoli dettaljati li ġejjin ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 9(4) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tal-premium speċjali, fil-limitu ta’ l-ammont massimu fir-reġjun imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 in-numru tal-bhejjem irġiel fl-ewwel grupp ta’ etajiet li għalih ngħata l-premium speċjali fid-dipartimenti Franċiżi li qegħdin ‘il barrra mix-xtut ta’ Franza għall-1994 għandu jkun iffriżat u l-premiums għandhom jingħataw għal mhux iktar minn 90 bhima f’kull grupp ta’ eta’, f’kull sena mkejla minn Jannar sa Diċembru u f’kull proprjetà agrikola. Fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, riserva speċifika għandha tkun stabbilita għad-dipartimenti li qegħdin ‘il barra minn Franza, liema qies huwa ddeterminat skond l-ogħla limitu ta’ 35000 baqra li treddgħa u n-numru ta’ premiums mogħtija għall-1994. Fil-każ tal-premium tal-qtil, l-ogħla limitu stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 [6], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2088/2001 [7], għandu jkun iffriżat għan-numru ta’ bhejjem li għalihom ngħata l-premium tal-qtil għas-sena 2000.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 jipprovdi miżuri speċifiċi biex jgħin u jmexxi ‘l quddiem it-trobbija tal-bhejjem fl-irziezet fl-Azores u Madeira. B’mod partikolari, għal Madeira, l-Artikolu 13(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi żieda mal-premium tal-qtil imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 li għandha titħallas lill-produtturi għal kull bhima maqtula msemmna lokalment, sa numru massimu ta’ 2500 bhima maqtula, u żieda mal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament li għandha titħallas lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. Il-premiums bażiċi kollha u ż-żieda tal-premium imsemmija fl-Artikolu 13(3) huma mogħtija kull sena għal sa 2000 bhima ta’ l-ifrat irġiel, 1000 baqra li treddgħa u 6000 bhima maqtula, rispettivament. Ir-regoli dettaljati li ġejjin ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 13(6) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tal-premium speċjali, fil-limitu ta’ l-ammont massimu fir-reġjun imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 in-numru tal-bhejjem irġiel fl-ewwel grupp ta’ etajiet li għalih ngħata l-premium speċjali f’Madeira għas-sena 2000 għandu jkun iffriżat u l-premiums għandhom jingħataw għal mhux iktar minn 90 bhima f’kull grupp ta’ eta’, f’kull sena kalendarja u f’kull razzett. Fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, riserva speċifika għandha tkun stabbilita għal Madeira, liema qies huwa ddeterminat skond l-ogħla limitu ta’ 1000 baqra li treddgħa u n-numru ta’ premiums mogħtija għas-sena 2000. Fil-każ tal-premium tal-qtil, l-ogħla limitu stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 għandu jkun iffriżat għan-numru ta’ bhejjem li għalihom ngħata l-premium tal-qtil għas-sena 2000.

(3) Għall-Azores, l-Artikolu 22(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 jipprovdi żieda mal-premium tal-qtil imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 li għandha titħallas lill-produtturi għal kull bhima maqtula u żieda mal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament li għandha titħallas lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. Il-premiums bażiċi u addizzjonali huma mogħtija kull sena għal sa 40000 bhima ta’ l-ifrat maskil u 33000 bhima maqtula, rispettivament. Ir-regoli dettaljati li ġejjin ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu addottati skond l-Artikolu 22(6) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tal-premium speċjali, fil-limitu ta’ l-ammont massimu fir-reġjun imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 in-numru tal-bhejjem irġiel fl-ewwel grupp ta’ etajiet li għalih ngħata l-premium speċjali fl-Azores għas-sena 2000 għandu jkun iffriżat. Fil-każ tal-premium tal-qtil, l-ogħla limitu stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2342/1999 għandu jkun iffriżat għan-numru ta’ bhejjem li għalihom ngħata l-premium tal-qtil għas-sena 2000.

(4) L-Artikolu 22(9) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 jintroduċi għajnuna biex għoġiela irġiel li twieldu fl-Azores jintbagħtu f’reġjunijiet oħra tal-Komunità. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti biex tkun implimentata din l-għajnuna.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru. 1454/2001 jipprovdi miżuri speċifiċi biex jgħin u jmexxi ‘l quddiem it-trobbija tal-bhejjem fl-irziezet fil-Gżejjer Kanarji. B’mod partikolari, l-Artikolu 5(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi żieda mal-premium tal-qtil imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 li għandha titħallas lill-produtturi għal kull bhima maqtula u żieda mal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament li għandha titħallas lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. Il-premiums bażiċi u addizzjonali jingħataw kull sena għal sa 10000 bhima ta’ l-ifrat maskili, 5000 baqra li jreddgħu u 15000 bhima maqtula, rispettivament. Ir-regoli dettaljati li ġejjin ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 5(6) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tal-premium speċjali, fil-limitu ta’ l-ammont massimu fir-reġjun imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 in-numru tal-bhejjem irġiel fl-ewwel grupp ta’ etajiet li għalih ngħata l-premium speċjali fil-Gżejjer Kanarji għas-sena 2000 għandu jkun iffriżat. Fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, riserva speċjali għandha tkun stabbilita għall-Gżejjer Kanarji, liema qies huwa ddeterminat skond l-ogħla limitu ta’ 5000 baqra li treddgħa u n-numru ta’ premiums mogħtija fis-sena 2002. Fil-każ tal-premium tal-qtil, l-ogħla limitu stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2342/1999 għandu jkun iffriżat fin-numru ta’ bhejjem li għalihom ngħata l-premium tal-qtil għas-sena 2000.

(6) L-Istati Membri kkonċernati kkomunikaw lill-Kummissjoni n-numru ta’ bhejjem li għalih ngħata l-premium speċjali fl-1994 fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza (1669) u fis-sena 2000 f’Madeira (886), fl-Azores (27744) u fil-Gżejjer Kanarji (2133), in-numru ta’ premiums ta’ baqar li jreddgħu mogħtija fl-1994 fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza (21149) u fis-sena 2000 f’Madeira (0) u fil-Gżejjer Kanarji (1279), u n-numru ta’ bhejjem li għalih ngħata l-premium tal-qtil fis-sena 2000 fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza (3727), f’Madeira (1678), fl-Azores (10318) u fil-Gżejjer Kanarji (1696).

(7) Is-sub-ceilings inklużi fl-ogħla limiti reġjonali għal Franza, il-Portugall u Spanja fil-każ tal-premium speċjali u fl-ogħla limiti nazzjonali għal dawk l-Istati Membri fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, ibbażati fuq in-numru ta’ premiums mħallsa għas-sena ta’ referenza lill-produtturi fid-dipartimenti Franċiżi li qegħdin ‘il barra mix-xtut ta’ Franza, fl-Azores u f’Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, huma maħsuba biss għal produtturi bħal dawn. Is-sub-ceilings inklużi fl-ogħla limiti nazzjonali għal dawk l-Istati Membri fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, ibbażati fuq in-numru ta’ premiums mħallsa għal sena ta’ referenza lill-produtturi fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza, f’Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, huma maħsuba biss għal produtturi bħal dawn. Il-bhejjem eliġibbli li jifdal, sal-limiti speċifiċi fuq il-premium speċjali u l-premium tal-baqar li jreddgħu għal dawk ir-reġjuni introdotti bir-Regolamenti (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001 u (KE) Nru. 1454/2001, għandhom ikunu miżjuda ma’ dawk stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 kif ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1455/2001 [8].

(8) Is-sub-ceilings inklużi fl-ogħla limiti nazzjonali għal Franza, il-Portugall u Spanja fil-każ tal-premium tal-qtil, ibbażati fuq in-numru ta’ premiums mħallsa għas-sena ta’ referenza lill-produtturi fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza, fl-Azores u f’Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, huma maħsuba biss għal produtturi bħal dawn. Il-bhejjem eliġibbli li jifdal, sal-limiti speċifiċi fuq il-premium tal-qtil għal dawk ir-reġjuni introdott bir-Regolamenti (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001 u (KE) Nru. 1454/2001, għandhom ikunu miżjuda ma’ dawk stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru. 2342/1999.

(9) Għall-fini ta’ kjarezza legali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2912/95 [9] għandu jkun irrevokat.

(10) Sabiex ir-Regolamenti (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001 u (KE) Nru. 1454/2001 ikunu jistgħu jiġu applikati mill-ewwel, hemm bżonn li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ ma’ l-ewwel opportunità.

(11) Biex tkun żgurata l-konsistenza mal-bidu tal-perijodu ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema tal-premium introdotta bir-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 għas-sena 2002, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

(12) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-estjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-limitu ta’ 90 bhima f’kull grupp skond l-eta’, f’kull sena kalendarja u għal kull razzett biex jingħata l-premium speċjali msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 għandu japplika fid-dipartimenti Franċiżi ‘l barra mix-xtut ta’ Franza, f’Madeira u fil-Gżejjer Kanarji.

2. Is-sub-ceilings stabbiliti għar-reġjuni l-iktar imbiegħda fil-limitu ta’ l-ammonti massimi reġjonali definiti fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 għall-premium speċjali u ppreżentati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej:

Id-dipartimenti Franċiżi li qegħdin 'il barra minn Franza: | 1669 |

Madeira: | 886 |

l-Azores: | 27744 |

il-Gżejjer Kanarji: | 2133 |

3. Fil-każ tal-premium tal-baqar li jreddgħu, l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaddottaw il-provvedimenti meħtieġa biex jiggarantixxu, fejn hemm bżonn, id-drittijiet tal-produtturi li ngħataw premium skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999. Dawn l-awtoritajiet se jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda ma’ l-ewwel opportunità. Is-somma tal-premiums mogħtija għandha tkun inkluża f’sub-ceiling speċifiku inkluż fl-ogħla limiti nazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, maħsub biss għall-produtturi tad-dipartimenti Franċiżi li jinsabu ‘l barra minn Franza, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali biex jallokaw jew jirriallokaw dawn id-drittijiet ta’ premium. Għandhom jissottomettu dawn ir-regoli lill-Kummissjoni biex tikkunsidrahom qabel ma timplimentahom.

4. Ir-riserva speċifika tad-drittijiet tal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 9(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1452/2001 għandha tinkludi 35000 dritt.

5. Ir-riserva speċifika tad-drittijiet tal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(6)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 għanha tinkludi 1000 dritt.

6. Ir-riserva speċifika tad-drittijiet tal-premium tal-baqar li jreddgħu msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(6)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1454/2001 għandha tinkludi 5000 dritt.

7. Is-sub-ceilings stabbiliti għar-reġjuni l-iktar imbiegħda fil-limitu ta’ l-ammonti massimi nazzjonali ddefiniti fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999 għal-premium tal-qtil u ppreżentati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru. 2342/1999 għandhom ikunu kif ġej:

Id-dipartimenti Franċiżi li qegħdin 'il barra minn Franza: | 3727 |

Madeira: | 1678 |

l-Azores: | 10318 |

il-Gżejjer Kanarji: | 1696 |

8. Il-premiums bażiċi u ż-żidiet mal-premium tal-baqar li jreddgħu u mal-premium tal-qtil se jaqgħu taħt applikazzjoni waħda min-naħa tal-produttur skond ir-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru. 1254/1999.

9. Applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 22(9) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 għanhom ikunu ppreżentati mill-aħħar produttur responsabbli mit-trobbija tal-bhejjem matul il-perjodu mandatorju qabel jintbagħtu bil-baħar. Dawn għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja, b’mod partikolari:

- in-numru ta’ identifikazzjoni tal-bhima,

- dikjarazzjoni mill-persuna li qed tagħmel il-kunsinna li tindika d-destinazzjoni tal-bhima.

10. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jadottaw, skond il-ħtieġa, regoli addizzjonali għall-għotja taż-żidiet imsemmija f’dan l-Artikolu. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan mill-ewwel.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux iżjed tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena għas-sena kalendarja ta’ qabel, bin-numru ta’ bhejjem li għalih intalbu u ngħataw il-premiums bażiċi u ż-żidiet mal-premium tal-baqar li jreddgħu u mal-premium tal-qtil. Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll, qabel dik id-data, in-numru ta’ bhejjem li għalih l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 22(9) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001 intalbet u ngħatat.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru. 2912/95 huwa b’dan irrevokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dak in-nhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

[2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26.

[3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 45.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[5] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

[6] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30.

[7] ĠU L 282, tas-26.10.2001, p. 39.

[8] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 58.

[9] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 17.

--------------------------------------------------

Top