This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0020
Commission Regulation (EC) No 20/2002 of 28 December 2001 laying down detailed rules for implementing the specific supply arrangements for the outermost regions introduced by Council Regulations (EC) No 1452/2001, (EC) No 1453/2001 and (EC) No 1454/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2002 tat-28 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jimplimentaw l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista lir-reġjuni l-iktar ‘il barra introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2002 tat-28 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jimplimentaw l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista lir-reġjuni l-iktar ‘il barra introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001
ĠU L 8, 11.1.2002, p. 1–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Imħassar b' 32006R0793
Official Journal L 008 , 11/01/2002 P. 0001 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2002 tat-28 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jimplimentaw l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista lir-reġjuni l-iktar ‘il barra introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jinttroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti barranija Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) [1], u partikolarment it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(5), l-Artikoli 3(6), 6(5), 7(2) u 22 u t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 26 miġjuba fih, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċu miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Ażores u għall-Madeira u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [2], u partikolarment it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(5), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi ta’ l-Artikolu 3(6), l-Artikoli 4(5), 12(2) u 34 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 38 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċu miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) [3], u partikolarment it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(5), l-Artikoli 3(6) u 4(5), l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 20 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 24 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 131/92 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1736/96 [5], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1696/92 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2596/93 [7], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/94 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1620/1999 [9], li jistabbilixxu regoli dettaljati komuni sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli lid-dipartimenti barranin Franċiżi, lejn il-Ażores u lejn il-Madeira u lill-Gżejjer Kanarji, rispettivament, ġew emendati kemm-il darba. Barra minn hekk, minħabba l-emendi magħmula bir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 u mill-esperjenza miksuba, it-tliet Regolamenti ta’ l-implimentazzjoni għandhom jiġu mfassla mill-ġdid f’Regolament wieħed, sabiex tiġi simplifikata l-leġislazzjoni. (2) Regoli dettajati ta’ l-implementazzjoni għandhom ikunu stabbiliti sabiex ifasslu u jemendaw il-bilanċi previsti tal-provvista għall-prodotti eliġibbli skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. (3) Ċerti prodotti agrikoli li huma eżenti mid-dazji fuq l-importazzjoni diġa jeħtieġu liċenzja ta’ l-importazzjoni. Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tintuża sabiex tappoġġja l-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni. (4) Għandu jiġi wkoll adott dokument sabiex jappoġġja l-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għal prodotti oħra agrikoli li ma jeħtiġux liċenzja ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandu jiġi wżat ċertifikat ta’ l-eżenzjoni, imfassal fuq il-formola tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. (5) Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati sabiex jiġi fissat l-ammont ta’ l-għajnuna għall-provvista tal-prodotti mill-Komunità skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. Dawn ir-regoli għandhom iqisu l-ispejjeż miżjuda għall-provvista għar-reġjuni l-iktar ‘il barra minħabba n-natura mbiegħda u insulari tagħhom, li tikkostitwixxi piż li jxekkilhom bil-qawwi. Sabiex tinżamm il-kompetittività tal-prodotti Komunitarji, din il-għajnuna trid tqis il-prezzijiet applikati għall-esportazzjoni. (6) L-iskema ta’ l-għajnuna għall-prodotti mill-Komunità tista’ tiġi amministrata bl-użu tal-formola tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, minn issa ‘l quddiem imsejħa "iċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna", bħala appoġġ amministrattiv. (7) L-amministrazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista teħtieġ regoli dettaljati dwar il-ħruġ ta’ dan id-dokument li jidderogaw mir-regoli normali li japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex tiġi applikata s-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati tal-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [10]. (8) L-amministrazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għandha żewġ għanijiet immedjati: l-ewwelnett, sabiex tassigura l-ħruġ bil-ħeffa tal-liċenzji u taċ-ċertifikati, partikolarment billi ma jkunx meħtieġ iktar li tiġi depożitata garanzija minn qabel fil-każi kollha, u l-ħlas bil-ħeffa ta’ l-għajnuna għall-provvisti tal-prodotti Komunitarji. It-tieni għan immedjat huwa li jassigura l-kontroll u l-monitoraġġ tal-ħidmiet u li jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi bl-istrumenti li jeħtieġu sabiex jaċċertaw jekk ikunux qegħdin jintlaħqu l-għanijiet immedjati tal-iskema - billi dawn ikunu, b’mod partikolari, sabiex jassiguraw il-provvista regolari ta’ ċerti prodotti agrikoli u sabiex jagħmlu tajjeb għall-effetti tas-sitwazzjoni ġeografika tar-reġjuni l-iktar ‘il barra billi jassiguraw li l-benefiċċji tal-iskema fil-fatt jgħaddu għall-istadju li fih il-prodotti destinati għall-utenti aħħarija jinħarġu fis-suq. (9) Wieħed mill-istrumenti ta’ hawn fuq jikkonsisti fir-reġistrazzjoni tan-negozjanti li jsegwu attività ekonomika fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. In-negozjanti rreġistrati huma intitolati għal-benefiċċji tal-iskema, basta iżda li jilħqu l-obbligi stabbiliti fir-regoli Komunitarji u nazzjonali. L-applikanti għandhom ikunu intitolati għar-reġistrazzjoni basta li jilħqu ċertu numru ta’ ħtiġiet skond l-għanijiet imfassla sabiex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-iskema. (10) Ir-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-iskema jridu jassiguraw li, għall-kwantitajiet iffissati fil-bilanċ previst tal-provvista kif ipprovvdut bir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001, in-negozjanti reġistrati jiksbu liċenzja jew ċertifikat għall-prodotti u għall-kwantitajiet involuti fit-transazzjonijiet kummerċjali li jwettqu f’isimhom, billi jippreżentaw id-dokumenti li jiċċertifikaw li l-ħidma hija ġenwina u li l-applikazzjoni għall-liċenzja jew għaċ-ċertifikat hija skond il-liġi. (11) Il-monitoraġġ tal-ħidmiet li jikkwalifikaw skond l-iskema jeħtieġ, fost ħwejjeġ oħra, li l-perjodu taż-żmien tal-validità tal-liċenzji u taċ-ċertifikati jkun jixraq għall-ħtiġiet tat-trasport bl-ajru jew bil-baħar, billi tiġi fornuta prova li tkun twettqet il-ħidma tal-provvista koperta bil-liċenzja jew biċ-ċertifikat f’perjodu qasir taż-żmien, u billi jiġi projbit it-trasferiment tad-drittijiet u ta’ l-obbligi konferiti fuq id-detentur tad-dokument fil-kwistjoni. (12) Il-benefiċċji konċessi fil-formola ta’ l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-għajnuna għall-prodotti Komunitarji jridu jgħaddu minn id għall-oħra sabiex jiġu riflessi l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-prezzijiet imħallsa mill-utenti aħħarija. Verifiki għalhekk huma meħtieġa sabiex jassiguraw li fil fatt il-benefiċċji jgħaddu minn wieħed għall-ieħor. (13) Ir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 jistipulaw li l-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħua mill-ġdid lill-bqija tal-Komunità. B’dankollu, dawn ir-Regolamenti jipprovdu numru limitat ta’ derogi għal dan il-prinċipju, li jvarjaw skond ir-reġjun ikkonċernat. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti sabiex jivverifikaw kif jintużaw derogi bħal dawn. Partikolarment, il-kwantitajiet tal-prodotti proċessati li jistgħu jkunu bla ħsara għall-esportazzjoni jew il-kunsinji tradizzjonali mill-Ġżejjer Kanarji, mill-Ażores u mill-Madeira u l-kunsinji tradizzjonali mid-dipartimenti barranin Franċiżi għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-esportazzjoni u l-kunsinji medji matul is-snin 1989, 1990 u 1991, qabel ma kienu daħlu fis-seħħ l-arranġamenti Poseican, Poseima u Poseidom, kif stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kondizzjonijiet għall-awtoriżżażżjoni ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi terzi tal-prodotti mhux proċessati jew mhux ippakkjati li jirriżultaw mill-pakkeġġjar lokali ta’ dawn il-prodotti, kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 1454/2001, għandhom ikunu stabbiliti. Fl-aħħarnett, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet sabiex jawtorizzaw l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati lokalment, kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001 u 1453/2001, bil-ħsieb li jinkoraġġixxu l-kummerċ reġjonali. (14) L-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni għall-provvisti taz-zokkor tal-klassi C lill-Ażores, lill-Madeira u lill-Gżejjer Kanarji pprovvduti bir-Regolament (KEE) Nru 2177/92 [11] għandhom jissoktaw jiġu applikati matul il-perjodu taż-żmien riferut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 [12]. (15) Sabiex jiġu protetti l-konsumatori u l-interessi kummerċjali tan-negozjanti, il-prodotti li ma jkunux ta’ kwalità soda u ta’ bejgħ bil-fier fis-suq mhux iktar tard minn meta jinħarġu fis-suq għall-ewwel darba ma għandhomx jikkwalifikaw għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista u għandhom jittieħdu l-passi xierqa fejn din il-ħtieġa ma tintlaħaqx. (16) Fil-kuntest tal-proċeduri tas-sħubija fis-seħħ għar-reġjuni l-iktar ‘il barra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu r-regoli amministrattivi dettaljati meħtieġa sabiex jassiguraw it-tmexxija u l-monitoraġġ tal-iskema.Barra minn hekk, sabiex jiġi assigurat li l-arranġamenti jkunu monitorjati kif xieraq, huma meħtieġa regoli sabiex jispeċifikaw li l-verifiki ikunu ġew imwettqa.Għandhom għalhekk jiġu definiti penalitajiet sabiex jiġi assigurat il-funzjonament tal-mekkaniżmi implimentati. (17) Sabiex tkun tista’ tintgħamel stima dwar kif l-arranġamenti jkunu qegħdin jiġu implimentati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jibagħtu komunikazzjonijiet regolari lill-Kummissjoni. (18) L-applikazzjoni ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu mdewma sabiex jippermettu l-produzzjoni ta’ dettalji meħtieġa sabiex jiġi fissat il-livell ta’ l-għajnuna u, għad-dipartimenti barranija Franċiżi u għall-Ażores u l-Madeira, sabiex jippermettu lill-awtoritajiet Franċiżi u Portugiżi li jkunu konformi mal-ħtiġiet amministrattivi l-ġodda. (19) Il-miżuri stabiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjonijiet tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kollha interessati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Il-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Skop Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti dwar l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni u l-arranġamenti Komunitarji ta’ provvista għad-dipartimenti barranija Franċiżi, għall-Ażores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji fil-kuntest ta’ l-arranġamenti tal-provvista prevista kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 rispettivament. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "reġjuni l-iktar ‘il barra": ir-reġjuni referuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, b’kull wieħed mid-dipartimenti barranija Franċiżi jiġi kunsidrat bħala reġjun l-iktar ‘il barra separat; (b) "awtoritajiet kompetenti": l-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri li minnhom ir-reġjun l-iktar ‘il barra interessat jagħmel parti. Il-KAPITOLU II BILANĊI PREVISTI TAL-PROVVISTI Artikolu 3 Il-bilanċi previsti tal-provvisti għandhom jiddikjaraw il-kwantitajiet meħtieġa sabiex ilaħħqu mal-ħtiġiet tal-provvista ta’ kull wieħed mir-reġjuni l-iktar ‘il barra għal kull sena kalendarja. Dawn jistgħu jiġu emendati sabiex jitqies l-istat attwali ta’ l-implimentazzjoni tagħhom u s-sitwazzjoni tal-produzzjoni lokali. Il-KAPITOLU III L-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI SEZZJONI 1 L-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni Artikolu 4 Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni 1. Il-prodotti soġġeti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jiġi eżenti mid-dazji fuq l-importazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEC) No 1454/2001 bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ din il-liċenzja. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni fuq it-talba tal-partijiet interessati, bla ħsara għal-limiti tal-bilanċi previsti tal-provvista. Il-liċenzji għandhom jitfasslu b’mod konformi mal-mudell dikjarat fl-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. 3. Is-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun fiha waħda mid-dħul li ġej: (a) fid-dipartimenti barranija Franċiżi: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja", (iii) "annimali tal-ifrat għas-simna importati skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001"; (b) fil-Ażores u l-Madeira: (i) "prodotti għall-industrja tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għal-użu fil-biedja", (iv) "anninali tal-ifrat għas-simna, importati skond l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001"; (ċ) fil-Gżejjer Kanarji: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja", (iv) "annimali tal-ifrat għas-simna, importati skond it-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001". Fil-każi kollha, it-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni u tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun fiha d-dħul: "eżenti mid-dazji fuq l-importazzjoni" u "liċenzja sabiex tiġi wżata fi… (l-isem tar-reġjun l-iktar ‘il barra)". 4. Is-Sezzjoni 12 tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha turi l-aħħar jum tal-validità. 5. Id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu ntaxxati fuq il-kwantitajiet li jeċċedu ‘il dawk idikjarati fuq il-liċenzja ta’ l-importazzjoni. It-tolleranza ta’ 5 % li hemm provvedument dwarha fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, basta iżda li jitħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni relatati magħha jkunu tħallsu. SEZZJONI 2 L-importazzjoni tal-prodotti li ma humiex soġġetti għal liċenzja ta’ l-importazzjoni Artikolu 5 Iċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni 1. Il-prodotti li ma humiex soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu eżenti mid-dazji fuq l-importazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-eżenzjoni. 2. Iċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni għandhom jitfasslu fuq il-formola tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni ddikjarata fl-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. Mutatis mutandis, l-Artikoli 8(5), 13, 15, 17, 18, 21, 23, 26, 27, 29 sa 33 u 36 sa 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandhom japplikaw, Mutatis mutandis, bla ħsara għal dan ir-Regolament. 3. Il-kelmiet "ċertifikat ta’ eżenzjonji" għandhom jiġu stampati jew ittimbrati fuq is-sezzjoni tan-naħa tax-xellug fuq in-naħa ta’ fuq taċ-ċertifikat. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertikati ta’ l-eżenzjoni fuq it-talba tal-partijiet interessati, bla ħsara għal-limiti tal-bilanċi previsti tal-provvista. 5. Is-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazjonijiet għaċ-ċertifikat ta’ l-eżenzjoni u taċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni għandhom ikun fihom waħda mid-dħul li ġej; (a) fid-dipartimenti barranija Franċiżi: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja"; (b) fil-Ażores u l-Madeira: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja"; (ċ) fil-Ġżejjer Kanarji: (i) "prodotti għall-ipproċessar fl-indusrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja". Fil-każi kollha, is-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta’ l-eżenzjoni u għaċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni għandhom ikollhom d-dħul li ġej: "l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni" u "ċertifikat biex jiġi wżat fi… (l-isem tar-reġjon l-iktar ‘il barra)". 6. Is-Sezzjoni 12 taċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni għandha turi l-aħħar jum tal-validità. Il-KAPITOLU IV IL-PROVVISTA KOMUNITARJA Artikolu 6 L-iffisar ta’ l-għajnuna Għall-iskopijiet ta’ l-iffissar tal-għajnuna sabiex tikkumpensa l-bgħid, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispejjez speċifiċi addizzjonali għat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid intermedjarja involuti fil-provvista ta’ l-oġġetti lir-reġjuni l-iktar ‘il barra interessati. Għall-iskopijiet tal-iffisar ta’ l-għajnuna sabiex tikkumpensa n-natura insulari u l-lokazzjoni ta’ l-iktar ‘il barra, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispejjeż speċifiċi addizzjonali involuti fil-proċessar lokali minħabba d-daqs żgħir tas-suq, il-ħtieġa li tiġi garantita s-sigurta tal-provvista, u l-ħtiġiet speċifiċi tal-kwalità għall-oġġetti fir-reġjuni l-iktar ‘il barra interessati. Il-Kummissjoni għandha tiffissa livell minimu b’rata uniformi ta’ l-għajnuna. Meta l-ogħla livell ta’ rifużjoni konċessa mill-Kummissjoni għall-esportazzjoni ta’ l-oġġetti simili jkun ogħla mill-għajnuna minima uniformi riferita hawn fuq, il-għajnuna konċessa ma għandhiex teċċedi l-ammont tar-rifużjoni msemmija. Ma għandha tiġi konċessa l-ebda għajnuna għall-prodotti li jkunu diġa bbenfikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista f’reġjun ieħor l-iktar ‘il barra. Artikolu 7 Iċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna 1. Il-għajnuna għandha titħallas mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-għajnuna wżat kollu. Il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-għajnuna għandha tiswa daqs l-applikazzjoni għall-għajnuna. Għajr f’każi ta’ force majeure jew ta’ aberrazzjonijiet klimatiċi, iċ-ċertifikati għandhom ikunu ppreżentati fi żmien 30 jum mid-data li fiha jrid isir il-ħlas dovut. Meta dan il-limitu taż-żmien ikun misbuq, il-għajnuna għandha tiġi mnaqqsa b’5 % għal kull jum ta’ dewmien. Il-għajnuna għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard minn sittin jum wara d-data li fiha jiġi depożitat iċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna utilizzata, għajr meta: (a) f’każi ta’ force majeure jew aberazzjonijiet klimatiċi, jew (b) meta tkun infetħet investigazzjoni amministrattiva li tirrigwarda l-intitolament għall-għajnuna. F’dawn il-każi, il-ħlas għandu jsir biss meta jkun ġie rikonoxxut l-intitolament. 2. Iċ-ċertifikati għall-għajnuna għandhom jiġu mfassla fuq il-formola tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni dikjarata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. L-Artikoli 8(5), 13, 15, 17, 18, 21, 23, 26, 27, 29 sa 33 u 36 sa 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandhom jgħoddu, mutatis mutandis, bla ħsara għal dan ir-Regolament. 3. Il-kelmiet "ċertifikat tal-għajnuna" għandhom jiġu stampati jew ittimbrati fuq is-sezzjoni fuq ix-xellug tan-naħa ta’ fuq taċ-ċertifikat. Is-Sezzjonijiet 7 u 8 taċ-ċertifikat għandhom jinqatgħu barra. 4. Is-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandhom ikun fihom id-dħul li ġejjin: (a) fid-dipartimenti barranija Franċiżi: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja"; (b) fil-Ażores u l-Madeira: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja", (iv) "annimali ħajjin għas-simna, imdaħħla skond l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001"; (ċ) fil-Gżejjer Kanarji: (i) "prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar", (ii) "prodotti għall-konsum dirett", (iii) "prodotti intiżi għall-użu fil-biedja", (iv) "annimali ħajjin għas-simna, imdaħħla skond it-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001". Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, annimali tar-razza, annimali ta’ razez kummerċjali u prodotti mill-bajd għandhom jiġu trattati bħala dħul għall-biedja. Fil-każi kollha, it-Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta’ l-għajnuna u ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandhom ikun fihom d-dħul: "ċertifikat li jrid jiġi wżat fi… (ir-reġjun l-iktar ‘il barra)". 5. Is-Sezzjoni 12 taċ-ċertifikati għall-għajnuna għandha turi l-aħħar jum tal-validità. 6. L-ammont tal-għajnuna li japplika għandu jkun dak fis-seħħ fil-jum li fih tiġi depożitata l-applikazzjoni għall-għajnuna 7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna fuq it-talba tal-partijiet interessati, bla ħsara għal-limiti taż-żmien fil-bilanċi previsti tal-provvista. Il-KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 8 Kif jgħaddu l-benefiċċji lill-utent aħħari 1. Għall-iskopijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001, "benefiċċju" għandu jfisser l-eżenzjoni mid-dazji doganali jew l-għajnuna Komunitarja li hemm provvediment dwarha f’dawn ir-Regolamenti. 2. Għall-iskopijiet tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, "l-utent aħħari" għandu jfisser: (a) fil-każ tal-prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u ntiżi għall-konsum mill-bniedem: (i) dak l-aħħari jipproċessa jew jippakkja, għal dik il-parti ta’ l-għajnuna ntiża sabiex tikkumpensa għall-bgħid, l-insularità jew il-lokazzjoni ta’ l-iktar ‘il barra, (ii) il-konsumatur, għal dik il-parti addizzjonali ta’ l-għajnuna ntiża sabiex tqis il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni; (b) fil-każ tal-prodotti ntiżi sabiex jiddaħħlu fl-użu għall-biedja, partikolarment il-prodotti ntiżi sabiex jintużaw bħala għalf għall-annimali: il-bidwi. 3. Għall-iskopijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 1453/2001 u 1454/2001, "l-utent aħħari" għandu jfisser: (a) fil-każ tal-prodotti għall-konsum dirett: il-konsumatur. (b) fil-każ tal-prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar u ntiżi għall-konsum mill-bniedem: (i) l-aħħari li jipproċessa jew jippakkja, għal dik il-parti ta’ l-għajnuna ntiża sabiex tikkumpensa għall-bgħid, l-insularità u l-lokazzjoni l-iktar ‘il barra, (ii) il-konsumatur, għal dik il-parti addizzjonali ta’ l-għajnuna ntiża sabiex tqis il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni; (ċ) fil-każ tal-prodotti għall-industrija tal-ipproċessar u/jew tal-ippakkjar għall-użu bħala għalf għall-annimali u l-prodotti sabiex jiddaħħlu fl-użu għall-biedja: il-bidwi. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jivverifikaw li l-benefiċċji li jiġu mill-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni jew mill-konċessjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja jkunu tassew għaddew għal għand l-utent aħħari. Huma u jagħmlu dan, jistgħu jassessjaw il-marġini tal-kummerċ u l-prezzijiet applikati min-neguzjanti varji kkonċernati. Dawn il-miżuri, partikolarment il-punti tal-kontroll użati sabiex jiġi stabbilit jekk il-benefiċċji ta’ l-għajnuna ikunux ġew imgħoddija lill-oħrajn, u kull emenda magħmula, għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. Artikolu 9 Ir-Reġistru tan-negozjanti 1. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandhom jiġu maħruġa biss lin-negozjanti elenkati fir-reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti. 2. Kull neguzjant stabbilit fil-Komunità jista’ japplika sabiex jiddaħħal f’dan ir-Reġistru. Id-dħul fir-reġistru għandu jkun bla ħsara għall-ħtiġiet li ġejjin: (a) in-neguzjanti jrid ikollhom il-mezzi, l-istrutturi u l-awtorizzazzjonijiet legali meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom fis-settur interessat u jridu, b’mod partikolari, iħarsu kif mistħoqq l-obbligi tagħhom imposti mill-awtoritajiet rigward il-kontabbilità tan-negozju u rigward it-taxxi; (b) in-neguzjanti jridu jkunu kapaċi li jiggarantixxu li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu fir-reġjun l-iktar ‘il barra interessat; (ċ) fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għar-reġjuni l-iktar ‘il barra interessati, u b’konformità mal-iskopijiet immedjati ta’ dawn l-arranġamenti, in-neguzjanti jridu jintrabtu li: (i) jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq it-talba ta’ dawn, kull tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, partikolarment rigward il-prezzijiet u l-marġini tal-profitti li jipprattikaw, (ii) jaħdmu esklussivament f’isimhom u akkont tagħhom infushom, (iii) jissottomettu applikazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati li jlaħħqu mal-ħila tassew tagħhom li jiddisponu mill-prodotti kkonċernati, b’din il-ħila tiġi pruvata b’riferiment għal fatturi oġġettivi, (iv) iżommu lura milli jaġixxu f’kull manjiera li x’aktarx toħloq nuqqasijiet artifiċjali tal-prodotti u milli jbigħu fis-suq il-prodotti disponibbli bi prezzijiet baxxi artifiċjalment, (v) jassiguraw, għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti u meta l-prodotti agrikoli jiġu mibjugħa fir-reġjun l-iktar il barra kkonċernat, li l-benefiċċji miksuba jgħaddu għall-utent aħħari. 3. Meta japplikaw għar-reġistrazzjoni riferita fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 2, dawk li jipproċessaw li jkun beħsiebhom jesportaw jew jikkunsinjaw il-prodotti proċessati miksuba minn materja prima li jkunu daħlu fir-reġjun l-iktar ‘il barra interessat skond l-arranġamenti speċifiċi rilevanti tal-provvista b’mod konformi ma’ l-Artikoli 16, 17 u 19, iridu jiddikjaraw il-ħsieb tagħhom li jidħlu għal din l-attività u jindikaw il-lokalità ta’ l-impjant tal-proċessar. 4. Għall-iskopijiet tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, meta japplikaw għar-reġistrazzjoni riferita fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, in-negużjanti li jkun beħsiebhom jerġgħu jesportaw prodotti mhux ipproċessati jew prodotti li jirriżultaw mill-ippakkjar fil-lokal kif ipprovvdut fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, iridu jiddikjaraw il-ħsieb tagħhom li jidħlu għal din l-attività u jindikaw il-lokalità ta’ l-impjant tal-ippakkjar meta dan ikun japplika. Artikolu 10 Id-dokumenti li jridu jiġu preżentati min-neguzjanti u l-validità tal-liċenzji u taċ-ċertifikati 1. Bla ħsara għall-Artikoli 4(2), 5(4), 7(7), 14 u 15, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati ppreżentati min-neguzjanti għal kull kunsija, basta iżda li dawn ikollhom magħhom l-oriġinal jew kopja attestata tal-fattura tal-bejgħ u l-oriġinal jew kopja attestata tad-dokumenti li ġejjin: - il-polza tat-tagħbija jew il-polza ta’ l-ajru, - iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għall-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi jew, għall-prodotti li joriġinaw fil-Komunità, id-dokument T2L jew id-dokument T2LF skond l-Artikolu 315(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [13]. Il-fattura tax-xiri, il-polza tat-tagħbija jew il-polza ta’ l-ajru jridu jinkitbu f’isem l-applikant. 2. Il-perjodu taż-żmien tal-validità tal-liċenzji u taċ-ċertifikati għandu jiġi iffissat fuq il-bażi taż-żmien tal-ġarr. Dan iż-żmien jista’ jkun imtawwal mill-awtorità kompetenti f’każi speċjali meta diffikultajiet serji u mhux previsti jaffettwaw iż-żmien tat-trasport, imma ma jistax jeċċedi x-xahrejn mid-data li fiha jkunu nħarġu l-liċenzja jew iċ-ċertifikat. Artikolu 11 Il-preżentazzjoni tal-liċenzji u taċ-ċertifikati u ta’ l-oġġetti u ċ-ċaħda tat-trasferibbiltà tal-liċenzji u taċ-ċertifikati 1. Għall-prodotti koperti bl-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali bil-ħsieb li jitwettqu l-formalitajiet tad-dwana fi żmien mhux iktar minn 15-il jum mid-data tal-ħatt ta’ l-oġġetti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jnaqqsu dan iż-żmien massimu. Fil-każ tal-prodotti li jkunu ġew soġġetti għall-ipproċessar lejn l-intern jew għall-ħażna doganali fil-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u sussegwentement rilaxxjati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa fihom, il-perjodu massimu taż-żmien ta’ 15-il jum għandu jibda jgħodd mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni għal-liċenzji jew għaċ-ċertifikati referuti fl-ewwel sub-paragrafu. 2. L-oġġetti għandhom jiġu preżentati bil-massa jew f’lottijiet separati li jikkorespondu mal-liċenzja jew maċ-ċertfikat ippreżentati. Il-liċenzji u ċ-ċertifikati għandhom jiġu wżati għal ħidma waħda biss meta jitlestew il-formalitajiet doganali. 3. Il-liċenzji u ċ-ċertifikati ma għandhomx jiġu trasferiti. Artikolu 12 Il-kwalità tal-prodotti Jistgħu jikkwalifikaw għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista dawk il-prodotti biss li jkunu ta’ kwalità b’saħħitha u tal-bejgħ fis-suq bil-fier fit-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [14]. Għandha tiġi eżaminata l-konformità tal-prodotti mal-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu mhux iktar tard mill-istadju ta’ l-ewwel bejgħ fis-suq b’mod konformi mal-livelli stabbiliti jew mal-prattiċi fis-seħħ fil-Komunità. Meta prodott jiġi kunsidrat li ma jilħaqx il-ħtiġiet preskritti fl-ewwel paragrafu, għadu jiġi rtirat l-intitolament għalih skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista u l-kwantità korrispondenti għandha tingħadda mill-ġdid lill-bilanċ previst tal-provvista. Meta l-għajnuna tkun ġiet konċessa b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7, il-għajnuna għandha tkun rimborżata. Meta l-importazzjonijiet ikunu saru b’mod konformi ma’ l-Artikoli 4 u 5, għandu jitħallas id-dazju, għajr jekk il-parti interessata tforni prova li l-prodotti jkunu ġew esportati mill-ġdid jew meqruda. Artikolu 13 Id-depożitu tal-garanziji Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija ma’ l-applikazzjoni għal-liċenzji u ċ-ċertifikati. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, f’każi speċjali u safejn u sakemm ikun meħtieġ li jiġi assigurat li dan ir-Regolament jiġi applikat kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu d-depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tal-benefiċċju konċess. F’dawn il-każi, għandu japplika l-Artikolu 35(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. Artikolu 14 Żidiet sinifikanti fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati 1. Jekk l-istat tat-twettiq ta’ bilanċ previst tal-provvista jindika żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, għaċ-ċertifikati ta’ l-eżenzjoni jew għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għal ċertu prodott li jista’ jipperikola l-kisba ta’ wieħed mill-iskopijiet immedjati jew iktar ta’ l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni, billi jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti dwar il-ħtiġiet tal-provvisti tar-reġjun l-iktar ‘il barra kkonċernat. Wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tassigura li r-reġjun l-iktar ‘il barra kkonċernat jiġi fornut bil-prodotti essenzjali, filwaqt li jitqiesu l-provisti disponibbli u l-ħtiġiet tas-setturi tal-prijorità. 2. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa adotti meta l-ħruġ tal-liċenzji u taċ-ċertifikati jkun ristrett, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw tnaqqis waħdieni tal-persentaġġ għall-applikazzjonijiet pendenti kollha. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw, wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali adotti sabiex jegħilbu d-diffikultajiet f’settur partikolari. Artikolu 15 L-iffissar tal-kwantità massima għal kull applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat Safejn u sakemm ikun strettament meħtieġ li jiġu evitati ċaqliqiet negattivi fir-reġjun l-iktar ‘il barra interessat, jew is-segwiment ta’ l-azzjonijiet spekulattivi li x’aktarx jippreġudika l-funzjonament bla tfixkil ta’ l-arranġementi speċifiċi tal-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw kwantità massima għal kull applikazzjoni għal liċenzja jew ċertifikat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bil-każi fejn jiġi applikat dan l-Artikolu. Il-KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI SEZZJONI 1 Id-dipartimenti barranija Franċiżi Artikolu 16 Il-kunsinji mill-ġdid u l-esportazzjoni mill-ġdid 1. Dawk li jipproċessaw li jkunu ddikjaraw, skond l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni tagħhom li jesportaw, fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali, jew li jikkunsinjaw, fil-kuntest taċ-ċaqliq tradizzjonali tal-kummerċ, prodotti proċessati li jkun fihom materja prima li jkunu bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, jistgħu jagħmlu dan ġewwa l-limiti tal-kwantitajiet ta’ kull sena li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummisjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn il-ħidmiet ma jeċċedux il-kwantitajiet stabbiliti għal kull sena. Il-prodotti kunsinjati lid-dipartimenti barranija Franċiżi skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista u wżati sabiex ifornu lill-bastimenti u lill-ajriplani bl-ikel għandhom jitqiesu li jkunu ġew ikkunsmati lokalment. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw biss l-esportazzjoni jew il-kunsinja ta’ kwantitajiet ta’ prodotti oħrajn ipproċessati għajr dawk referuti fil-paragrafu 1 meta jkun attestat li l-prodotti involuti ma jkunx fihom materja prima importata jew imdaħħla taħt arranġamenti speċifiċi tal-provvista. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki meħtieġa sabiex jassiguraw l-eżattezza ta’ l-attestati referuti fl-ewwel paragrafu u għandhom jirkupraw, meta xieraq, il-benefiċċji konċessi skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. 3. Il-ħidmiet tal-ipproċessar li, fil-limitu tal-kwantitajiet li jridu jiġu stabiliti mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, jistgħu jwasslu għall-esportazzjoni reġjonali tal-kummerċ jew tal-kunsinji tradizzjonali, iridu jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ipproċessar stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta’ l-arranġamenti għall-ipproċessar lejn l-intern u l-proċedura għall-ipproċessar taħt il-kontroll doganali speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [15] u r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta’ l-għamliet kollha tas-soltu tat-tqandil. SEZZJONI 2 Il-Ażores u l-Madeira Artikolu 17 Il-kunsinja mill-ġdid u l-esportazzjoni mill-ġdid 1. Dawk li jipproċessaw li jkunu ddikjaraw, skond l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni tagħhom li jesportaw, fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali, jew li jikkunsinjaw, fil-kuntest taċ-ċaqliq tradizzjonali tal-kummerċ, prodotti proċessati li jkun fihom materji prima li jkunu bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-pprovvista, jistgħu jagħmlu dan fil-limiti tal-kwantitajiet ta’ kull sena li jridu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn il-ħidmiet ma jeċċedux il-kwantitajiet stabbiliti għal kull sena. Il-prodotti kunsinjati lill-Ażores u lill-Madeira skond l-arranġamenti speċifiċi u wżati sabiex ifornu lill-bastimenti u lill-ajruplani bl-ikel għandhom jitqiesu li jkunu kkunsmati lokalment. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw biss l-esportazzjoni jew il-kunsinna tal-kwanitajiet ta’ prodotti oħrajn ipproċessati għajr dawk referuti fil-pararafu 1 meta ikun ġie attestat li l-prodotti involuti ma jkunx fihom materja prima importata jew imdaħħla skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki meħtieġa sabiex jassiguraw l-eżattezza ta’ l-attestati referuti fl-ewwel sub-paragrafu u għandhom jirkupraw, meta xieraq, il-benefiċċju konċess skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. 3. Il-ħidmiet tal-ipproċessar li, fil-limitu tal-kwantitajiet li jridu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, jistgħu jwasslu għall-esportazzjoni kummerċjali tar-reġjun jew għal kunsinni tradizzjonali, iridu jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ipproċessar stabbiliti fid-dispożizzjonijiet dwar l-arranġementi tal-ipproċessar lejn l-intern u l-proċedura għall-proċessar taħt il-kontroll doganali speċifikati fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta’ l-għamliet kollha tas-soltu tat-tqandil. Artikolu 18 Iz-zokkor Matul il-perjodu taż-żmien referut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, iz-zokkor tal-klassi C kif referut fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, esportat b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2760/81 [16], u mdaħħal għall-iskopijiet tal-konsum fil-Madeira fil-għamla ta’ żokkor abjad li jidħol fin-NM bil-kodiċi 1701 jew fil-Ażores fil-għamla ta’ zokkor mhux maħdum li jidħol fin-NM bil-kodiċi 1701 12 10, għandu jibbenefika, skond il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, mill-iskema ta’ l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni fil-limiti tal-bilanċi previsti tal-provvista referuti fl-Artikolu 3. SEZZJONI 3 Il-Gżejjer Kanarji Artikolu 19 Il-kunsinja mill-ġdid u l-esportazzjoni mill-ġdid 1. Dawk li jipproċessaw li jkunu ddikjaraw, skond l-Artikolu 9(3), l-intenzjoni tagħhom li jesportaw, fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali, jew li jikkunsinjaw, fil-kuntest taċ-ċaqliq tradizzjonali tal-kummerċ, prodotti pproċessati li jkun fihom materja prima li jkunu bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, jistgħu jagħmlu dan fil-limiti tal-kwantitajiet ta’ kull sena dikjarati fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn il-ħidmiet ma jeċċedux il-kwantitajiet stabbiliti ta’ kull sena. Il-prodotti kkunsinjati lill-Gżejjer Kanarji skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista u wżati sabiex ifornu lill-bastimenti u lill-ajruiplani bl-ikel għandhom jitqiesu li jkunu kkunsmati lokalment. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw biss l-esportazzjoni jew il-kunsinja ta’ kwantitajiet oħra pproċessati għajr dawk referuti fil-paragrafu 1 meta jkun attestat li l-prodotti involuti ma jkunx fihom materja prima importata jew imdaħħla skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki meħtieġa sabiex jassiguraw l-eżattezza ta’ l-attestati referuti fl-ewwel sub-paragrafu u għandhom jirkupraw, meta xieraq, il-benefiċċju konċess skond l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. 3. Il-ħidmiet tal-ipproċessar li, fil-limitu tal-kwantitajiet iddikjarati fl-Anness, jistgħu jwasslu għall-esportazzjoni reġjonali tal-kummerċ jew għall-kunsinji tradizzjonali jridu jilħqu l-kondizzjonijiet għall-ipproċessar stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-ipproċessar lejn l-intern u l-proċedura għall-ipproċessar taħt il-kontroll doganali speċifikati fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta’ l-għamliet kollha tas-soltu tat-tqandil. Artikolu 20 L-esportazzjoni mill-ġdid tal-prodotti mhux ipproċessati jew tal-prodotti pakkjati lokalment Skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, il-prodotti mhux ipproċessati jew il-prodotti ppakkjati li jirriżultaw mill-ippakkjar lokali tal-prodotti mhux ipproċessati li jkunu bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista jistgħu jkunu esportati mill-ġdid, bla ħsara għall-ħtiġiet li ġejjin: (a) il-kelmiet "oġġetti esportati skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001" iridu jidħlu fit-Sezzjoni 31 tad-dokument waħdieni amministrattiv (DWA/SAD); (b) il-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew eżentati mid-dazji fuq l-importazzjoni u esportati mill-ġdid għandhom jkunu magħduda mal-bilanċ previst tal-provvista; (ċ) il-prodotti koperti b’dan il-punt ma għandhomx jikkwalifikaw għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni; (d) il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom tkun ġiet konċessa l-għajnuna u li mbagħad ikunu ġew esportati mill-ġdid iridu jingħaddu mal-bilanċ previst tal-provvista u għandha tiġi rifuża l-għajnuna konċessa; (e) il-prodotti koperti b’dan il-punt ma għandhomx jikkwalifikaw għall-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni; (f) jekk ikun hemm ir-riskju li l-provvisti regolari lejn il-Gżejjer Kanarji jistgħu jkunu pperikolati b’żieda sinifikanti ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid tal-prodotti koperti b’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrestrinġu l-kwantitajiet b’tali mod li jkunu jistgħu jassiguraw li jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ prijorità fis-setturi interessati. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih, qabel ma jkunu implimentati, bil-miżuri li jippjanaw li jieħdu sabiex japplikaw dan il-punt u r-raġunijiet għal dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bihom. Il-paragrafi ta’ hawn fuq għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali adotti sabiex jegħilbu diffikultajiet sensittivi f’settur partikolari. Artikolu 21 Iz-zokkor Matul il-perjodu taż-żmien referut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, iz-zokkor tal-klassi C referut fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament esportat b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81, u mdaħħal għall-iskopijiet tal-konsum fil-Ġżejjer Kanarji fil-għamla ta’ zokkor abjad li jidħol fil-kodiċi tan-NM 1701, għandu jibbenefika, fit-termini ta’ dan ir-Regolament, mill-iskema ta’ l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ġewwa l-limiti tal-bilanċi previsti tal-provvista referuti fl-Artikolu 3. Il-KAPITOLU VII IN-NOTIFIKI U R-RAPPORTI Artikolu 22 In-notifiki L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-ħames jum ta’ kull xahar bid-dettalji li ġejjin li għandhom x’jaqsmu max-xhur preċedenti tas-sena kalendarja ta’ riferenza, rigward il-prodotti u l-kodiċi tan-NM u, meta japplika, id-destinazzjoni individwali: (a) il-kwantitajiet maqsuma skond jekk ikunux importati minn pajjiżi terzi jew ikkunsinjati mill-Komunità; (b) l-ammont ta’ l-għajnuna u n-nefqa attwalment imħallsa skond il-prodott u, meta japplika, skond id-destinazzjoni individwali; (ċ) il-kwantitajiet li dwarhom ma jkunux ġew użati l-liċenzji u ċ-ċertifikati, maqsuma skond il-kategorija tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat; (d) kull kwantità esportata wara l-ipproċessar fil-kuntest tal-kwantitajiet tradizzjonali skond ir-Regolamenti (E) Nri 1453/2001 u 1454/2001; (e) kull kwantità ikkunsinjata wara l-ipproċessar fil-kuntest tal-kwantitajiet tradizzjonali skond ir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001; (f) kull kwantità esportata mill-ġdid mhux ipproċessata jew ippakkjata lokalment skond ir-Regolament (KE) Nru 1454/2001; (g) kull kwantita esportata fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali skond ir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001 u 1453/2001; (h) it-trasferimenti fi kwantità ġenerali għal kategorija ta’ prodotti u l-emendi għall-bilanċi previsti tal-provvista matul dan il-perjodu taż-żmien; (i) il-bilanċ disponibbli u r-rata ta’ l-utilizzazzjoni. Dawn id-dettalji għandhom jkunu fornuti fuq il-bażi tal-liċenzji u taċ-ċertifikati wżati. Artikolu 23 Ir-rapporti Mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali ta’ l-implimentazzjoni referut, rispettivament, fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, li jkollu x’jaqsam mas-sena preċedenti. Ir-rapporti għandhom jagħtu t-tagħrif li ġej, b’mod partikolari: (a) ix-xejriet soċjo-eknomiċi u agrikoli sinifikanti; (b) sommarju tad-dettalji fiżiċi u finanzjarji disponibbli dwar l-implimentazzjoni ta’ kull miżura, segwita b’analiżi tad-dettalji u, meta xieraq, preżentazzjoni u analiżi tas-settur li dwaru għandha x’taqsam il-miżura; (ċ) il-progress tal-miżuri u tal-prijoritajiet f’relazzjoni mal-iskopijiet immedjati speċifiċi u ġenerali, bl-użu ta’ indikaturi kwantifikati, (d) rendikont qasir dwar kull problema maġġuri li tiġi ffaċċjata fl-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri; (e) eżami tar-riżultati ta’ dawn il-miżuri kollha, billi jiqiesu r-rabtiet reċiproki tagħhom; (f) għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, id-dettalji u l-analiżi tax-xejriet tal-prezzijiet u kif jkun mgħoddi minn id għall-oħra l-benefiċċju konċess. Artikolu 24 It-tnaqqis tal-ħlas bil-quddiem Mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar id-dixxiplina fuq il-budget, meta it-tagħrif trasmess mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni skond l-Artikoli 22 u 23 ma jkunx komplut jew meta ma jkunx ġiex mħares il-limitu taż-żmien, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-ħlas bil-quddiem mad-dħul tal-kontijiet dwar in-nefqa agrikola fuq bażi temporanja u daqsinsew għal kulħadd. KAPITOLI VIII IL-VERIFIKI U L-PENALI Artikolu 25 Il-verifiki 1. Il-kontrolli fiżiċi mwettqa fir-reġjun l-iktar ‘il barra interessat fuq l-importazzjoni, id-dħul, l-esportazzjoni, il-kunsinna, l-esportazzjoni mill-ġdid u l-kunsinna mill-ġdid tal-prodotti agrikoli trid tinvolvi kampjun rappreżentattiv ta’ mill-inqas 5 % tal-liċenzji u taċ-ċertifikati preżentati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11. Il-verifiki fiżiċi għandhom jitwettqu, mutatis mutandis, b’mod konformi mal-proċeduri stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 [17]. 2. F’każi speċjali, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-verifiki jitwettqu f’persentaġġi oħrajn. Artikolu 26 Il-Penali 1. Għajr f’każi ta’ force majeure jew ta’ aberrazzjonijiet tal-klima, jekk neguzjant jonqos milli jkun konformi mal-impenji tiegħu mogħtija skond l-Artikolu 9, u mingħajr preġudizzju għal kull penali li tapplika skond il-liġijiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: - jirkupraw il-benefiċċju konċess minn għand id-detentur tal-liċenza tal-importazzjoni, taċ-ċertifikat ta’ l-eżenzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna; - jissospendu proviżonalment jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni, skond kemm ikun serju l-ksur ta’ l-obbligi. Il-benefiċċju referut fil-punt (a) għandu jkun egwali għall-ammont ta’ l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni jew għall-ammont ta’ l-għajnuna. 2. Għajr f’każi ta’ force majeure jew ta’ aberrazzjonijiet klimatiċi, meta id-detenturi ta’ liċenzja jew ta’ ċertifkat ma jwettqux l-importazzjoni jew id-dħul ippjanat, l-intitolament tagħhom sabiex japplikaw għal-liċenzji jew għaċ-ċertifikati għandu jkun sospiż għal perjodu taż-żmien ta’ 60 jum wara li jiskadu l-liċenzja jew iċ-ċertifikat. Wara l-perjodu taż-żmien tas-sospensjoni, il-ħruġ ta’ liċenzji jew ta’ ċertifikati sossegwenti għandu jkun bla ħsara għad-depożitu ta’ garanzija egwali għall-ammont tal-benefiċċju li jkun irid jkun konċess matul perjodu taż-żmien li jrid jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa kollha sabiex jużaw mill-ġdid kull kwantità ta’ prodotti magħmula disponibbi bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq, it-twettiq parzjali jew il-kanċellament tal-liċenzji u taċ-ċertifikati maħruġa jew l-irkupru tal-benefiċċju konċess. Il-KAPITOLU IX DISPOSIZZJONIJIET NAZZJONALI Artikolu 27 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw ir-regoli addizzjonali meħtieġa sabiex jamministraw u jimmonitorjaw l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista fiż-żmien attwali. Għandhom jgħarrfu lill-Kummssjoni b’kull miżura li jkun beħsiebhom jimplimentaw skond l-ewwel paragrafu, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. Il-KAPITOLU X DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 28 Tħassir 1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 131/92, (KEE) Nru 1696/92 u (KE) Nru 2790/94 huma hawnhekk imħassra. Ir-riferenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jkunu mifhuma bħala riferenzi għal dan ir-Regolament. 2. L-Artikoli 1, 2, 2a u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 131/92 u l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/92 għandhom jissoktaw japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2002. Artikolu 29 Dispożizzjonijiet transitorji 1. Għal tletin jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq it-talba ta’ neguzjant li jkun issottometta applikazzjoni sabiex jiddaħħal fir-reġistru skond l-Artikolu 9, joħorġu lil dan ta’ l-aħħar liċenzja jew ċertifikat, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fl-Artikolu 10, basta iżda li l-applikazzjoni għal din il-liċenzja jew għal dan iċ-ċertifikat tkun ippreżentata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 10(1). Il-ħruġ tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati għandu jkun bla ħsara għad-depożitu ta’ garanzija. 2. Il-liċenzji u ċ-ċertifikati maħruġa skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 131/92, (KEE) Nru 1696/92 u (KEC) Nru 2790/94 li ma jkunux użati għal kollox qabel id-data ta’ meta jiskadu, jistgħu jkunu mibdula, għall-bqija tal-kwantitajiet, b’mod konformi mal-paragrafu 1 jew jistgħu jkunu kkanċellati u l-garanzija rilaxxjata. Artikolu 30 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2002. B’dankollu, - it-tielet u r-raba’ paragrafi ta’ l-Artikolu 6 għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta’ Lulju 2002, - l-Artikoli 4, 5, 7, 9, 10, 11, 13, 14, 15, 26, 27 u 28 ma għandhomx jgħoddu għad-dipartimenti barranija Franċiżi, għall-Ażores u għall-Madeira sa l-1 ta’ Lulju 2002. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, 21.07.01, p. 11 [2] ĠU L 198, 21.07.01, p. 26. [3] ĠU L 198, 21.07.01, p. 45. [4] ĠU L 15, 22.01.92, p. 13. [5] ĠU L 255, 6.09.96, p. 3. [6] ĠU L 179, 1.07.92, p. 6. [7] ĠU L 238, 23.09.93, p. 24. [8] ĠU L 296, 17.11.94, p. 23. [9] ĠU L 192, 24.07.99, p. 19. [10] ĠU L 152, 24.06.00, p. 1. [11] ĠU L 217, 31.07.92, p. 71. [12] ĠU L 178, 30.06.01, p. 1. [13] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. [14] ĠU L 102, 17.04.99, p. 11. [15] ĠU L 302, 19.10.92, p. 1. [16] ĠU L 262, 16.09.81, p. 14. [17] ĠU L 42, 16.02.90, p. 6. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-kwantitajiet massimi tal-prodotti pproċessati li jistgħu jkunu esportati jew mibgħuta bil-baħar ta' kull sena mill-Ġżejjer Kanarji fil-kuntest ta' l-esportazzjoni u tal-kunsinji tradizzjonali (l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 19) (il-kwantità f'kilogrammi (jew litri *)) | Kodiċi tan-NM | lejn il-KE | lejn pajjiż terz | 040210 | — | 54000 | 040221 | 64000 | 11000 | 040229 | — | 33000 | 040291 | 3000 | 3000 | 040299 | 1000 | 1000 | 040310 | — | 7000 | 040390 | 1000 | 1000 | 0405 | 6000 | 12000 | 040610 | 17000 | 119000 | 040630 | 2000 | 5000 | 040640 | 2000 | 1000 | 040690 | 25000 | 14000 | 071021 | — | 1000 | 071022 | 1000 | 1000 | 071030 | 2000 | 1000 | 071040 | 1000 | 1000 | 071080 | 4000 | 16000 | 071090 | — | 1000 | 071120 | — | 1000 | 071140 | — | 1000 | 081190 | 1000 | 1000 | 081290 | 3000 | 1000 | 081350 | 1000 | 1000 | 110100 | 105000 | 1000 | 110220 | 13000 | 6000 | 110290 | 1000 | 1000 | 110419 | 4000 | 1000 | 110500 | — | 1000 | 150790 | — | 300000 | 15149090 | — | 3000000 | 160100 | 10000 | 44000 | 160241 | 13000 | 1000 | 160249 | 16000 | 39000 | 160250 | — | 50000 | 160413 | 2712000 | 2027000 | 160414 | 552000 | 18000 | 170290 | 675000 | 6000 | 170410 | 19000 | 20000 | 170490 | 648000 | 293000 | 180400 | — | 1000 | 180500 | 1000 | 45000 | 180610 | 4000 | 58000 | 180620 | 1000 | 25000 | 180631 | 1000 | 4000 | 180690 | 30000 | 38000 | 190120 | 1140000 | — | 190190 | 2521000 | 45000 | 190211 | 1000 | 2000 | 190219 | 1000 | 47000 | 190220 | — | 1000 | 190230 | 1000 | 37000 | 190300 | — | 1000 | 190410 | 3000 | 2000 | 190490 | — | 1000 | 190520 | — | 1000 | 190530 | 45000 | 132000 | 190540 | 1000 | 3000 | 190590 | 15000 | 43000 | 200410 | 22000 | 1000 | 200490 | 4000 | 72000 | 200510 | 1000 | 63000 | 220520 | 57000 | 1000 | 200540 | 2000 | 19000 | 200559 | 2000 | — | 200560 | 34000 | 1000 | 200570 | 9000 | 3000 | 200580 | 1000 | 5000 | 200590 | 20000 | 27000 | 200600 | 5000 | 27000 | 200710 | 3000 | 2000 | 200791 | 3000 | 8000 | 200799 | 463000 | 7000 | 200819 | 1000 | 1000 | 200820 | 18000 | 38000 | 200830 | 10000 | 1000 | 200850 | 2000 | 1000 | 200860 | 1000 | 1000 | 200870 | 5000 | 1000 | 200892 | 104000 | 12000 | 200899 | 224000 | 1000 | 200919 | 18000 | 24000 | 200930 | — | 10000 | 200940 | 9000 | 7000 | 200960 | — | 1071000 | 200970 | 2000 | 3000 | 200980 | 11000 | 18000 | 200990 | 16000 | 12000 | 210110 | 5000 | 3000 | 210120 | 1000 | 1000 | 210130 | 1000 | — | 210210 | 1000 | 28000 | 210220 | — | 2000 | 210230 | — | 3000 | 210310 | — | 2000 | 210320 | 22000 | 35000 | 210330 | 1000 | 3000 | 210390 | 30000 | 61000 | 210410 | 22000 | 193000 | 210420 | 1000 | 595000 | 210500 | 167000 | 505000 | 210610 | 3000 | 28000 | 210690 | 8000 | 13000 | 220210 | * 5 000 000 | * 203 000 | 220290 | * 3 000 000 | * 799 000 | 220300 | * 70 000 | * 157 000 | 220510 | * 47 000 | * 1 000 | 220590 | * 17 187 000 | * 3 295 000 | 220840 | * 47 000 | * 43 000 | 220850 | * 9 000 | * 7 000 | 220890 | * 190 000 | * 17 000 | 220900 | — | * 18 000 | 230120 | 20610000 | 18654000 | 230990 | 20000 | 1525000 | 300210 | 8000 | 1000 | 300220 | 1000 | 1000 | 300290 | 1000 | 1000 | 300420 | 1000 | 3000 | 300450 | 1000 | — | 300490 | 51000 | 18000 | 300510 | 1000 | 2000 | 300590 | 2000 | 1000 | 320300 | 1000 | 1000 | 330749 | 1000 | 14000 | 330790 | 7000 | 6000 | 340119 | 2000 | 9000 | 340213 | 5000 | — | 340220 | 135000 | 69000 | 340290 | 40000 | 62000 | 340319 | 7000 | 1000 | 340530 | 1000 | 1000 | 340540 | 2000 | 6000 | 390110 | 195000 | 32000 | 390120 | 80000 | 76000 | 390421 | 49000 | 180000 | 390950 | 2000 | 47000 | 391290 | 7000 | 1000 | 391721 | 195000 | 11000 | 391723 | 20000 | 10000 | 391732 | 65000 | 68000 | 391739 | 33000 | 2000 | 391740 | 270000 | 65000 | 391910 | 860000 | 30000 | 392010 | 2100000 | 2000 | 392020 | 310000 | 8000 | 392099 | 340000 | — | 392190 | 20000 | 70000 | 392310 | 49000 | 59000 | 392321 | 727000 | 356000 | 392329 | 23000 | 72000 | 392330 | 180000 | 35000 | 392340 | 18000 | 25000 | 392390 | 1000 | 13000 | 392410 | 6000 | 5000 | 392490 | 10000 | 4000 | 392690 | 132000 | 198000 | 482311 | 1000 | 3000 | 482351 | 9000 | 15000 | 482359 | 6000 | 3000 | --------------------------------------------------