Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0005

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2002 li temenda l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE rigward il-fissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    ĠU L 34, 5.2.2002, p. 7–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/5/oj

    32002L0005



    Official Journal L 034 , 05/02/2002 P. 0007 - 0012


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/5/KE

    tat-30 ta’ Jannar 2002

    li temenda l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE rigward il-fissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar il-fissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/57/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi:

    (1) Għaċ-ċereali u l-prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel, il-livelli tal-fdalijiet jirriflettu l-użu tal-kwantitajiet minimi meħtieġa sabiex tinkiseb il-protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikati b’mod hekk illi l-ammont tal-fdalijiet ikun baxx kemm jista’ jkun kif ukoll aċċettabbli, wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-ħarsien ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumaturi notabbilment f’termini tat-teħid stmat tad-dieta mill-konsumaturi. Il-livelli massimi tal-fdalijiet fil-Komunità (LMFijiet) jirrappreżentaw l-ogħla limitu għall-ammonti ta’ dawn il-fdalijiet li jistgħu jinstabu fl-oġġetti tad-dar meta jkunu ġew irrispettati prattiċi tajbin tal-biedja mill-produtturi.

    (2) L-LMFijiet għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt osservazzjoni u jistgħu jinbidlu sabiex jitqiesu t-tagħrif u l-informazzjoni ġodda. Il-livelli massimi tal-fdalijiet huma ffissati fil-livell l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament fejn l-użi awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx fil-livelli tal-fdalijiet tal-pestiċidi li jistgħu jiġu osservati ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn ma jkunx hemm użi awtorizzati, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew appoġġjati mill-informazzjoni meħtieġa, jew fejn l-użi f’pajjiżi terzi li jirriżultaw fi fdalijiet ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jidħlu fiċ-ċirkulazzjoni fis-suq tal-Komunità ma jkunux ġew appoġġjati mill-informazzjoni meħtieġa.

    (3) Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE [3], il-Kummissjoni rċeviet talbiet, appoġġjati minn iktar informazzjoni, sabiex tirrevedi l-LMFijiet għall-lambda-ċijalotrin u l-amitraz fuq ċerti oġġetti ta’ l-ikel iffissati bid-Direttiva 2000/42/KE. L-applikazzjonijiet u l-informazzjoni ġew irriveduti, u għal uħud mill-kombinazzjonijiet, l-informazzjoni kienet biżżejjed sabiex jiġi ġġustifikat il-fissar ta’ LMF ’il fuq mil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament. Għall-kombinazzjonijiet oħra t-tagħrif disponibbli jibqa’ mhux adegwat u huwa xieraq li l-LMFijiet jiġu ffissati fil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament. Għal iktar kombinazzjonijiet oħra t-tagħrif issa disponibbli huwa biżżejjed sabiex juri illi l-fissar ta’ LMF ‘il fuq mil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament jista’ joħloq espożizzjoni akuta jew kronika mhux aċċettabbli mill-konsumaturi għall-fdalijiet. F’dawn il-każijiet, l-LMFijiet għandhom jibqgħu ffissati fil-limitu l-aktar baxx ta’ kif jiġu stabbiliti analitikament.

    (4) It-tagħrif fuq l-użi ġodda jew mibdula taċ-ċipermeterin fuq l-asparagu, l-etefon fuq l-ananas, il-fenbutatinossi fuq il-bżar, il-metalażil fuq il-basal l-aħdar (tar-rebbiegħa), l-aċefat fuq il-ħawħ u l-klorotalonil fuq il-krafes ġie nnotifikat lill-Kummissjoni u evalwat. Fid-dawl ta’ dan it-tagħif huwa approprjat li jiġu mmodifikati l-LMFijiet eżistenti speċifikati fl-Anness mad-Direttiva.

    (5) L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi għal kull wieħed mill-pestiċidi f’din id-Direttiva permezz tal-prodotti ta’ l-ikel ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri u l-metodi użati fl-Unjoni Ewropea filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [4] u huwa kkalkolat illi l-LMFijiet iffissati f’din id-Direttiva ma jwasslux sabiex jinqabeż il-konsum ta’ kuljum aċċettabbli.

    (6) Fejn rilevanti, ġiet stmata u evalwata l-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom il-fdalijiet ta’ dawn il-pestiċidi skond il-proċeduri u l-prattiċi użati fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Huwa kkalkolat illi l-livelli massimi tal-fdalijiet iffissati fid-Direttiva preżenti ma jikkawżawx effetti tossiċi akuti.

    (7) Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar il-livelli ffissati f’din id-Direttiva u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkunsidrati.

    (8) Tqiesu l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi. Il-metodoloġija deskritta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, riferita hawn fuq, kif applikata mill-Istati Membri rapportaturi, u mmonitorjata u evalwata mill-Kummissjoni permezz tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, hija konsistenti mal-gwida mogħtija mil-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti.

    (9) Id-Direttiva 90/642/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq u għandha tidħol fis-seħħ minnufih.

    (10) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-livelli massimi tal-fdalijiet elenkati fl-Anness ma’ din id-Direttiva jridu jieħdu l-post ta’ dawk elenkati fl-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE għall-pestiċidi fil-kwistjoni.

    Artikolu 2

    Il-livelli massimi tal-fdalijiet elenkati fl-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE huma rigward il-kombinazzjonijiet ta’ l-oġġetti tad-dar dwar il-pestiċidi riferiti f’din id-disposizzjoni, sabiex jiġu mibdula b’dan li ġej: iċ-ċipermetrin fuq l-asparagu: 0,1 mg/kg, l-etefon fuq l-ananas: 2 mg/kg, il-fenbutatinossid fuq il-bżar: 1 mg/kg, il-metalażil fuq il-basal aħdar (tar-rebbiegħa): 0,2 mg/kg, il-metalażil fuq "l-iscarole (l-indivja tal-werqa wiesgħa)" u l-ħxejjex aromatiċi: 1 mg/kg, il-klorotalonil fuq "is-celeriac": 1 mg/kg, l-aċefat fuq "Il-ħawħ": 0,2 mg/kg [5].

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva l-aktar tard sal-31 ta’ Awissu 2002. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Settembru 2002.

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif din ir-referenza trid issir.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Jannar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71.

    [2] ĠU L 208, 1.8.2001, p. 36.

    [3] ĠU L 158, 30.6.2000, p. 51.

    [4] Il-linji gwida sabiex jitbassar it-teħid djetarju tal-fdalijiet tal-pestiċidi (irriveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b’kollabarazzjoni mal-Kumitat Codex dwar il-Fdalijiet tal-Pestiċidi, ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

    [5] Sakemm isiru l-provi għat-tieni staġun, ir-riżultati jridu jiġu ssottomessi qabel l-1 ta’ Settembru 2002.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Nota:

    Għall-konvenjenza tal-qarrej, l-LMFijiet huma indikati b'tipa ħoxna meta jirriflettu bidliet rigward l-LMFijiet fl-Annessi mad-Direttivi iktar bikrija mid-Direttiva 2000/42/KE; meta indikati b'tipi normali, ikunu huma re-iterazzjonijiet ta' LMFijiet eżistenti.

    Il-Gruppi u l-eżempji tal-prodotti individwali li għalihom applikaw l-LMFijiet | Il-fdalijiet tal-pestiċidi u l-livelli massimi tal-fdalijiet (mg/kg) |

    Il-Lambda-ċijalotrin | L-Amitraz (is-somma ta' l-amitraz flimkien mal- metaboliti kollha tiegħu li jkun fihom il-medja tat- 2,4 dimetil anilina moiety espress bħala amitraz) |

    1.Il-Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriżervat bil-friża, li ma jkunx fih zokkor miżjud; il-ġewż

    (i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | | 0,05 |

    It-tronġ | 0,1 | |

    Il-lumi | | |

    Il-Lime | | |

    Il-Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | |

    Il-larinġ | 0,1 | |

    Il-Pomelos | 0,1 | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (ii)IL-ĠEWŻ TAS-SIĠAR (imqaxxar jew bil-qoxra) | 0,05 | 0,05 |

    Il-Lewż | | |

    Il-Brazil nuts | | |

    Il-Ġewż Cashew | | |

    Il-Qastan | | |

    Il-Ġewż ta' l-Indi | | |

    Il-Ġellewż | | |

    Il-Ġewż Makadamja | | |

    Il-Pecan | | |

    Iż-Żerriegħa tal-Prinjol | | |

    Il-Pistaċċi | | |

    Il-Ġewż | | |

    Oħrajn | | |

    (iii)IT-TUFFIEĦ | 0,1 | 0,5 |

    It-Tuffieħ ta' Belludja | | |

    Il-Lanġas | | |

    Il-Quince | | |

    Oħrajn | | |

    (iv)IL-FROTT TA' L-GĦADMA | | 0,05 |

    Il-Berquq | 0,2 | |

    Iċ-Ċirasa | | |

    Il-Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | 0,2 | |

    L-Għajnbaqar | | |

    Oħrajn | 0,1 | |

    (v)IL-BERRIES U L-FROTT IRQIQ | | 0,05 |

    (a)L-Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 0,2 | |

    L-Għeneb tal-mejda | | |

    L-Għeneb ta' l-inbid | | |

    (b)Il-Frawli (bl-eċċezzjoni ta' dak selvaġġ) | 0,5 | |

    (ċ)Il-Frott tal-Qsab (bl-eċċezzjoni ta' dak selvaġġ) | 0,02 | |

    It-Tut | | |

    Id-Dewberries | | |

    Il-Loganberries | | |

    Ir-Raspberries | | |

    Oħrajn | | |

    (d)Il-Fott irqiq l-ieħor u l-berries (bl-eċċezzjoni ta' dawk selvaġġi)

    Il-Bilberries | | |

    Il-Canberries | | |

    Il-Passolina (ħamra, sewda u bajda) | 0,1 | |

    Il-Gooseberries | 0,1 | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (e)Il-Berries selvaġġi u l-frott selvaġġ | 0,2 | |

    (vi)Mixxellanji | 0,02 | 0,05 |

    L-Avocado | | |

    Il-Banana | | |

    It-Tamal | | |

    It-Tin | | |

    Il-Kiwi | | |

    Il-Kumquat | | |

    Il-Litchi | | |

    Il-mangu | | |

    Iż-żebbuġ | | |

    Il-Passion fruit | | |

    L-Ananas | | |

    Ir-Rummien | | |

    Oħrajn | | |

    2.Il-ħxejjex ta' l-ikel, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew nexfin

    (i)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL BL-GĦERUQ U T-TUBERU | | 0,05 |

    Il-Pitravi | | |

    Il-Karrotti | | |

    Is-Celeriac | 0,1 | |

    L-Għerq mustarda | | |

    L-Artiċokk | | |

    Iz-Zunnarija bajda | | |

    L-Għerq tat-tursin | | |

    Ir-Ravanell | 0,1 | |

    Is-Salsify | | |

    Il-Patata ħelwa | | |

    In-Nevew | | |

    Il-Ġidra | | |

    Il-Yam | | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (ii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-BASLA | 0,02 | 0,05 |

    It-Tewm | | |

    Il-Basal | | |

    Ix-Xalott | | |

    Il-Basal aħdar (tar-rebbiegħa) | | |

    Oħrajn | | |

    (iii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL LI JAGĦTU L-FROTT

    (a)Is-Solanacea

    It-Tuffieħ tadam | 0,1 | 0,5 |

    Il-Bżar | 0,1 | |

    Il-Brinġiel | 0,5 | 0,5 |

    Oħrajn | 0,02 | 0,05 |

    (b)Il-Kukurbit il-qoxra li tittiekel | 0,1 | 0,05 |

    Il-Ħjar | | |

    Il-Gherkin | | |

    Il-Qara bagħli | | |

    Oħrajn | | |

    (ċ)Il-Kukurbit il-qoxra li ma tittekilx | 0,05 | 0,05 |

    Il-Bettieħ | | |

    Il-frott tal-genu kukurbita | | |

    Id-Dulliegħ | | |

    Oħrajn | | |

    (d)Il-qamħirrum | 0,02 | 0,05 |

    (iv)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL BRASSIKA | | 0,05 |

    (a)Il-Brassika li tagħmel il-fjuri | 0,1 | |

    Il-Brokkoli (inkluż il-Kalabriż) | | |

    Il-Pastard | | |

    Oħrajn | | |

    (b)Il-Brassika tar-ras

    Il-Brussel sprouts | 0,05 | |

    Il-Kaboċċi tar-ras | 0,2 | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (ċ)Il-brassika bil-weraq | 0,02 | |

    Il-Kaboċċi ċiniżi | | |

    Il-Kale | | |

    Oħrajn | | |

    (d)Il-Ġidra | 0,02 | |

    (v)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-WERAQ U L-ĦXEJJEX AROMATIĊI FRISKI | | 0,05 |

    (a)Il-Ħass u simili | 1 | |

    Il-Krexxun | | |

    Il-Lamb's lettuce | | |

    Il-Ħass | | |

    L-Iscarole (l-indivja tal-weraq wiesgħa) | | |

    Oħrajn | | |

    (b)L-ispinaċi u ħxejjex simili

    L-ispinaċi | 0,5 | |

    Il-Weraq tal-pitravi (chard) | | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (ċ)Il-krexxuni ta' l-ilma | 0,02 | |

    (d)Il-Witloof | 0,02 | |

    (e)Il-Ħxejjex aromatiċi | 1 | |

    Il-Maxxita | | |

    Il-Kurrat selvaġġ | | |

    It-Tursin | | |

    Il-Weraq tal-krafes | | |

    Oħrajn | | |

    (vi)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL LEGUMI (friski) | | 0,05 |

    Il-Ful/Fażola (bil-miżwed) | 0,2 | |

    Il-Ful/Fażola (mingħajr miżwed) | 0,02 | |

    Il-Piżelli (bil-miżwed) | 0,2 | |

    Il-Piżelli (mingħajr miżwed) | 0,2 | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (vii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL BIZ-ZOKK (friski) | | 0,05 |

    L-Asparagu | | |

    Il-Kardun | | |

    Il-Krafes | 0,3 | |

    Il-Bużbież | | |

    Il-Qaqoċċ | | |

    Il-Kurrat | | |

    Ir-Rabarbu | | |

    Oħrajn | 0,02 | |

    (viii)IL-FUNGI | | 0,05 |

    (a)Il-Faqqiegħ ikkultivat | 0,02 | |

    (b)Il-Faqqiegħ selvaġġ | 0,5 | |

    3.Il-ħaxix tal-miżwed | 0,02 | 0,05 |

    Il-Ful/Fażola | | |

    L-Għażż | | |

    Il-Piżelli | | |

    Oħrajn | | |

    4.Iż-żerriegħa taż-żejt | 0,02 | |

    Iż-Żerriegħa tal-Kittien | | |

    Il-Karawett | | |

    Iż-Żerriegħa tal-Peprin | | |

    Il-Ġulġlien | | |

    Iż-żerriegħa tal-ġirasol | | |

    Iż-żerriegħa tal-lift | | |

    Iż-Żerriegħa tas-soya | | |

    Iż-Żerriegħa tal-Mustarda | | |

    Iż-Żerriegħa tal-Qoton | | 1 |

    Oħrajn | | 0,05 |

    5.Il-Patata | 0,02 | 0,05 |

    Il-patata bikrija | | |

    Il-Patata li tinħażen | | |

    6.It-tè (il-weraq u z-zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, tal-Camellia sinensis) | 1 | 0,1 |

    7.Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat | 10 | 20 |

    --------------------------------------------------

    Top