Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002E0211

    Azzjoni kongunta tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar il-ħatra tar-Rapprezentant Speċjali ta’ l-UE fil-Bosnja- Ħerżegovina

    ĠU L 70, 13.3.2002, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2004; Imħassar b' 32004E0569

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2002/211/oj

    32002E0211



    Official Journal L 070 , 13/03/2002 P. 0007 - 0007


    Azzjoni kongunta tal-kunsill

    tal-11 ta’ Marzu 2002

    dwar il-ħatra tar-Rapprezentant Speċjali ta’ l-UE fil-Bosnja- Ħerżegovina

    (2002/211/PESK)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 14 and l-Artikolu 18(5),

    Billi:

    (1) Fit-18 Frar 2002, il-Kunsill esprima x-xewqa tiegħu li jaħtar bħala Rapprezentant Speċjali ta’ l-UE fil-Bosnja-Ħerżegovina l-futur Rappreżentant Gholi tal-Bosnja-Ħerżegovina. B’dan il-mod, l-UE għandha l-intenzjoni li titrasmetti l-messaġġ illi l-futur tal-Bosnja-Ħerżegovina jinsab fl-integrazzjoni tagħhom ġo l-istrutturi Ewropej, ibbażata fuq l-iżvilupp tal-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni.

    (2) Fit-28 ta’Frar 2002 il-Kumitat li jidderiġi l-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi ħa nota ta’ l-intenzjoni ta’ l-UE illi taħtar il-futur Rappreżentant Għoli bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-UE fil-Bosnja-Ħerżegovina.

    (3) Fil-11 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea [1], fejn l-Artikolu 6 jgħid illi l-Kunsill għandu jaħtar Rappreżentant Speċjali ta’ l-UE fil-Bosnja-Ħerżegovina,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Lord Ashdown qiegħed jiġi maħtur bħala Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) fil-Bosnja-Ħerżegovina.

    Artikolu 2

    1. Ir-rwol tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bl-ebda mod ma għandu jippreġudika l-mandat tar-Rappreżentant Għoli tal-Bosnja-Ħerżegovina, inkluż ir-rwol tiegħu ta’ kordinatur fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet u l-agenziji ċivili mniżżlin fil-Ftehim tal-Paċi ta’ Dayton/Paris u fil-konklużjonijiet u d-dikjarazzjonijiet sussegwenti tal-"Peace Implementation Council".

    2. Huwa għandu jsegwi l-attivitajiet kollha fl-oqsma ta’ l-Istat tad-Dritt u għandu jagħti l-pariri lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Speċjali u lill-Kunsill f’dan il-kuntest skond il-bżonn.

    3. Bħala parti mir-responsabilitajiet aktar wiesgħa tiegħu, r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu l-awtorità li jagħti dawk id-direzzjonijiet meħtieġa lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    L-EUSR għandu jirrapporta lill-Kunsil permezz tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Ġunju 2002.

    Artikolu 5

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, fil-11 ta’ Marzu 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PiquÉ i Camps

    [1] Ara paġna 1 tal-Ġurnal Uffiċjali

    --------------------------------------------------

    Top