Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0580

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju ta’ l-2002 li temenda d-Deċiżjoni 97/788/KE dwar il-perjodu ta’ validità

    ĠU L 184, 13.7.2002, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/580/oj

    32002D0580



    Official Journal L 184 , 13/07/2002 P. 0026 - 0026


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta’ Ġunju ta’ l-2002

    li temenda d-Deċiżjoni 97/788/KE dwar il-perjodu ta’ validità

    (2002/580/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru ta’ l-1970 dwar il-katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi ta’ pjanti agrarji [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1)(b) tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru ta’ l-1970 dwar ir-reklamar taż-żerriegħa tal-ħaxix [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1)(b) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/788/KE tas-17 ta’ Novembru ta’ l-1997 dwar l-ekwivalenza ta’ verifiki tal-prassi għall-manutenzjoni tal-varjetajiet magħmula f’pajjiżi terzi [3] iddeterminat li l-verifiki uffiċjali dwar il-prassi għall-manutenzjoni tal-varjetajiet maħruġa f’ċerti pajjiżi terzi joffru l-istess garanziji bħal dawk magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni skadiet fil-każ li ċerti pajjiżi terzi fit-30 ta’ Ġunju ta’ l-1999, u fil-każ ta’ pajjiżi terzi oħra tiskadi fit-30 ta’ Ġunju ta’ l-2002.

    (2) Jidher li l-verifiki magħmula fil-pajjiżi terzi b’konformità mad-Deċiżjoni 97/788/KE jkomplu joffru l-istess garanziji daqs dawk magħmula mill-Istati Membri.

    (3) Id-Deċiżjoni 97/788/KE għandha għalhekk tkun emendata akkont,

    ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 97/788/KE għandu jkun sostitwit permezz tas-segwenti:

    "L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-1997 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-1999 u mit-18 ta’ Ġunju ta’ l-2002 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2005 fil-każ tar-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u mill-1 ta’ Lulju ta’ l-1997 sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2005 fil-każ tal-pajjiżi terzi l-oħra mniżżla fl-Anness."

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    F. Álvarez-Cascos Fernández

    Il-President

    [1] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/8/KE (ĠU L 37, tas-7.2.2002, p. 7).

    [2] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendarta permezz tad-Direttiva 2002/8/KE.

    [3] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top