Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1120

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2001 tas-7 ta’ Ġunju 2001 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 609/2001 dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet għall-2001 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 412/97

ĠU L 153, 8.6.2001, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1120/oj

32001R1120



Official Journal L 153 , 08/06/2001 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2001

tas-7 ta’ Ġunju 2001

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 609/2001 dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet għall-2001 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 412/97

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 [3] jistabilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar programmi operazzjonali, fondi operazzjonali u assistenza finanzjarja tal-Komunità u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/97 [4].

(2) L-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 jistabbilixxi data sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu għall-ħlas ta’ l-għajnuna finanzjarja dovuta lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. L-Anness II jistabilixxi d-dati biex l-informazzjoni tintbgħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kull sena fl-1 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Ottubru.

(3) L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 jistabbilixxi l-kampjun minimu ta’ verifiki li għandhom jitwettqu kull sena fuq organizzazzjonijiet ta’ produtturi bħala 20 %.

(4) Dawn id-dispożizzjonijiet jirrapreżentaw limitazzjonijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 411/97: għas sena 2001, iż-żmien disponibbli bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 tat-2 ta’ April 2001, u t-termini ta’ żmien għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 11(4), 14(2) u l-Anness II huwa inqas milli jkun il-każ f’sena normali tat-tħaddim.

(5) Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, fejn dan ikun diffiċli minħabba l-limitazzjonijiet amministrattivi ġodda fuq imsemmija, huwa xieraq li jiġi stabbilit terminu ta’ żmien ġdid bħala l-15 ta’ Ottubru 2001 għall-ħlas ta’ l-għajnuna finanzjarja fit-tħaddim ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 għar-rigward ta’ fondi operazzjonali għas-sena 2000.

(6) Huwa xieraq li jiġi stabbilit terminu ta’ żmien ġdid bħala l-31 ta’ Ottubru 2001 sabiex l-informazzjoni tintbgħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fit-tħaddim ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 fir-rigward ta’ l-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-sena 2000.

(7) Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta’ 10 % għall-kampjun minimu ta’ verifiki fuq l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fit-tħaddim ta’ l-Artikolu 14(2) matul is-sena 2001 fil-każ li, għal raġunijiet amministrattivi, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u korretta ta’ din id-dispożizzjoni.

(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/97 tat-3 ta’ Marzu 1997, li jistabilixxi r-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar l-għarfien ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1493/97 [6], jipprovdi fl-Artikolu 9 li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Il-post ta’ dan ir-rapport ittieħed mill-ħtiġijiet ta’ rapportar tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 u m’għadux aktar meħtieġ mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħtiġijiet ta’ rapportar li għandhom x’jaqsmu mas-sena 2000 ‘il quddiem.

(9) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-ħlasijiet ta’ l-għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fit-tħaddim ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 dwar fondi operazzjonali għas-sena 2000 sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2001.

L- Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 dwar is-sena 2000 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2001.

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fit-tħaddim ta’ l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 609/2001 fis-sena 2001 fuq mill-inqas 10 % ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u 30 % ta’ l-għajnuna tal-Komunità.

L- Artikolu 4

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 412/97 qiegħed jiġi mħassar.

L- Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3.

[3] ĠU L 90, tat-30.3.2001, p. 4.

[4] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 9.

[5] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 16.

[6] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 32.

--------------------------------------------------

Top