This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1116
Council Regulation (EC) No 1116/2001 of 5 June 2001 amending Regulation (EEC) No 3677/90 laying down measures to be taken to discourage the diversion of certain substances to the illicit manufacture of narcotic drugs and psychotropic substances
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1116/2001 tal-5 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1116/2001 tal-5 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
ĠU L 153, 8.6.2001, p. 4–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R0111
Official Journal L 153 , 08/06/2001 P. 0004 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1116/2001 tal-5 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament (EEC) Nru 3677/90 [1] jipprovdi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiskoraġġixxu d-devjazzjoni ta' ċerti sustanzi għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. (2) Il-miżuri applikabbli għaż-żejt sassafrass huma fil-preżent interpretati b'modi differenti fil-Komunità, peress li huwa meqjus bħala taħlita li fiha s-"safrole" u huwa għalhekk kontrollat f'xi Stati Membri, fil-waqt li fi Stati Membri oħra huwa meqjus bħala prodott naturali mhux suġġett għall-kontrolli. It-tidħil ta' referenza għall-prodotti naturali fit-tifsira ta' sustanza skedata għandu jirriżolvi din id-diskrepanza u għalhekk jippermetti li kontrolli jiġu applikati għaż-żejt sassafrass. Prodotti naturali biss li minnhom sustanzi skedati jistgħu jiġu faċilment estratti għandhom jiġu koperti b'din it-tifsira. (3) It-twaqqif ta' proċedura ta' koperazzjoni hija maħsuba fil-pjan ta' azzjoni ta' kontra d-droga ta' l-Unjoni Ewropea, approvata mill-Kunsill Ewropew f'Santa Maria da Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000. Biex tiġi sostnuta il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri u l-industrija tal-kimika, b'mod partikolari fir-rigward ta' sustanzi li, għalkemm mhux koperti bir-regoli dwar prekursuri, jistgħu jintużaw fil-manifattura illeċita ta' drogi sintetiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata r-responsabbiltà li tħejji linji ta' gwida biex tgħin dik l-industrija. (4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3677/90 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [2]. (5) Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 għandu jiġi hekk emendat. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 huwa emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(2), paragrafu (a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "(a) "sustanza skedata" tfisser kull sustanza elenkata fl-Anness, inklużi taħlitiet u prodotti naturali li fihom dawk is-sustanzi. Dan jeskludi mediċini, prodotti farmaċewtiċi, taħlitiet, prodotti naturali jew prodotti oħra li jkun fihom sustanzi skedati li huma mħallta b'mod li dawk is-sustanzi ma jkunux jistgħu jintużaw jew jiġu rkuprati faċilment b'mezzi faċilment applikabbli jew ekonomikament vijabbli;" 2. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 3a Linji ta' gwida 1. Sabiex tiġi faċilitata l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-industrija tal-kimika b'mod partikolari fir-rigward ta' sustanzi mhux skedati komunement użati fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni għandha, waqt li taġixxi skond il-proċedura ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2), tħejji u taġġorna l-linji ta' gwida biex tgħin lill-industrija tal-kimika. 2. Il-linji ta' gwida għandhom jipprovdu, b'mod partikolari: (a) tagħrif ta' kif wieħed jagħraf u jinnotifika transazzjonijiet suspettużi; (b) lista regolarment aġġornata ta' sustanzi mhux skedati komunement użati fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, biex jippermettu lill-industrija li timmonitorja fuq bażi volontarja n-negozju f'dawn is-sustanzi; (ċ) tagħrif ieħor li jista’ jitqies utli. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji ta' gwida u l-lista msemmija fil-paragrafu 2(b) huma regolarment imxerrda b'mod meqjus li hu addattat mill-awtoritajiet kompetenti skond l-oġġettivi tal-linji ta' gwida."; 3. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 9a Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jirrelataw mal-kwistjonijiet imsemmija hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2): (a) il-kalkolu tal-kwantitajiet tas-sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 u l-identifikazzjoni tat-taħlitiet li fihom sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2a(2); (b) l-identifikazzjoni tal-pajjiżi u sustanzi skond L-artikolu 5(2); (ċ) l-adozzjoni ta' ħtiġiet ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni skond l-Artikolu 5a(1)(b) kull darba li ma hemmx qbil mal-pajjiż terz in kwistjoni; (d) l-adozzjoni tal-mudell tal-formola ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, kif ukoll ir-regoli dettaljati li jikkonċernaw l-użu tagħha u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' awtorizzazzjoni individwali miftuħa msemmija f'L-Artikoli 5 u 5a; (e) l-emenda ta' l-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament fil-każi fejn it-tabelli fl-Anness li jinsab mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti huma emendati huma stess." 4. L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [3] għandhom japplikaw. Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta' tliet xhur. 3. Il-kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fil-5 ta' Ġunju 2001. Għall-Kunsill Il-President L. Engqvist [1] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3769/92 (ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17). [2] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------