Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0912

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola

ĠU L 129, 11.5.2001, p. 4–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/912/oj

32001R0912



Official Journal L 129 , 11/05/2001 P. 0004 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001

ta’ l-10 ta’ April 2001

li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2] u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1) Il-fażola hija mniżżla fost il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom iridu jiġu adottati n-normi. Ir-regolament Nru 58 tal-Kummissjoni li jippreskrivi il-kwalitajiet komuni tal-kwalità għal ċerti prodotti elenkati taħt l-Anness I B tar-Regolament nru 23 dwar l-istabiliment progressiv ta’ l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħaxix [3], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (Ke) Nru 2561/1999 [4], kien is-suġġett ta’ ħafna amendi u m’għadux jassikura kjarezza legali.

(2) Għaldaqstant, ir-regoli in kwistjoni għandhom jiġu żviluppati u r-Regolament Nru 58 għandu jitħassar. Għal dan l-iskop, għar-raġunijiet tat-trasparenza fis-suq dinji, għandu jitqies bħala n-norma għall-fażola rakkomandata mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jmorru u ta’ l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/EKE).

(3) L-applikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati għandha tirriżulta f’li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti jitneħħew mis-suq, iġibu l-produzzjoni f’linja mal-ħteġijiet tal-konsumaturi u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bażati fuq il-kompetizzjoni bil-fier, biex b’hekk jgħinu t-titjib fil-qligħ (ta’ flus) tal-produzzjoni.

(4) In-norma huma applikabbli għall-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq.Il-ġarr fuq distanzi twal, il-ħażna għal ċertu tul taż-żmien jew it-tqandil bl-idejn jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jmorru. Dan id-deterjorament għandha tiġi meqjusa meta jiġu applikati n-normi fl-istadji tal-bejgħ fis-suq wara li l-prodotti jintbagħat biex jinbiegħ. Ġaladarba l-prodotti tal-klassi "Extra" iridu jingħażlu u jiġu pakkjati b’kura partikolari, huwa n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin dawn il-prodotti illi jkunu jridu jttqjiesu f’dawn il-każijiet

(5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-norma għall-bejgħ fis-suq tal-fażola li jidħol fil-kodiċi NM 0708 20 għandu jkun skond l-Anness.

In-norma għandu japplika fl-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet dwar il-livell stabbilit:

- n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin, u

- għall-prodotti gradati fi klassijiet oħra għajr il-klassi "Extra", deterjorament ħafif minħabba l-iżvilupp u x-xejra tagħhom li jinqerdu.

Artikolu 2

Ir-Regolament Nru 58 jiġi mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika ill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU C 56, tas-7.7.1962, p. 1606/62.

[4] ĠU L 310, ta’ l-4.12.1999, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IN-NORMI GĦALL-FAŻOLA

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Din in-norma tapplika għall-fażola tal-varjetajiet (varjetajiet imnissla bil-kultivazzjoni) imkabbra mill-Phaseolus vulgaris L. u l-Phaseolus coccineus L. li jridu jiġu forniti friski lill-konsumatur, bl-esklużżjoni tal-fażola għall-ipproċessar industrijali jew għall-kisi (‘shelling’).

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

L-għan tan-norma huwa li tiddefinixxi l-ħtieġa tal-kwalità għall-fażola wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

A. Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-fażola trid tkun:

- bla mittiefsa [1],

- b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

- nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

- frisk fid-dehra,

- ħielsa mill-parċmina (endodem iebes),

- prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

- prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

- ħieles minn umdita mhux tas-soltu fuq barra,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-fażola jridu jkunu tali illi jgħinuha:

- jiflaħ għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u

- jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

Il-fażola hija klassifikata fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

(i) Il-klassi "Extra"

Il-fażola ta’ din il-klassi trid tkun ta’ kwalità superjuri. Trid Trid tkun karateristika tal-varjeta’ u/jew tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur.

Trid tkun:

- wieqfa u faċilment tinqasam,

- tenera ħafna,

- dritta f’mod prattiku,

- mingħajr ħajta.

Jekk ikun hemm iż-żerriegħa, trid tkun żgħira u ratba. Madankollu, il-fażola tat-tip ‘needle’ trid tkun mingħajr żerriegħa.

Trid tkun ħielsa mid-difetti għajr xi difetti ħfief ħafna u superfiċjali, jekk kemm-il darba din ma teffettwax id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii) Għall-Klassi I

Il-fażola li taqa’ taħt din il-klassi trid ikun ta’ kwalità tajba. triTrid tkun karatteristika tal-varjeta’ u/jew tat-tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur.

Trid tkun:

- minfuħa,

- żgħira u tenera,

- prattikament mingħajr ħajta ħlief fil-każ tal-fażola għat-tqattiegħ.

Jekk ikun iż-żerriegħa, tridu tkun żgħira u ratba.

Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ:

- difetti żgħir fil-forma,

- difett żgħir fil-kulur,

- difett ħafif fil-qoxra.

(iii) Għall-Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-fażola li ma tikkwalifikax biex tidħol fil-klassijiet l-iktar għolja iżda tissodisfa l-ħteġijiet minimi speċifikati hawn fuq.

Trid tkun:

- raġġonevolment tenera,

- ħielsa minn tikkek tas-sadid fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’.

Iż-żerriegħa, jekk preżenti, m’għandhomx ikunu kbar wisq u jridiu jkunu raġġonevolment ratba.

Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, basta iżda illi l-fażola iżżomm il-karatteristiċi tal-kwalità’ essenzjali tagħha, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

- difetti fil-forma,

- difetti fil-kulur,

- difetti fil-qoxra,

- ħajt,

- tikkek żgħar tas-sadid ħlief fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’.

III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS

Id-daqs huwa determinat mill-massimu wisa’ tal-qoxra mkejla f’angoli ta’ 90 grad mal-parti magħquda.

L-għoti tad-daqs huwa obbligatorju għall-fażola tat-tip ‘needle’ biss, skond il-klassifikazzjoni segwenti:

—Tajba ħafna: | Wisa' tal-qoxra li ma teċċedix is-6 mm, |

—Tajba: | Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix id-9 mm, |

—Medja: | Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix it-12 mm. |

Fażola medja tat-tip ‘needle’ tista titqiegħed fil-klassi "Extra".

IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs (jekk ikunu ġew imdaqqsa) f’kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi indikata,

A. Tolleranzi għall-kwalità

(i) Il-klassi "Extra"

5 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għall-klassi, iżda li tilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Għall-Klassi I

10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għal din il-klaasi, imma li tilħaq ddik tal-Klassi II jew, eċċezzjonalmet, li tidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi. Fost din it-tolleranza, massima ta’ 5 % ikkalkulati skond in-numru jew il-piż jista’ jkollha ħajt fil-każ ta’ varjeta’ u/jew tip kummerċjali li għandha tkun mingħajr ħajta.

Barra minn hekk, mhux aktar minn massimu ta’ 15 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha z-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti dejqa ta’ l-għonq nieqsam, jekk kemm-il darba dan il-qxur jiibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur.

(iii) Għall-Klassi II

10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi u lanqas il-ħteġijiet minimi, għajr il-prodott affettwati mill-Kolletototrichum lidemuthianum (marda tat-tikkek tal-fażola), tħassir jew kwalunkwe deterjorazzjoni li jirrenduha mhux tajjeb għall-konsum.

Barra minn hekk, mhux iktar minn massimu ta’ 30 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha iz-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti rqiqa tal-parti nieqsa mill-għonq, jekk kemm-il darba dan il-qxur jibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur.

B. Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet (jekk imdaqqsa): 10 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

A. L-uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun indaqs u jkun fih biss fażola ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk ikun ittieħed id-daqs tagħha).

Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. Il-pakkjar

Il-fażola trid ikun ippakkjata b’tali mod li jitħares il-prodott kif jixraq.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. Huwa mħolli l-użu ta’ materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li jġorru speċifikazzjonijiet kummerċjali basta iżda illi l-istampar jew it-tikkettjar ikunu ġew magħmula minn linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakkeġġi jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani.

VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ

Kull-pakkeġġ irid iġorr il-partikolaritajiwet li ġejjin, f’ittri miġjuba fi gruppi fuq l-istess naħa, markati leġibbilmnt u li ma jitħassrux, u li jidhru minn fuq barra:

A. L-identifikazzjoni

Min jippakkja u jew min jiddispaċċja: l-isem u l-indirizz jew il-marka uffiċjali jew aċċettata tal-kodiċi. Madankollu, fejn tiġi wżata l-marka tal-kodiċi, ir-referenza "ippakkjat minn u/jew mibgħut minn" (jew taqsiriet ekwivalenti) għandhom jiġu indikati qrib ħafna tal-marka tal-kodiċi.

B. In-natura tal-prodott

- "Fażola" u/jew tip kummerċjali tal-kotenut mhumiex viżibbli minn barra.

- L-isem tal-varjetà (fuq għażla).

C. L-orġini tal-prodott

- Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post (lokali).

D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

- Il-klassi.

- Daqs:

- Għall-fażola tat-tip ‘needle’ indikat mill-kliem "tajbin ħafna", "tajbin" jew "medji";

- għall-fażola oħra (jekk imdaqqsa) indikata mill-wisa’ minima u massima tal-qoxra.

E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla)

[1] Minħabba l-kultivazzjoni tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) u l-grad tal-ħsara permissibbli fit-tarf taz-zokk skond it-tolleranzi indikati.

--------------------------------------------------

Top