Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0610

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2001 tad-29 ta’ Marzu 2001 li jemenda Regolament (KE) Nru 708/98 fuq it-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat

    ĠU L 90, 30.3.2001, p. 17–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R0489

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/610/oj

    32001R0610



    Official Journal L 090 , 30/03/2001 P. 0017 - 0019


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2001

    tad-29 ta’ Marzu 2001

    li jemenda Regolament (KE) Nru 708/98 fuq it-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 fuq l-organizzazjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1667/2000 [2], u b’mod partikolari Artikolu 8 ta’ l-istess Regolament,

    Billi:

    (1) Il-kondizzjonijiet għat-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu ġià jeżistu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/98 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 691/1999 [4]. Artikolu 2 tar-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom ir-ross jista’ jiġi aċċettat għall-intervenzjoni u Artikolu 3 jsemmi l-kriterji applikabbli għal żidiet u tnaqqis fil-prezz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodott wara l-ipproċċessar.

    (2) L-esperjenza uriet f’dawn l-aħħar snin ta’ marketing li l-produzzjoni tar-ross wara l-ipproċċessar offrut għall-intervenzjoni hija ġeneralment ogħla mill-produzzjoni bażika elenkata f’Parti B ta’ Anness II tar-Regolament (KE) Nru 708/98.

    (3) Sabiex jissaħħaħ is-sehem ta’ l-intervenzjoni bħala xibka ta’ lqugħ u sabiex jinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità għolja, il-kriterji għall-intervenzjoni għandhom jiġu ssikkati.

    (4) L-aġġustament tal-produzzjoni wara l-ipproċċessar elenkat f’Parti B ta’ Anness II tar- Regolament (KE) Nru 708/98, flimkien ma’ kull tnaqqis fil-prezz kurrenti u t-tnaqqis ta’ tolleranzi għad-diverġenza mill-produzzjoni bażika, jidhru li huma l-aktar modi effettivi biex tiġi inkoraġġita l-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità għolja u, fl-istess ħin, li tiżgura l-kwalità għolja ta’ ross maħżun mill-aġenziji ta’ intervenzjoni.

    (5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax l-opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 708/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. It-tieni indent ta’ Artikolu 2(2) huwa sostitwit b’dan:

    "– il-produzzjoni wara l-ipproċċessar m’hijiex inqas minn 7 punti taħt mill-produzzjoni bażika elenkata f’Parti B ta’ Anness II,".

    2. Anness II huwa ssostitwit bl-Anness ta’ hawnhekk.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 3.

    [3] ĠU L 98, tal-31.3.1998, p. 21.

    [4] ĠU L 87, tal-31.3.1999, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS II

    A. Żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet relatati mal-produzzjoni wara l-ipproċċessar

    Produzzjoni minn ross bil-ħliefa fl-għamla ta' qmuħ sħaħ ta' ross mitħun | Żidiet u tnaqqis fil-prezz għal kull unità ta' produzzjoni |

    Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-press ta' 0,75 % |

    Inqas mill-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta' 1 % |

    Produzzjoni sħiħa mir-ross bil-ħliefa fil-forma ta’ ross mitħun | Żieda u tnaqqis fil-prezz għal kull unità ta’ prodott |

    Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-press ta’0,60 % |

    Anqas mill-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta’ 0,80 % |

    B. Produzzjoni bażika wara l-ipproċċessar

    Deskrizzjoni tal-kwalità tar-ross | Produzzjoni tal-qmuħ sħaħ (%) | Produzzjoni totali (%) |

    Carillon | 66 | 70 |

    Argo, Selenio, Couachi | 65 | 72 |

    Alpe, Arco, Balilla, Balilla GG, Balilla Sollana, Bomba, Bombon, Colina, Elio, Flipper, Frances, Lido, Riso, Matusaka, Monticili, Pegoni, Sara, Strella, Thainato, Thaiperla, Ticinese, Veta, Leda, Mareny, Clot, Albada, Guadiamar | 64 | 72 |

    Ispaniko A, Makedonia | 63 | 72 |

    Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria | 62 | 71 |

    Tolima | 62 | 70 |

    Inka | 62 | 69 |

    Arôme | 61 | 72 |

    Alfa, Ariete, Bahija, Karola, Ċigalon, Corallo, Kripto, Kristal, Drago, Eolo, Ġirona, Gladio, Graldo, l-Indjo, Italico, Jucar, Koral, Lago, Lemont, Mercurio, Miara, Molo, Navile, Niva, Onda, Padano, Panda, Pierina, Marketti, Ribe, Ringo, Rio S. Andrea, Saturno, Senia, Sequial, Smeraldo, Star, Stirpe, Vela, Vitro, Kalca, Dion, Zeus | 61 | 71 |

    Strymonas | 61 | 70 |

    Anseatiko, Arlesienne, Baldo, Belgioioso, Betis, Euribe, Italpatna, Marathon, Redi, Ribello, Rizzotto, Rocca, Roma, romanico, Romeo, Tebre, Volano | 60 | 71 |

    Bonnet Bell, Rita, Silla, Thaibonnet, L 202, Puntal | 59 | 71 |

    Evropi, Melas | 59 | 69 |

    Arborio, Arlatan, Blue Belle, Blue Belle "E", Blue Bonnet, Calendal, Razza 82, Rea | 57 | 71 |

    Cesariot, Maratelli, Precoce Rossi | 57 | 69 |

    Carnaroli, Elba, Vialone Nano | 56 | 71 |

    Delta | 56 | 69 |

    Axios | 56 | 66 |

    Roxani | 56 | 65 |

    Irat 348, Mana | 46 | 66 |

    Pygmalion | 51 | 70 |

    Varjetajiet mhux speċifikati | 63 | 71 |

    "

    --------------------------------------------------

    Top