Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001E0869

    Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2001 fuq il-parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar l-Organizzazzjoni ta’ Żvilupp ta’ l-Enerġija fil-Peninsula Koreana (KEDO)

    ĠU L 325, 8.12.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/869/oj

    32001E0869



    Official Journal L 325 , 08/12/2001 P. 0001 - 0002


    Pożizzjoni komuni tal-kunsill

    tas- 6 ta’ Diċembru 2001

    fuq il-parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar l-Organizzazzjoni ta’ Żvilupp ta’ l-Enerġija fil-Peninsula Koreana (KEDO)

    (2001/869/PESK)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,

    Billi:

    (1) Fil-laqgħa tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 1994 f”Korfu, il-Kunsill Ewropew wera importanza partikolari għall-konformità mill-partijiet kollha fuq it-Trattat tal-Kontroll ta’ l-Armi Nukleari.

    (2) Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew ta’ Madrid tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 1995 saħaq bl-importanza tal-parteċipazjoni, ta’ l-Unjoni Ewropea, bil-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ffissati, dwar l-Organizzazzjoni ta’ Żvilupp ta’ l-Enerġija fil-Peninsula Koreana (KEDO).

    (3) Il- Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Frar 1996.

    (4) ll-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) innegozjat it-tiġdid ta’ l-isħubija tagħha mal-KEDO bil-ħsieb li tappoġġja l-għanijiet tal-KEDO, billi tforni fondi sinjifikanti fuq medda ta’ ħames snin.

    (5) L-arranġamenti dettaljati għar-rapreżentazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO iridu bilfors jiġu deċiżi. Minħabba f’hekk il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jekk il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO kellu jindirizza kwistjonijiet li joħorġu ’il barra mill-kompetenza tal-Euratom, il-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tieħu r-riedni f’ idejha biex tesprimi pożizzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet.

    (6) Ir-riżultati ta’ l-eżami ta’ l-Azzjoni Konġunta 96/195/PESK [1] ikkonfermaw li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġifieri sabiex issib soluzzjoni ġenerali għal din il-kwistjoni tal-kontroll nukleari fil-peninsula Koreana.

    (7) Il-kontribuzzjoni finanzjarza tal- Komunità għal-KEDO jkollha tiġi sospiża jekk il-Poplu Demokratiku tar-Repubblika tal-Korea (DPRK) ma jwettaqx korettament l-obligazzjonijiet rigward il-kontroll nukleari fil-Qafas ta’ xogħol Miftiehem li ġie konkluż fl-1994 bejn l-Istati Uniti u DPRK jew ma jiħallux lill-Unjoni Ewropea l-jedd ta’ spezzjoni u/jew twettaq perjodikament stimi esterni previst għal dak il-għan

    (8) L-Azzjoni Konġunta 96/195/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 97/484/PESK [2] għandha tiġi mħasra u mibdula b’ Pożizzjoni Komuni ġdida,

    ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-għanijiet ta’ din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun biex tikkontribwixxi sabiex tinstab soluzzjoni ġenerali għall-kwistjoni ta’ kontroll nukleari fil-peninsula Koreana

    Għal dak il-għan, u skond il-KEDO, l-Unjoni Ewropea għandha tingħaqad f’din l-azzjoni internazzjonali ta’ sinifikat kbir fl-oqsma tal-kontroll nukleari u għas-sigurtà nukleari.

    Artikolu 2

    1. Għall-kwistjonijiet li jaqgħu ’il barra mill-kompetenzà tal-Euratom u partikolarment il-kwistjoni tas-sospensjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji jekk il-DPRK ma jaqdix kif suppost l-obligazzjonijiet fil-kwistjonijiet tal- kontroll nukleari taħt il-Qafas ta’ xogħol Miftiehem konkluż fl-1994 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u DPRK, jew ma tħallix l-Unjoni Ewropea il-jedd ta’ spezzjoni u/jew twettaq l-istimi esterni perjodikament previst għal dak il-għan, il-pożizzjoni ġewwa l-Bord Eżekkutiv tal KEDO għandha tiġi determinata mill-Kunsill u espressa mill-Presidenza.

    2. Għaldaqstant il-Presidenza għandha tkun midħla sew mal-proċeduri tal-Bord Eżekutiv tal-KEDO u tiġi infurmata minnufih b’kull kwistjoni komuni barranija u fuq il-politika ta’ sigurtà li trid tiġi diskussa fil-lagħqat tal-Bord Eżekkutiv.

    3. Il-Kummisjoni għandha tirraporta lill-Kunsill fuq bażi regolari u meta jinħoloq il-bżonn, taħt l-awtorità tal-Presidenza assisti mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, Rapreżenttativ Għoli għas-PESK.

    Artikolu 3

    L-Azzjoni Konġunta 96/195/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 97/484/PESK huma hawnhekk mħassrin u mibdulin b’din il-Pożizzjoni Komuni.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    Artikolu 5

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussell, fis-6 ta’ Diċembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Verwilghen

    [1] ĠU L 63, tat-13.3.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 213, tal-5.8.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top