Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0743

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2001 li temenda d-Deċiżjoni 95/340/KE li tistabilixxi lista proviżorja ta’ pajjiżi mhux membri li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib (notifikata bid-dokument numru K(2001) 3125)Test b’rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 278, 23.10.2001, p. 32–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/743/oj

32001D0743



Official Journal L 278 , 23/10/2001 P. 0032 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Ottubru 2001

li temenda d-Deċiżjoni 95/340/KE li tistabilixxi lista proviżorja ta’ pajjiżi mhux membri li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib

(notifikata bid-dokument numru K(2001) 3125)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2001/743/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ ħalib mhux proċessat, ħalib proċessat bis-sħana u prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib [1], skond l-aħħar emendi permezz tat-Trattat tas-Sħubija ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/340/KE [3], skond l-aħħar emendi permezz tad-Deċiżjoni 96/584/KE [4], tistabbilixxi lista provviżorja ta’ pajjiżi mhux membri li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib.

(2) Wara li faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Urugwaj hu meħtieġ, sabiex tkun assigurata l-protezzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità, li tkun formalment sospiża l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet mill-Urugwaj, tal-ħalib mhux proċessat u prodotti tal-ħalib, u ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu ġew proċessati permezz ta’ pasturizzazzjoni waħda.

(3) Wara li faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Arġentina hu wkoll meħtieġ li tkun formalment sospiża l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet mill-parti tan-nofsinhar tal-pajjiż li kienet ġiet diġa approvata, tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu ġew proċessati permezz ta’ pasturizzazzjoni waħda.

(4) L-awtoritajiet kompetenti tal-Mawritanja talbu l-awtorizzazzjoni għal ċertu ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu impurtati ġewwa l-Komunità, u, wara li kien hemm missjoni mill-Komunità, jidher li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali hi tali li l-Mawritanja tista’ tkun elenkata għal ċertu ħalib trattat u prodotti tal-ħalib, meta wieħed jikkunsidra li pjan residwu jkun maqbul, u għandu jkun hemm l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti, qabel jistgħu jseħħu l-importazzjonijiet.

(5) Hu opportun li jkunu kjarifikati l-intestaturi tal-kolonni fl-Anness.

(6) Hu meħtieġ li tkun emendata d-Deċiżjoni 95/340/KE fejn xieraq.

(7) Din id-Deċiżjoni ser tkun riveduta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-mard ta’ l-annimali fil-pajjiżi ikkonsidrati.

(8) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE hu mibdul bl-Anness tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1.

[2] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 33.

[3] ĠU L 200, ta’ l-24.8.1995, p. 38.

[4] ĠU L 255, tad-9.10.1996, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

Lista ta' pajjiæi mhux membri approvati fil-prinċipju u l-importazzjoni għandhom jaderixxu mar-rekwiæiti tas-saħħa ta'l-annimali u s-saħħa pubblika

Kodiċi ISO tal-pajjiż mhux membru | Pajjiż mhux membru | Parti A (L-Artikolu 1 ħalib mhux proċessat/prodott) | Parti B (L-Artikolu 2 trattament singlu pasturizzazzjoni | Parti Ċ (L-Artikolu 3 trattament aktar minn singlu pasturizzazzjoni) |

AD | l-Andorra | + | + | + |

AL | l-Albanija | 0 | 0 | + |

AR | l-Arġentina | 0 | 0 | + |

AU | l-Awstralja | 0 | + | + |

BG | il-Bulgarija | 0 | + | + |

BR | il-Brażil | 0 | 0 | + |

BW | il-Botswana | 0 | 0 | + |

BY | il-Belaruss | + | 0 | + |

BZ | Beliż | 0 | 0 | + |

BH | il-Bosnja-Herżegovina | 0 | 0 | + |

CA | il-Kanada | + | + | + |

CH | l-Isvizzera | + | + | + |

CL | iċ-Ċile | + | + | + |

CN | ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0 | 0 | + |

CO | il-Kolumbja | 0 | 0 | + |

CR | il-Kosta Rika | 0 | 0 | + |

CU | Kuba | 0 | 0 | + |

CY | Ċipru | + | + | + |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | + | + | + |

DZ | l-Alġerija | 0 | 0 | + |

EE | l-Estonja | 0 | + | + |

ET | l-Etjopja | 0 | 0 | + |

GL | Groenlandja | 0 | + | + |

GT | il-Gwatemala | 0 | 0 | + |

HK | Hong Kong | 0 | 0 | + |

HN | il-Ħonduras | 0 | 0 | + |

HR | il-Kroazja | 0 | + | + |

HU | l-Ungerija | + | + | + |

IL | l-Iżrael | 0 | 0 | + |

IN | l-Indja | 0 | 0 | + |

IS | l-Islanda | + | + | + |

KE | il-Kenja | 0 | 0 | + |

LI 0 | il-Lituwanja | 0 | + | + |

LV | il-Latvja | 0 | + | + |

MA | il-Marokk | 0 | 0 | + |

MG | il-Madagaskar | 0 | 0 | + |

MK | Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 0 | + | + |

MR | il-Mawritanja | 0 | 0 | + |

MT | Malta | + | + | + |

MU | il-Mawrizju | 0 | 0 | + |

MX | il-Messiku | 0 | 0 | + |

NA | in-Namibja | 0 | 0 | + |

NI | in-Nikaragwa | 0 | 0 | + |

NZ | in-New Zealand | + | + | + |

PA | il-Panama | 0 | 0 | + |

PL | il-Polonja | + | + | + |

PY | il-Paragwaj | 0 | 0 | + |

RO | ir-Rumanija | 0 | + | + |

RU | ir-Russja | 0 | 0 | + |

SG | Singapor | 0 | 0 | + |

SK | ir-Repubblika Slovakka | + | + | + |

SL | l-Islovenja | + | + | + |

SU | El Salvador | 0 | 0 | + |

SZ | l-Isważiland | 0 | 0 | + |

TH | it-Tajlandja | 0 | 0 | + |

TN | it-Tuniżja | 0 | 0 | + |

TR | It-Turkija | 0 | 0 | + |

UA | l-Ukrajna | 0 | 0 | + |

US | l-Istati Uniti ta' l-Amerika | + | + | + |

UY | l-Urugwaj | 0 | 0 | + |

ZA | l-Afrika t'Isfel | 0 | 0 | + |

ZW | iż-Żimbabwe | 0 | 0 | + |

"

--------------------------------------------------

Top