Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0507

    Id-Deċiżjoni Nru 507/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna sett ta' azzjonijiet dwar in-network trans-Ewropew għall-ġbir, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-kummerċ tal-merkanzija ġewwa l-Komunità u bejn il-Komunità u pajjiżi mhux membri (Edicom)

    ĠU L 76, 16.3.2001, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/507(1)/oj

    32001D0507



    Official Journal L 076 , 16/03/2001 P. 0001 - 0004


    Id-Deċiżjoni Nru 507/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-12 ta' Marzu 2001

    li tikkonċerna sett ta' azzjonijiet dwar in-network trans-Ewropew għall-ġbir, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-kummerċ tal-merkanzija ġewwa l-Komunità u bejn il-Komunità u pajjiżi mhux membri (Edicom)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

    Billi:

    (1) L-azzjonijiet implimentati skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/715/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar networks telematiċi ta' inter-amministrazzjoni għall-istatistiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (Edicom) [3] jagħmluha possibbli biex itejbu konsiderevolment il-kwalita' ta' l-istatitiċi intra-Komunitarja.

    (2) Statistiċi għall-kummerċ barrani u għall-kummerċ ġewwa l-Komunità qed jidħlu f'fażi ġdida ta' l-iżvilupp, ikkaratteriżżati bit-tkabbir u l-bżonn dejjem jiżdied għall-informazzjoni.

    (3) Hemm bżonn tintlaqa' l-ħtieġa urġenti ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja mill-provvediment mgħaġġel ta' statistiċi makroekonomiċi ta' min joqgħod fuqhom u preċiżi.

    (4) Il-moderniżżazzjoni tan-network trans-Ewropew għall-ġbir, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-kummerċ tal-merkanzija ġewwa l-Komunità u bejn il-Komunità u pajjiżi mhux membri għandha tkun forza ta' motivazzjoni fl-iżvilupp ta' dawn l-istatistiċi.

    (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 tas-7 ta' Novembru 1991 dwar l-istatistiċi li jirrelataw mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri [4] (Intrastat) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 taat-22 ta' Mejju 1995 dwar l-istatistiċi li jirrelataw mal-kummerċ tal-merkanzija mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha m' pajjiżi mhux membri [5] jipprovdu għal aktar użu ta' proċessar awtomatiku u trasmissjoni elettronika ta' informazzjoni.

    (6) Simplifikazzjoni tas-sistema ta' l-Intrastat kienet proġett tal-bidu fl-inizzjattiva SLIM ("Leġislazzjoni aktar Sempliċi għas-Suq Interni") mniedi fl-1996; il-miżuri għat-tnaqqis tax-xogħol għal dawk li jipprovdu l-informazzjoni statistikali, partikolarment l-IŻM, li kienu approvti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandhom jitkomplew.

    (7) L-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni huma adegwati u kompatibbli ma' dawk tad-Deċiżjonijiet Nru 1719/1999/KE [6] u Nru 1720/1999/KE [7] tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar in-networks trans-Ewropew għall-iskambju interni elettroniku ta' l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet (IDA); għandhom ukoll ikunu kkunsidrati d-deċiżjonijiet ta' l-IDA, partikolarment l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE, fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (8) Evalwazzjoni ex-ante twettqet skond ir-regoli ta' amministrazzjoni finanzjarja, sabiex tiffoka l-programm fuq il-bżonn fl-effettivita' biex jinkisbu l-għanijiet u jkunu inkorporati l-limiti ta' budget mill-fażi tad-disinn tal-programm il-quddiem.

    (9) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-iżvilupp u l-moderniżżazzjoni tan-network trans-Ewropew għall-ġbir, l-ipproċessar u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi tal-kummerċ ġewwa u barra l-Komunità, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala tagħhom, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidarjeta' kif preżentat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif dikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistiċi tal-Komunità [8] jipprovdi l-qafas regolatorju għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dawk li jirrelataw għall-aċċess għal sorsi amministrattivi ta' l-informazzjoni, konfidenzjalita' statistikali u l-prinċipju ta' effettivita' fl-infieq.

    (11) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9].

    (12) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas finanzjarju għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun il-punt ewlieni ta' riferenza għall-awtorita' tal-budget, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċeduri tal-budget [10],

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Qasam ta' l-applikazzjoni u għanijiet ġenerali

    1. Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jirrelataw għan-network trans-Ewropew għall-ġbir, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-kummerċ tal-merkanzija ġewwa l-Komunità u bejn il-Komunità u pajjiżi mhux membri.

    2. L-għanijiet ġenerali huma kif ġej:

    (a) li jinkoraġġixxu l-organizzazzjoni tan-network riferut fil-pragrafu 1 fl-aktar mod modern, razzjonali u effettiv possibbli u jkunu adottati l-miżuri meħtieġa biex jittejbu u jkunu armoniżżati l-metodi wżati, sabiex jipproduċi statistiċi li:

    - huma aktar ta' min toqgħod fuqhom u anqas għoljin għal min jipprovdi l-informazzjoni u l-amministrazzjonijiet, u jsiru disponibbli aktar malajr;

    - jissodisfaw aħjar l-aspettativi eżistenti u futuri ta' l-utenti;

    (b) ikomplu jiżviluppaw l-għodda eżistenti tal-komputer għall-ġbir, il-produzzjoni, it-trasmissjoni u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni statistikali, wara li jkunu kkunsidrati l-aħħar avvanzi teknoloġiċi u jfittxu li jottimaw l-effettivita' fl-infieq.

    Artikolu 2

    Azzjonijiet

    1. Biex jintlaħqu l-għanijiet riferuti fl-Artikolu 1, sett ta' azzjonijiet (magħrufa bħala l-programm "Edicom") għandhom ikunu implimentati għal:

    (a) l-iżvilupp tan-network riferut fl-Artikolu 1(1) sabiex:

    - jipproduċi informazzjoni statitikali li hija ta' kwalita' aħjar, tqum anqas u disponibbli aktar malajr, sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Komunità;

    - jipproduċi informazzjoni statistikali li hija relevanti u xierqa għall-bżonnijiet il-ġodda ta' l-utenti ġewwa l-qafas ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ambjent ekonomiku internazzjonali li jinbidel;

    - jinkorpora statistiċi dwar il-kummerċ ta' merkanzija aktar effettivament fis-sistema statistikali ġenerali fuq livell tal-Komunita u internazzjonali u jadattahom għall-bidliet fl-ambjent amministrattiv;

    - itejjeb is-servizz offrut lill-amministraturi, provdituri u utenti ta' l-informazzjoni, billi jipprovdihom bl-istatistiċi kollha disponibbli u l-informazzjoni parzjali relatata mal-kummerċ tal-merkanzija;

    (b) l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' l-għodda biex tinġabar l-informazzjoni dwar il-kummerċ tal-merkanzija, billi jkunu kkunidrati l-aħħar avvanzi teknoloġiċi sabiex itejbu l-funzjonijiet disponibbli għal min jipprovdi l-informazzjoni.

    Il-kondizzjonijiet speċifiċi li fihom dawn l-azzjonijiet huma implimentati huma preżentati f'L-Anness I. It-tqassim indikattiv għall-perjodu kollu huwa ppreżentat f'persentaġġi f'L-Anness II.

    2. Il-proċeduri biex jimplimentaw l-azzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 3

    Programm tax-xogħol fis-sena u l-amministrazzjoni ta' l-infieq

    1. Skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm tax-xogħol fis-sena, inkluża l-allokazzjoni ta' l-infieq tal-budget fis-sena taħt din id-Deċiżjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-Programm Statistikali tal-Komunitajiet Ewropew, imwaqqaf mid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [11], tal-programm tax-xogħol fis-sena.

    Artikolu 4

    Proċedura

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-istatistiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri, imwaqqaf mir-Regolament (KEE) Nru 3330/91, u l-Kumitat dwar l-istatistiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija ma' pajjiżi mhux membri, imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 1172/95, għall-kwistjonijiet li jiġu taħt ir-responsabbilta' rispettiva tagħhom.

    2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun iffissat għal tlett xhur.

    3. Il-Kumitati għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom ta' proċedura.

    Artikolu 5

    Valutazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha, bil-ko-operazzjoni ta' l-Istati Membri, regolarment jirrevedu l-azzjonijiet finanzjati taħt din id-Deċiżjoni, sabiex tiżgura li l-għanijiet dikjarati ntlaħqu u tipprovdi regoli ta' gwida biex ittejjeb kemm ikunu effettivi azzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitati riferuti fl-Artikolu 4(1) taqsira tal-valutazzjonijiet li saru, li jekk jista' jkun meħtieġ jistgħu jkunu eżaminati minn dawn ta' l-aħħar. Ir-rapporti tal-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli meta mitluba għall-Istati Membri.

    2. Sa l-aħħar ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' nofs il-perjodu ta' l-attivitajiet finanzjati taħt il-programm il-ġdid sabiex tippermetti, jekk ikun il-każ, reviżjoni ta' l-azzjonijiet implimentati taħt din id-Deċiżjoni li jsir.

    Fl-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin riferut fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti għal azzjonijiet ġodda.

    Dan ir-rapport għandu jfittex li jistma, fuq bażi ta' l-infieq li ntefaq mill-Komunità, il-benefiċċji ta' l-azzjonijiet li jakkumulaw għall-Komunità, l-Istati Membri u min jipprovdi u l-utenti ta' l-informazzjoni statistikali, biex ikunu identifikati oqsma għal titjib ta' potenzjal u li jivverifikaw sinerġija ma' attivitajiet oħra tal-Komunità, partikolarment fil-qasam tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropew u l-programmi ta' żvilupp teknoloġiku.

    3. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura oħra meħtieġa biex tivverifika li l-azzjonijiet finanzjati jitwettqu sew u konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Aspetti finanzjarji

    Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità deskritta f'din id-Deċiżjoni għall-perjodu 2001-2005 huwa ffissat għal 51,2 miljun EUR. Tqassim indikattiv, bħala kategorija ta' l-azzjonijiet riferuti fl-Artikolu 2, qed jintwera f'L-Anness II.

    L-approprijazzjonijiet ta' kull sena għandhom ikunu awtoriżżati mill-awtorita' tal-budget, fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Ir-riżorsi finanzjarji pprovduti taħt din id-Deċiżjoni m'għndhomx ikunu allokati għal azzjonijiet li jibbenefikaw minn sorsi oħra ta' fondi tal-Komunità.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ u validita'

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun valida għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħha.

    Artikolu 8

    Id-destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Marzu 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Pagrotsky

    [1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 246.

    [2] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001.

    [3] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 34.

    [4] ĠU L 316, tas-16.11.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1624/2000 (ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 1).

    [5] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 374/98 (ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6).

    [6] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 1.

    [7] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 9.

    [8] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

    [9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [10] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

    [11] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Kondizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet riferuti fl-Artikolu 2

    1. L-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet riferuti fl-Artikolu 2 għandha:

    (a) tikkunsidra l-ħtieġa għall-kontinwita’ ta' l-għodda eżistenti tal-komputer, li l-utilita’ tagħhom hija rikonoxxuta dwar l-għanijiet riferuti fl-Artikolu 1, mingħajr ma tiperikola l-kompetizzjoni fis-settur privat fil-qasam ta-servizz kummerċjali;

    (b) tikkunsidra r-riżultati sodisfaċenti ta' attivitajiet oħra relevanti tal-Komunità, partikolarmet fil-qasam tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropew u l-programmi tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku tal-Komunità; tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta' l-obbligi li joħorġu minn l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE;

    (ċ) tirreferi għall-istandards Ewropew u l-ispeċifikazzjonijiet aċċessibbli għall-pubbliku, bħall-istandards miftuħa ta' l-Internet, sabiex jiggarantixxu livell għoli ta' inter-operabilita’ ta' sistemi nazzjonali u tal-Komunità ġewwa u bejn is-setturi amministrattivi u mas-settur privat.

    2. L-azzjonijiet provduti fl-Artikolu 2 għandhom l-ewwel ikunu s-suġġett, fil-kuntest tal-programm tax-xogħol ta' kull sena, ta':

    (a) deskrizzjoni ta' l-għanijiet, l-iskop, il-ġustifika tagħhom u l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli;

    (b) deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-mod tekniku;

    (ċ) pjan dettaljat ta' implimentazzjoni li jiddeskrivi partikolarment kull kompitu u l-ordni li fihom il-kompiti għandhom jitwettqu.

    3. L-implimentazzjoni tal-programm tax-xogħol ta' kull sena tkun teħtieġ assistenza teknika u amministrattiva u miżuri ta' appoġġ; approprijazzjonijiet allokati għal dan l-iskop ma jaqbżux is-7 % ta' l-approprijazzjonijiet totali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Tqassim indikattiv, bħala kategoriji ta' azzjonijiet ta' Edicom, skond l-Artikolu 2, għall-2001 sa l-2005

    Tqassim 2001 sa 2005 | Total |

    Network ta' informazzjoni ta' kwalita' aħjar, li jqum anqas u disponibbli aktar malajr, skond il-ħtiġijiet tal-politiki tal-Komunità | 22 % |

    Network ta' informazzjoni relevanti adattat għall-bżonnijiet jinbidlu ta' l-utenti ġewwa l-qafas ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ambjent ekonomiku internazzjonali | 14 % |

    Network ta' informazzjoni li huwa integrat aħjar fl-ambjent statistikali ġenerali u adattat għall-iżvilupp ta' l-ambjent amministrattiv | 25 % |

    Network li jtejjeb is-servizz statistikali offrut lill-amministrazzjonijiet, l-utenti u min jipprovdi l-informazzjoni | 12 % |

    Network ibbażat fuq l-għodda għall-ġbir ta' l-informazzjoni minħabba l-aħħar avvanzi teknoloġiċi sabiex itejbu l-funzjonijiet disponibbli għal min jipprovdi l-informazzjoni | 9 % |

    Network integrat u inter-operabbli | 11 % |

    Assistenza teknika u amministrattiva; miżuri ta' appoġġ | 7 % |

    Total (miljuni ta' EUR) | 51.2 |

    --------------------------------------------------

    Top