EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0440

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tirrikonoxxi ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (innotifikata fid-dokument numru Ċ(2001) 1484) (2001/440/KE)

ĠU L 155, 12.6.2001, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/440/oj

32001D0440



Official Journal L 155 , 12/06/2001 P. 0013 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Mejju 2001

li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tirrikonoxxi ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

(innotifikata fid-dokument numru Ċ(2001) 1484) (2001/440/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tal-20 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjnti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità [1], u b’ mod partikolari l-punti 16.2 u 16.4 tat-Taqsima I tal-parti A t’Anness IV ta’ magħha,

Billi:

(1) Il-punti 16.2, 16.3 u 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A t’Anness IV mad-Direttiva 2000/29/KE, moqrija ma’ Artikolu 6 tagħha, jeħtieġu illi l-Istati Membri jabolixxu d-dħul fit-territorju tagħhom tal-frott taċ-Citrus L,, il-Fortunella Swingle, il-Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi fejn il-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cerkospora angolensis Carv. et Mendes u l-Giugnardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) huma magħrufa li jiġru;

(2) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoin 98/83/KE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/104/KE [3] ċerti pajjiżi terzi kienu magħrufa bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) u ċerti żoni kienu magħrufa bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi fil-pajjiżi terzi fejn huma magħrufa li jiġru;

(3) Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika matul missjoni mwettqa mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u Veterinarju (UIV) f’Marzu 2000, u fornit mis-Servizz ta’ l-Ispezzjon tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti tad-Dipartiment tal-Biedja ta’ l-Istati Uniti, jidher illi ġew mikxufa infestazzjonijiet ġodda tar-razez patoġeniċi għaċ-Ċitru tal-Xanthomonas campestris fil-Kontej ta’ Broward, Hendry u Hillsborough fil-Florida; għalhekk il-kontej imsmmija għandhom jiġu mħassra mill-lista taż-żoni magħrufa fil-Florida bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru).

(4) Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-Brażil matul missjoni mwettqa mill-UIV imsemmi f’Lulju 2000, u fornit mis-Secretaria de Defensa Agropecuria tal-Ministerio da Agricultura jidher illi razez patoġeniċi għaċ-Ċitru tal-Xanthomonas campestris ġew misjuba biss fl-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paran, So Paulo, Minas Gerais u Mato Grosso do Sul. Il-lista taż-żoni magħrufa bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) għandha tiġi emendata għalbiex tirriflettu dan.

(5) Fuq il-bażi tat-tagħrif fornit matul il-missjoni ta’ hawn fuq, jidher illi l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) hija preżenti biss fl-Istati ta’ Rio de Janeiro, Sao Paulo u Rio Grade do Sul. Għalhekk, stati Brażiljani oħra għandhom jerġgħu jidhru fil-lista taż-żoni magħrufa bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru).

(6) Fis-sena 2000, ġew innotifikati lill-Kummissjoni interċezzjonijiet tal-frott taċ-Citrus sinensis li joriġina mis-Sważiland, misjuba infettati mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Il-lista tal-pajjiżi magħrufa bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) għandha tiġi emendata biex tirrifletti dan.

(7) Għandu jsir arranġament speċifiku għall-oġġetti fit-transitu li għalihom kienet maħruġa d-dikjrazzjni uffiċjali prevista mill-punti 16.2 u 16.4 tat-Taqsima i tal-Parti A t’Anness IV mad-Direttiva 2000/29/KEE skond id-Deċiżjoni 98/83/KE;

(8) Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/83/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. F’Artikolu 2, it-tielet inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— iż-żoni kollha tal-Brażil, bl-eċċezzjoni ta’ l-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paran, So Paulo, Minas Gerais u Mato Grosso de Sul"

2. Fir-raba’ inċiż ta’ Artikolu 2, it-test "il-Florida (bl-eċċezzjoni tal-Kontea Dade u l-Kontea Manatee)", jiġi mibdul bi "il-Florida (bl-eċċezzjoni tal-Kontea Collier, il-Kontea Dade u l-Kontea Manatee)".

3. Fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 4, it-test "il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-Ċitru fl-Afrika, bl-eċċezzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel, il-Kenya, il-Mozambique, iż-Zambia u ż-Zimbabwe," jiġi mibdul bi "il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-Ċitru fl-Afrika, bl-eċċezzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel, il-Kenya, il-Mozambique, is-Swaziland, iż-Zambia u ż-Zimbabwe".

4. F’Artikolu 5, jiġi miżjud inċiż ieħor:

"— fil-Brażil: iż-żoni kollha bl-eċċezzjoni ta’ l-Istati ta’ Rio de Janeiro, So Paulo u Rio Grande do Sul."

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni preżenti ma tapplikax għall-frott taċ-Ċitru li għalih kienet maħruġa d-dikjarazzjoni uffiċjali prevista mill-punti 16.2 u 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A t’Anness IV mad-Direttiva 2000/29/KEE skond id-Deċiżjoni 98/83/KE u li kienu esportati qabel ma kienu ġew imgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil, ta’ l-Istati Uniti u tas-Swaziland bid-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 41.

[3] ĠU L 33, tas-6.2.1999, p. 27.

--------------------------------------------------

Top