EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0376

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2001 li jikonċerna miżuri li huma neċessarji minħabba l-enċifalopatija sponġiformi bovini fil-Portugall u li jimplimentaw skema ta’ esportazzjoni bażata fuq data. (notifikat bin-numru ta’ dokument C(2001) 834)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 132, 15.5.2001, p. 17–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/11/2004; Imħassar b' 32004R1993

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/376/oj

32001D0376

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2001 li jikonċerna miżuri li huma neċessarji minħabba l-enċifalopatija sponġiformi bovini fil-Portugall u li jimplimentaw skema ta’ esportazzjoni bażata fuq data. (notifikat bin-numru ta’ dokument C(2001) 834)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 132 , 15/05/2001 P. 0017 - 0029
CS.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
ET.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
HU.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
LT.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
LV.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
MT.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
PL.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
SK.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252
SL.ES Chapter 3 Volume 32 P. 240 - 252


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ April 2001

li jikonċerna miżuri li huma neċessarji minħabba l-enċifalopatija sponġiformi bovini fil-Portugall u li jimplimentaw skema ta’ esportazzjoni bażata fuq data.

(notifikat bin-numru ta’ dokument C(2001) 834)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/376/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikonċerna kontrolli veterinarji fin-negożju ġewwa l-Komunità bil-ħsieb li jiġi kompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-6 ta’ Ġunju 1990 li jikkonċerna kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fin-negozju ġewwa l-Komunità f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop tal-kompletazzjoni tas-suq intern [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 92/118/KEE, u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/653/KE tat-18 ta’ Novembru 1998 li jikkonċerna miżuri ta’ emerġenza li saru neċessarji minħabba l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) fil-Portugall [4], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2000/104/KE [5], li jwaqqaf if-tifrix u l-esportazzjoni ta’ prodotti bovini.

(2) Ir-rata ta’ inċidenza kurrenti tal-BSE fil-Portugall kalkulat fuq tnax ix-xhur li għaddew kull 1000000 annimali bovini fuq 24 ix-xhur fl-età hu 170. Skond il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali tal-Uffiċċju Internazzjonali għal-Epizootics (IOE/OIE), 2000 edizzjoni, pajjiż jew żona se tkun klassifikata bħala li għandu inċidenza għolja ta’ BSE jekk ir-rata ta’ inċidenza tal-BSE, kalkolat fuq it-12 ix-xhur li għaddew, kien iktar minn 100 il-każ kull 1000000 annimali fil-populazzjoni tal-annimali fuq l-24 xhur tal-età fil-pajjiż jew żona.

(3) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali tal-IOE/OIE jirrakomanda li laħam tal-bovini u prodotti tal-laħam minn pajjiżi jew żoni klassifikati li għandhom inċidenza għolja ta’ BSE iridu jkunu eliġibbli għal-kummerċ biss skond ċerti kundizzjonijiet stretti, bħalma hi l-projbizzjoni tal-ikel effettiv, sistema permanenti għal-identifikazzjoni ta’ annimali li jħallu l-annimali jkunu traċċati lura għall-merħla u dam ta’ oriġini, t-tneħħija ta’ materjali ta’ riskju speċifikat u l-qtil u distruzzjoni kompleta ta’ ċerti annimali ta’ riskju għoli, bħalma huma z-zgħar u koorti ta’ twelid ta’ każi tal-BSE.

(4) Il-IOE/OIE jirakkomanda aktar li l-laħam tal-bovini u prodotti jridu jkunu eliġibbli għan-negożju biss fuq il-bażi ta’ wieħed minn żewġ skemi: jew skema tal-merħliet ċertifikat, li jindika li l-prodotti kienu derivati minn annimali li twieldu, tkabbru u baqaw fil-merħliet mingħajr każi ta’ BSE għall-aħħar seba’ snin, jew skema bażata fuq data, li jindika li l-prodotti kienu derivati minn annimali li twieldu wara d-data tal-projbizzjoni ta’ ikel effettiv.

(5) Projbizzjoni fuq l-għalf ta’ proteina tal-mammali lill-annimali ta’ rżieżet u ta’ xaħam tal-mammali għal-ruminants kien introdott fil-Portugall fl-4 ta’ Diċembru 1998, fl-istess żmien li żammew, ħażnu u immarkitjaw proteina ta’ mammali u ċerti xaħmijiet kien projbit u s-sejħa ta’ ħażniet li jeżistu kien organizzat.

(6) Saret żjara fil-Portugall mill-Uffiċċju tal-Ikel u l-Veterinarju mill-14 sat-18 ta’ Ġunju 1999 li kkonkludiet li s-sejħa ta’ ħażniet li jeżistu kien tlesta u li l-kontrolli fuq l-effiċjenza tal-projbizzjoni tal-ikel kien applikat sew.

(7) Projbizzjoni fuq l-użu ta’ materjali ta’ riskju speċifikat f’ikel tal-bniedem jew ikel tal-annimali kien introdott fil-Portugall fil-4 ta’ Diċembru 1998. Il-projbizzjoni kienet estiża skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/418/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li jiregola l-użu tal-materjal li juru irskji rigward l-enċifalopatija sponġiformi trasmissibbli [6], kif emendat mid-Deċiżjoni 2001/2/KE [7].

(8) Skond il-pjan nazzjonali ta’ eradizzjoni tal-BSE fil-post fil-Portugall, koorti ta’ twelid u ż-żgħar ta’ każijiet tal-BSE għandhom ikunu maqtula u distrutti.

(9) Sistema nazzjonali ċentraliżżata ġdida għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (SNIRB) kienet introdotta fil-Portugall mill-1 ta’ Lulju 1999.

(10) Il-Portugall preżentat l-ewwel talba tagħha għall-iskema ta’ esportazzjoni bażata fuq data bl-iskop li jħallu, soġġett għal ċerti kundizzjoniiet, it-tifrix ta’ prodotti minn annimali li twieldu wara ċertu data lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Diċembru 1999. Dawn il-proposti tekniċi kienu emendati wara dan u supplimentati fit-18 ta’ Frar, 24 ta’ Marzu, 27 ta’ Lulju u t-22 ta’ Settembru. Il-proposti emendati u supplimentati jipprovdu qafas xieraq biex jħallu d-dispaċċ u l-esportazzjoni ta’ prodotti derivati minn annimali bovini maqtula fil-Portugall.

(11) Il-miżuri għall-implimentazzjoni tas-skema ta’ esportazzjoni u t-twarrib taz-zgħar se jkun eżaminat mill-Uffiċju tal-Ikel u Veterinarju tal-Kummissjoni qabel id-dispaċċ ta’ laħam u prodotti tal-laħam jistgħa jibda. Jekk dak l-eżami hu biżżejjed il-Kummissjoni se tistabilixxi data li minnha d-dispaċċ jistgħa jibda.

(12) Id-Deċiżjoni 98/653/KE li jinkludi provvedimenti li jħallu d-dispaċċ ta’ barrin tal-ġlied mill-Portugall għal-ġlied tal-barrin f-Istati Membri oħrajn. Huwa neċessarju li jistabilixxu proċedura li tħalli l-barrin tal-ġlied jmorru lura fil-Portugall, jekk ma jintużawx fil-ġlieda tal-barrin. Aktar minn hekk ir-regoli fuq it-trattament ta’ karkassi tal-barrin tal-ġlied ta’ oriġini mill-Portugall għandu jkun klarifikat.

(13) Fl-interessi tal-kjarezza d-Deċiżjoni 98/653/KE għandha tiġi revokata.

(14) Il-miżuri li hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Il-KAPITOLU I

L-għan

Artikolu 1

1. Minkejja l-provvedimenti tal-Komunità adottati biex jipproteġġu kontra l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE), din id-Deċiżjoni tistipula regoli speċifiċi li saru neċessarji minħabba l-BSE fil-Portugall.

2. Il-provvedimenti ta’ din id-Deċiżjoni li tapplika għal Portugall ma għandiex tapplika għar-reġun Awtonomu tal-Azores. Il-provvedimenti ta’ din id-Deċiżjoni li tapplika lill-Istati Membri minbarra l-Portugall għandhom japplikaw ukoll lir-reġjun Awtonomu tal-Azores. Partikolarment, il-Portugal għandu jassigura li l-provvedimenti tal-Artikoli 2 sa 14 huma applikati għad-dispaċċ tal-konsenji minn partijiet oġrajn tal-Portugall lill-Azores.

Il-KAPITOLU II

Annimali bovini ħajjin, embrijuni tal-bovini, ikel tal-laħam u l-għadam u prodotti relatati

Artikolu 2

Il-Portugall għandu jassigura li dawn li ġejjin mhumiex mibgħutin mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew pajjiżi mhux membri:

(a) annimali bovini ħajjin u embrijuni tal-bovini;

(b) ikel tal-laħam, ikel tal-għadaml,u ikel tal-laħam u l-għadam ta’ oriġini ta’ mammali;

(ċ) ikel tal-annimali u demel li fihom materjal imsemmi fil-punt (b).

Artikolu 3

Permeżż tad-deroga minn l-Artikolu 2(a), il-Portugall jistgħa jawtorizza d-dispaċċ lill-Istati Membri oħrajn li taw l-awtorizazzjoni tagħhom għall-barrinà skond il-kundizzjonijiet stipulati f’L-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħrajn tal-lista tal-areni tal-ġlied u postijiet konnessi awtorizzati biex jirċievu l-barrin tal-ġlied.

L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom jassiguraw li l-karkassi tal-barrin tal-ġlied huma maħruqin wara l-ġlieda tal-barrin skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I. Meta l-barrin tal-ġlied ma jintużawx għall-ġlied, l-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom jassiguraw li l-annimali jiġu maqtulin u maħruqin, jew jintbagħtu lura lill-Portugall, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I.

L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom iżommu rekords sħaħ li juru konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 2(b), il-Portugall jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ ta’ ikel destinat għal karnivori domestiċi li fihom materjal imsemmi f’dak il-provvediment mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew lill-pajjiżi mhux membri, dment li l-materjal ma joriġinax mill-Portugall u li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14, 16, 17 u 18 huma mħarsa.

Artikolu 5

Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 2(b) u (c), il-Portugall jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ lill-Istati Membri oħrajn li taw l-awtoriżazzjoni tagħhom ta’ materjal imsemmi f’dawk il-provvedimenti għall-iskop ta’ inċinerazzjoni skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħrajn bil-lista ta’ pjanti ta’ inċinerazzjoni awtoriżżati li jirċievu dak il-materjal.

L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom jassiguraw li dak il-materjal ikun inċinerat skond l-Anness II.

L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom iżommu rekords sħaħ li juru l-konformità ma’ dan l-Artikolu.

Il-KAPITOLU III

Materjali derivati minn annimali bovini maqtulin fil-Portugall

Artikolu 6

Il-Portugall għandu jassigura li dawn li ġejjin mhumiex mibgħutin mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew lill-pajjiżi mhux membri, meta derivati minn annimali bovini maqtulin fil-Portugall:

(a) laħam;

(b) Prodotti li x’aktarx jidħlu fl-ikel tal-bniedem jew il-katina tal-ikel tal-annimali;

(ċ) materjali li huma destinati għal użu fi prodotti kosmetiċi jew mediċinali jew tagħmir mediku.

Artikolu 7

Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 6, il-Portugall jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew pajjiżi mhux membri aċidi amino, peptides u tallow, prodotti fi stabbilimenti b’ superviżjoni veterinarja uffiċjali li kienu murin li joperaw skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III.

Dawk il-prodotti għandhom ikunu tikkettjati jew identifikati b’mod ieħor biex juru l-istabbiliment ta’ produzzjoni, u biex jindikaw li huma xierqin għal-użu f’ikel uman, ikel tal-annimali, kosmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku.

Meta dawk il-prodotti huma mibgħutin lill-Istati Membri oħrajn, għandhom ikunu akkompanjati b’ċertifikat tas-saħħa maħruġ minn veterinarju uffiċjali li juri li jaqbel mal-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni u jattesta għal frekwenza ta’ kontrolli uffiċjali li jsiru.

Il-Portugall għndu jgħaddi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħrajn il-lista ta’ stabbilimenti imsemmija fl-ewwel paragrafu, jidentifika għal kull stabbiliment l-iskop għal-liema kien approvat. Għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn immedjatament b’xi emendi għal dik il-lista.

Artikolu 8

Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 6, il-Portugall jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew lill-pajjiżi mhux membri ta’:

(a) Prodotti li fihom tallow prodott skond l-Artikolu 7;

(b) Prodotti derivati mit-tallow bi saponifikazzjoni, transesterification jew prodotti hydrolysis skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III.

Dawk il-prodotti għandhom ikunu tikkettjati jew identifikati b’mod ieħor biex juru li l-istabbiliment tal-produzzjoni, u biex jindikaw li huma xierqin għal-użu f’ikel għal bniedem, kosmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku.

Artikolu 9

Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 6, il-Portugal jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ mill-laboratorji veterinarji nazzjonali fil-Lisbona u l-Porto għal istituti approvati uffiċjalment f’Istati Membri oħrajn jew pajjiżi mhux membri ta’ kampjuni miksuba minn annimali bovini maqtulin fil-Portugall li huma destinati għal-eżami ta’ laboratorju jew riċerka fil-BSE u testijiet dijanjostiċi tal-BSE.

Artikolu 10

Il-Portugall għandu jassigura li l-ġelatina, di-calcium phosphate, collagen, tallow, prodotti li fihom it-tallow u prodotti derivati mit-tallow bi saponifikazzjoni, transesterification jew hydrolysis li huma prodotti għal użu tekniku minn materjali fi stat naturali derivati minn annimali bovini maqtulin fil-Portugall huma tikkettjati jew identifikati b’mod ieħor biex juru l-istabbiliment ta’ produzzjoni u li mhumiex xierqin għal-użu f’ikel għal bniedem, ikel tal-annimali, kosmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku.

Artikolu 11

1. Permess ta’ deroga minn l-Artikolu 6, il-Portugall jistgħa jawtoriżża d-dispaċċ lill-Istati Membri oħrajn jew lill-pajjiżi li mhumiex membri tal-prodotti li ġejjin derivati minn annimali bovini li twieldu u tkabbru fil-Portugall li kienu maqtulin fil-Portugall fil biċċeriji li ma jintużawx għal-qtil ta’ annimali bovini ineliġibbli, skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 u l-Anness IV:

(a) "laħam frisk" kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [8];

(b) "kapuljat" u "preparazzjonijiet tal-laħam" kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE [9];

(ċ) "prodotti tal-laħam" kif definit mid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [10];

(d) ikel li hu maħsub għal karnivori domestiċi.

2. Il-laħam frisk imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun bla għadam u t-tessuti kollha li jeħlu, jinkludi tessuti ovvji tan-nervi u dawk lymphatic, għandhom jitneħħew f’impjanti li jqattgħu fil-Portugall li ma jintużawx biex iqattgħu xi prodotti bovini ineliġibbli.

3. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) għandhom ikunu prodotti minn laħam frisk kif riferiti fil-paragrafu 1(a) fi stabbilimenti fil-Portugall li ma jintużawx għall-produzzjoni ta’ xi prodotti bovini ineliġibbli, skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18 u l-Anness IV.

4. Ħażna kiesħa ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jseħħ fil-Portugal fi kmamar li ma jintużawx biex jaħżnu xi prodotti bovini ineliġibbli u jinżammu maqfulin taħt siġill tal-awtorità kompetenti meta dan l-aħħar mhux preżenti. Tqattigħ, ħażna u trasport għandhom isiru skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18 u l-Anness IV.

5. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, prodotti eliġibbli jfisser prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 u prodotti derivati minn annimali bovini mhux maqtulin fil-Portugall li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 sa 19.

6. Għal-iskop ta’ din id-Deċiżjoni "chamber" għandu tfisser kamra jew xi struttura oħra ġo kamra li tipprovdi barriera fiżika li tisakkar b’mod sigur.

Artikolu 12

1. Il-laħam u l-prodotti imsemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom ikunu markati jew tikkettjati b’marka distinta addizzjonali li ma tistgħax tkun konfuża mal-marka tas-saħħa tal-Komunità jew marka distinta addizzjonali imsemmija fl-Artikolu 14.

2. Meta dak il-laħam u dawk il-prodotti huma destinati għat-tpoġġija fuq is-suq fil-Portugall, ma għandux ikollhom dik il-marka addizzjonali. Jekk marka bħal din hi preżenti, għandha tkun kanċellata jew titneħħa mil-laħam jew kanċellata mit-tikketta fil-ħin li l-laħam jew dawk il-prodotti jħallu l-istabbiliment kif imsemmi għalih fl-Artikoli 15 u 16. Il-marka tas-saħħa tal-Komunità ma għandiex titneħħa minbarra fejn ma jistgħax isir mod ieħor fil-proċess meta jitqattgħu.

3. Il-Portugall għandu jgħaddi lill-Kummissjoni u ’l Istati Membri oħrajn il-mudell tal-marka addizzjonali imsemmija għaliha fil-paragrafu 1 qabel jibda d-dispaċċ.

Il-KAPITOLU IV

Materjali derivati minn annimali bovini mhux maqtula fil-Portugall

Artikolu 13

Il-Portugall għandu jassigura li l-provvedimenti ta’ dan il-Kapitolu huma mħarsin meta l-prodotti li ġejjin derivati minn annimali bovini li mhumiex maqtulin fil-Portugall huma mibgħutin mit-territorju tiegħu lill-Istati Membri oħrajn jew lill-pajjiżi li mhumiex membri:

(a) "laħam frisk" kif definit mid-Direttiva 64/433/KEE;

(b) "kapuljat" u "preparazzjonijiet tal-laħam" kif definit mid-Direttiva 94/65/KE;

(ċ) "prodotti tal-laħam" u "prodotti oħrajn ta’ oriġini tal-annimali" kif definit mid-Direttiva 77/99/KEE;

(d) ikel li hu destinat għal karnivori domestiċi;

(e) gelatina u di-calcium phosphate, tallow, prodotti li fihom it-tallow, u prodotti derivati mit-tallow bi saponifikazzjoni, transesterification jew hydrolysis, aċidi amino, peptides u collagen li x’aktarx jidħlu l-ikel uman jew il-katina tal-ikel tal-annimali, jew huma destinati għal-użu fi prodotti kosmetiċi jew mediċinali jew tagħmir mediku.

Artikolu 14

1. Il-laħam u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 13(a) sa (c) għandhom ikunu markati jew tikkettjati b’marka distinta li ma tistgħax tiġi mħallta mal-marka tas-saħħa tal-Komunità jew marka distinta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 12.

2. Meta dak il-laħam u dawk il-prodotti huma destinati għat-tpoġġija fuq is-suq fil-Portugall, għandhom iżommu dik il-marka addizzjonali. Jekk marka bħal din hi preżenti, għandha tkun kanċellata jew imneħħija mil-laħam jew kanċellata mit-tikketta fiż-żmien li l-laħam jew dawk il-prodotti jħallu l-istabbiliment kif imsemmi għalih fl-Artikoli 15 u 16. Il-marka tas-saħħa tal-Komunità ma għandiex titneħħa minbarra fejn ma jistgħax jsir mod ieħor fil-proċess tat-tqattigħ.

3. Il-Portugall għandu jgħaddi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħrajn il-mudell tal-marka addizzjonali imsemmija għaliha fil-paragrafu 1 qabel ma jibda d-dispaċċ.

Artikolu 15

Il-prodotti imsemmija fl-Artikolu 13(e) li huma mibgħuta lill-Istati Membri oħrajn għandhom ikunu tikkettjati sabiex jidentifikaw l-istabbiliment tal-produzzjoni u biex jindikaw li kienu prodotti skond id-Deċiżjoni u, kif xieraq, li huma xierqin għal-użu f’ikel uman, kosmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku.

Il-KAPITOLU V

Stabbilimenti u ċertifikazzjoni

Artikolu 16

1. Il-Prodotti msemmija fl-Artikoli 11 u 13 għandhom jiġu minn u, fejn xieraq, jgħaddu minn, stabbilimenti fil-Portugall:

(a) li kienu approvati mill-awtorità kompetenti;

(b) li huma taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali jew, fil-każ tal-prodotti derivati mit-tallow b’ saponifikazzjoni, transesterification jew hydrolysis, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(ċ) li stabbilew sistema li jsibu l-materjal fi stat naturali li se jagħti garanzija tal-oriġini tal-materjal matul il-katina tal-prodotti kollha;

(d) li stabbilew sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ ammonti ta’ materjali li jidħlu u joħorġu biex jippermettu l-iċċejkkjar ta’ konsenji meta jidħlu jew joħorġu;

(e) li fih il-prodotti huma maħtuta, proċessati, maħżuna, mmanneġġjati, mgħobbija u trasportati separatament minn, jew f’ħinijiet differenti minn, prodotti li ma jjikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u l-Artikoli 11, 12, 14, 15, 17 u 18.

2. Il-Portugall għandu jgħaddi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn il-lista ta’ stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jidentifika għal kull stabbiliment l-iskop li għalih kien approvat. Għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri immedjatament b’xi emendi għal dik il-lista.

Artikolu 17

1. Prodotti msemmija għalihom fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(a) sa (d) għandhom jiġu minn u, kif xieraq, jgħaddu minn stabbilimenti fil-Portugall:

(a) li fihom il-ħatt kollu, proċessar, ħażna jew maniġġar ieħor tal-prodotti jseħħ taħt superviżjoni uffiċjali;

(b) li fihom il-prodotti huma maħżuna fi mħażen kiesħin fi kmamar li ma jintużawx fl-istess ħin biex jaħżnu xi prodotti bovini li ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 11, 12, 14, 15, 16, 18 u 19 u jinżammu msakkra bis-sġill tal-awtorità kompetenti meta din ta’ l-aħħar mhiex preżenti.

2. Għal-iskopijiet tal-marka tas-saħħa u applikazzjoni ta’ marki addizzjonali li hemm provdut fl-Artikoli 12 u 14, l-awtorità kompetenti għandha jkollha u żżomm taħt ir-responsabiltà tagħha:

(a) l-istrumenti maħsuba għal laħam tal-marki tas-saħħa u l-applikazzjoni ta’ marki addizzjonali, li jistgħu jingħataw lill-awziljarji fil-ħin tal-imarkar u għat-tul ta’ żmien li jeħtieġ għal dak l-iskop;

(b) xi tikketti li għandhom marka tas-saħħa jew xi marka addizzjonali. Dawk it-tikketti għandhom ikunu numerati f’serje u l-kwantità li meħtieġa tistgħa tingħata lill-awziljarji fil-ħin meta se jintużaw.

3. Il-Prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu trasportati permeżż ta’ trasport li huwa siġġilati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 18

1. Prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(a) sa (d) li ntbagħtu lill-Istati Membri oħrajn għandhom jkunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jgħid li l-kundizzjonijiet imsemmija għalih f’dan l-Artikolu u l-Artikoli 11, 17 u 19 jintlaħqu, jidentifikaw it-tikketti kollha u n-numri rilevanti fil-konsenja u jassiguraw kull unità individwali tista tiġi rintraċċjata.

2. Il-laħam għandu jkun akkompanjat b’ċertifikat tas-saħħa li hemm msemmi fl-Anness IV għad-Direttiva 64/433/KEE li tidentifika fis-seżżjoni "identifikazzjoni tal-laħam" taċ-ċertifikat it-tikketti kollha u n-numri rilevanti fil-konsenja u jassiguraw li kull unità individwali tkun tista tiġi rintraċċjata.

3. Il-kliem li ġejjin għandom jkunu miżjuda maċ-ċertifikati kollha:

"prodotti skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE."

4. Il-Portugall għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni ta’ kull konsenja permezz tas-sistema ANIMO kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE [11], jew bil-fax.

5. U meta dawk il-prodotti huma mibgħuta lill-pajjiżi mhux membri, għandhom ikunu akkompanjati b’ċertifikat tas-saħħa, maħruġ minn veterinarju uffiċjali, li jgħid li l-kundizzjonijiet stipukati f’din id-Deċiżjoni ġew mħarsa.

Il-KAPITOLU VI

Transitu u riċeviment tal-materjal minn Stati Membri oħrajn

Artikolu 19

1. Stat Membru li jiddispaċċja laħam kif imsemmi fl-Artikolu 13(a) minn stabiliment jew post ta’ ispezzjoni approvat mill-Komunità fil-fruntiera fit-territorju tiegħu mit-territorju tal-Portugall jew għal stabiliment approvat skond l-Artikolu 16 għandu jassigura li l-laħam hu akkompanjat minn ċertifikat veterinarju maħruġ minn veterinarju uffiċjali jew iċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ isepezzjoni fil-fruntiera.

L-oriġinali taċ-ċertifikati kollha għandhom jakkompanjaw il-konsenja lill-istabbiliment tad-destinazzjoni tiegħu.

2. Il-laħam kif imsemmi fl-Artikolu 13(a) għandu jkun trasportat f’vettura siġillata uffiċjalment.

Is-siġill jistgħa jinkiser biss għal skopijiet ta’ ispezzjoni uffiċjali.

3. Stat Membru li jibgħat il-prodotti imsemmija fl-Artikolu 13(e) jew xi materjali fi stat naturali għal użu fil-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti għall-istabiliment approvat skond l-Artikolu 16 għandu jassigura li huma tikkettjati jew identifikati b’mod ieħor biex juru l-istabbiliment u Stat Membru li fih kienu prodotti.

Il-KAPITOLU VII

Sorveljar, rapporti u speżżjonijiet

Artikolu 20

Kull erba’ ġimgħat il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport fuq l-applikazzjoni tal-miżuri protettivi li ttieħdu kontra l-enċifalopatija sponġiformi trasmissibbli (TSEs) skond il-provedimenti komunitarji u dawk nazzjonali.

Artikolu 21

Il-Kummissjoni għandha tagħmel spezzjonijiet tal-Komunità fuq il-post:

(a) fil-Portugall biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali rigward kull prodott imsemmi fl-Artikoli 7 u 8 qabel id-dispaċċ ta’ dawn il-prodotti jistgħa jibda jew jibda mill-ġdid;

(b) fil-Portugall biex jivverifika l-applikazzjoni tal-provvedimenti fl-Artikoli 11 u 12 u l-Anness IV qabel id-dispaċċ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 jistgħa jibda;

(ċ) fil-Portugall biex jivverifika l-applikazzjoni tal-provvedimenti ta’ din id-Deċiżjoni, partikolarment f’relazzjoni mal-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali;

(d) fil-Portugall biex jeżaminaw l-iżvilupp tal-inċidenza tal-mard, l-infurzar effettiv tal-miżuri nazzjonali rilevanti u biex issir stima tar-riskju biex juri jekk miżuri xierqin biex jħaddmu r-riskju ttieħdu;

(e) fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni biex jivverifikaw l-applikazzjoni, kif xieraq, tal-provvedimenti fl-Artikolu 5 u l-Anness II qabel id-dispaċċ tal-materjal imsemmi fl-Artikolu 5 jistgħa jibda.

Artikolu 22

1. Id-data meta d-dispaċċ tal-barrin tal-ġlied jistgħa jibda in segwitu tal-Artikolu 3 għandha tkun determinata mill-Kummissjoni wara li jassessjaw il-protokolli imsemmija fl-Anness I, punt 18 u wara li jkunu nformaw ’l Istati Membri.

2. Id-dati meta d-dispaċċ tal-materjal u l-prodotti jistgħa jibda jew jibda mill-ġdid in segwita tal-Artikoli 5, 7 u 11 għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni wara li jieħdu akkont tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 u wara li nformaw ’l Istati Membri.

Il-KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar dan.

Artikolu 24

Id-Deċiżjoni 98/653/KE hija mħassara.

Riferenżi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom ikunu kostruwiti bħala riferenżi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 25

Din id-Deċiżjoni hi indiriżżata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ April 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[4] ĠU L 311, ta’ l-20.11.1998, p. 23.

[5] ĠU L 29, ta’ l-4.2.2000, p. 36.

[6] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 76.

[7] ĠU L 1, ta’ l-4.1.2001, p. 21.

[8] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[9] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.

[10] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[11] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kundizzjonijiet għad-dispaċċ ta’ barrin tal-ġlied kif imsemmija fl-Artikolu 3

1. Annimali bovini maskili jistgħu jkunu mibgħuta mill-Portugall għall-iskop ta’ ġlied tal-barrin fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 meta dawk l-annimali:

- huma ċertifikati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3 u

- jiġu minn merħliet li ma kellhom l-ebda każ ta’ BSE fl-aħħar seba snin u li huma ċertifikati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet dwar il-kontrolli stipulati f’dan l-Anness huma mħarsa.

Kundizzjonijiet tal-merħla

2. (a) Merħla hu grupp ta’ annimali li jifformaw unità separata u distinta, li hu grupp ta’ annimali li huma mmaniġġat, jgħixu u jinżammu separatament minn grupp ieħor ta’ annimali u li kienu identifikati b’numri distinti ta’ identifikazzjoni tal-merħla u tal-annimali.

(b) Merħla hi eliġibbli jekk, mill-inqas għal seba’ snin, ma kienx hemm każ konfermat tal-BSE, l-anqas każ suspett li għalih id-dijanjożi tal-BSE ma kienx eskluż, f’xi annimali li kien għadu fil jew resquħ minn jew mill-merħla.

Kundizzjonijiet tal-annimali

3. Annimali bovini hu eliġibbli jekk:

(a) kien identifikat b’mod ċar matul il-ħajja tiegħu, li jista jkun rintraċċjat lura għal grupp u post ta’ oriġini;

(b) il-post tiegħu kien abitat mill-inqas sitt xhur wara t-twelid tiegħu;

(ċ) il-post tiegħu ma żviluppax BSE u mhux suspettat li għandu l-BSE;

(d) il-merħla tat-twelid tal-annimali u l-merħla kollha li qatt kien iċaqlaq fiha huma eliġibbli.

Trasport

4. Is-Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa imsemmi fl-Anness F, mudell 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [1] għandu jkun supplimentat bil-kliem li ġejjin:

"L-Annimali jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE, L-ANNESS I, punti 1, 2 u 3."

5. L-Annimali iridu jkunu trasportati f’vetturi siġillati u jittieħdu direttament lill-arena tal-ġlied tal-barri jew post konness kif imsemmi fl-Artikolu 2(3).

6. It-Trasport irid ikun irranġat b’mod li l-annimali jistgħu jkunu trasportati b’konformità mar-regoli tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KE [2] mingħajr ma jinkiser is-siġill. F’każi eċċezzjonali s-siġill jistgħa jinkiser għar-raġunijiet tas-saħħa tal-annimal. F’każijiet bħal dawn veterinarju uffiċjali jrid jissejjaħ immedjatament fuq il-post biex jidentifika l-annimali u biex jisiġilla mill-ġdid il-vettura.

7. Il-Portugall irid jinforma permeżż tas-sistema ANIMO ‘l awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni u l-Istati Membri kollha ta’ transitu ta’ kull konsenja. Il-kliem "Barri tal-ġlied skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE" irid jinstab fil-messaġġ ANIMO.

Miżuri fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

8. L-Istat Membru ta’ destinazzjoni jrid jinforma ‘l awtorità kompetenti meta tasal il-konsenja tal-post ta’ oriġini, billi jibgħat lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini, bil-fax jew meżż ieħor, kopja taċ-ċertifikat uffiċjali kif imsemmi fil-punt 4, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni.

9. L-Annimali jridu jinżammu isolati f’post kunness kif imsemmi fil-punt 5 qabel il-ġlieda tal-barri.

10. Jekk l-annimali mhumiex maqtula fl-event, iridu jinqatlu immedjatament wara l-ġlieda u f’kull każ fiż-żmien ta’ 10 il-ġurnata tal-wasla, jew jintbagħtu lura fil-Portugall skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 13 sa 17.

11. Il-karkassi tal-annimali jridu jkunu distrutti skond il-provvedimenti stipulati fl-Anness I(3) tad-Deċiżjoni 2000/418/KE [3] għat-trattament speċifikat ta’ materjali ta’ riskju tal-BSE.

12. Il-vetturi ta’ trasport u l-postijiet konnessi kollha fejn il-ġlied tal-barri jinżammu jridu jitnaddfu u jiġu disinfettati immedjatament wara li jitneħħew l-annimali.

Miżuri biex jirritornaw il-barri tal-ġlied lill-Portugall

13. Is-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa imsemmi fl-Anness F, mudell 1 tad-Direttiva 64/432/KE għandu jkun supplimentat bil-kliem li ġejjin:

"Annimali li joriġinaw fil-Portugall li huma konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE, l-Anness II, punti 1, 2 u 3."

14. L-annimali jridu jkunu trasportati f’vetturi siġillati u jittieħdu direttament mill-arena tal-ġlied tal-barri jew post konness għall-ażjenda fil-Portugall mill-liema kienu mibgħuta oriġinarjament.

15. It-trasport irid ikun irranġat b’mod li l-annimali jistgħu jkunu trasportati f’kompliċità mar-regoli tad-Direttiva 91/628/KE mingħajr ma jinkiser is-siġill. F’każijiet eċċeżżjonali s-siġill jistgħa jinkiser għar-raġunijiet tas-saħħa tal-annimali. F’każijiet bħal dawn veterinarju uffiċjail irid jisejjaħ immedjatament fuq il-post biex jidentifika l-annimali u jisiġilla mill-ġdid il-vettura.

16. L-Istat Membru li minnu l-annimal hu mibgħut irid jinforma permeżż tas-sistema ANIMO l-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni fil-Portugall u l-Istati Membri kollha ta’ transitu ta’ kull konsenja. Il-kliem "Barri tal-ġlied skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE" irid jinstab fil-messaġġ ANIMO.

17. Il-Portugall irid jinforma fuq l-wasla tal-konsenja mill-awtorità kompetenti tal-post tal-arena tal-ġlied tal-barri billi jibgħat lill-awtorità kompetenti tal-post tal-arena tal-ġlied tal-barri, bil-fax jew xi meżż ieħor, kopja taċ-ċertifikat uffiċjali kif imsemmi f’punt 4, firmat mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni.

Protokoll

18. L-Istati Membri ta’ destinazzjoni jridu jkollhom protokoll dettaljat fil-post li jkopri:

(a) kontrolli fuq l-wasla ta’ kull annimal, partikolarment billi jneħħu s-siġilli tal-vetturi ta’ trasport, ċertifikati u identifikazzjoni tal-annimali;

(b) messaġġi ANIMO u l-miżuri msemmija fil-punt 8;

(ċ) kontrolli fuq z-zamma u maniġġar tal-annimali qabel, magħtul u wara l-event;

(d) kontrolli li l-annimali jew jintqatlu jew huma ritornati skond il-punti 13 sa 17;

(e) u fejn l-annimali jinqatlu, kontrolli li l-karkassi u l-partijiet oħrajn tal-ġisem kollha li jinkludu l-ġilda huma distrutti, u li ma jispiċċawx fl-ikel jew fil-katina tal-ikel jew fil-fertiliżżaturi;

(f) meta l-annimali jkunu ritornati, kontrolli rigward meta jiġu lura l-annimali fil-Portugall, jinkludi l-issiġillar tal-vetturi ta’ trasport, messaġġi ANIMO, u l-irċevuta ta’ messaġġi kif imsemmi fil-punt 17;

(g) tindif u disinfettar tal-vetturi ta’ trasport u l-postijiet konnessi fejn l-annimali jinżammu;

(h) rekords fl-arena tal-ġlied tal-barri u postijiet konnessi;

(i) miżuri fil-każ ta’ irregolaritajiet.

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

[3] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 76.

--------------------------------------------------

L-Anness II

A. KUNDIZZJONIJIET

għad-dispaċċ ta’ ikel tal-laħam, ikel tal-għadam u ikel tal-laħam u l-għadam ta’ oriġini ta’ mammali kif ukoll ikel tal-annimali u fertiliżżaturi li fihom materjal bħal dan kif imsemmi fl-Artikolu 5

1. Ċertifikat uffiċjali kif stipulat fil-parti B ta’ dan l-Anness irid jakkompanja l-materjal.

2. Il-kontenituri kollha jridu jkunu markati bil-kliem "Mhux għal konsum mill-annimali - għal inċinerazzjoni biss" fil-lingwi tal-Istat Membru ta’ oriġini, destinazzjoni u transitu, u, fejn il-materjal hu fi boroż kbar ġo kontenitur ta’ barra, il-borża l-kbira trid tkun markata bħal fuq.

3. Il-materjal irid ikun trasportat f’kontenituri magħluqin u siġillati uffiċjalment b’mod li jipprevjenu xi telf u jingħataw direttament lill impjant ta’ inċinerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(2).

4. Il-Portugall irid jinformi permezz tas-sistema ANIMO, u għal kull konsenja, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni u l-Istati Membri kollha ta’ transitu, jużaw il-kodiċi stipulati fit-Titolu I, Kapitolu I.3, punt 12(02) u t-Titolu III punt D4(01) fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/70/KEE [1]. Il-kliem "Mhux għal konsum mill-annimal - għal inċinerazzjoni biss" irid jinstab fil-messaġġ ANIMO.

5. L-Istati Membri ta’ destinazzjoni jridu jinformaw ’l awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini tal-wasla tal-konsenja billi jibgħatu lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini, bil-fax jew xi meżż ieħor, kopja taċ-ċertifikat uffiċjali kif imsemmi fil-punt 1, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni.

6. L-Istat Membru ta’ destinazzjoni irid ikollu protokolli dettaljati fil-post li jkopri:

(a) kontrolli fuq il-wasla, ħażna u moviment ta’ kull konsenja, partikolarment it-tneħħija s-siġilli tal-kontenituri u rikonċiljazzjoni tal-piż,

(b) kontrolli fuq ċertifikati u messaġġi ANIMO,

(ċ) il-miżuri msemmija fil-punt 5,

(d) kontrolli fuq t-tindif tal-kontenituri,

(e) kontrolli fuq l-inċinerazzjoni tal-materjal,

(f) rekord fl-impjant ta’ inċinerazzjoni,

(g) miżuri fil-każ ta’ irregolaritajiet.

B. ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI

għal ikel tal-laħam, ikel tal-għadam u ikel tal-laħam u l-għadam ta’ oriġini ta’ mammali kif ukoll ikel tal-annimali u fertilizzaturi li fihom materjal bħal dan, maħsub għal-inċinerazzjoni

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 34.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

1. Il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu esportati mill-Portugall f’applikazzjoni tal-provvedimenti ta’ l-Artikoli 7 u 8:

(a) aċidi amino u peptides prodotti mill-hides u l-ġilda b’proċess li jinvolvi l-exposure tal-materjal ta’ pH ta’ 1 sa 2, segwit bi pH ta’ > 11, segwit minn trattament tas-sħana ta’ 140 °C għal 30 il-minuta fi 3 bar,

(b) tallow u prodotti tat-tallow fabbrikati minn materjal li ġej minn annimali tajbin għal konsum uman, u li kienu prodotti skond il-proċess deskritt fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE [1]. Il-proċess irid ikun validat skond il-proċeduri stipulati fl-Anness III għad-Deċiżjoni 1999/534/KE;

(ċ) prodotti derivati mit-tallow b’wieħed mill-proċessi deskritti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 1999/534/KE.

2. Prodotti msemmija fil-punt 1(b) iridu jkunu filtrati wara produzzjoni.

3. Annimali bovini li juru sinjali ta’ BSE ma jistgħux jintużaw bħala sors ta’ materjal għal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1.

4. It-tessuti li ġejjin ma jistgħux jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1: il-kranju, ix-xewka tad-dahar, il-moħħ, l-ispinal cord, l-għajn, it-tonsilli, t-thymus, l-intestina jew il-milswa.

[1] ĠU L 204, ta’ l-4.8.1999, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

SKEMA TA’ ESPORTAZZJONI BAŻATA FUQ ID-DATA (DBES)

Kundizzjonijiet ġenerali

1. Il-laħam bla għadam frisk, u prodotti msemmija fl-Artikolu 11(1)(b), (c) u (d) minn dak il-laħam, derivat minn annimali bovini maqtulin fil-Portugall, jistgħu jkunu mibgħuta mill-Portugall f’applikazzjoni tal-provvedimenti ta’ l-Artikolu 11 meta miksuba minn annimali DBES-eliġibbli li twieldu wara 1 ta’ Lulju 1999.

2. Qabel id-dispaċċ wara l-punt 1 jistgħa jibda, l-Portugal irid ikun implimenta u inforża effettivament programm biex joqtlu u jinċineraw iż-żgħar kollha li twieldu wara 1 ta’ Lulju 1999 ta’ baqar posittivi għal-BSE.

3. Kull merħla li tibgħat l-annimali biex jinqatlu taħt id-DBES irid ikun soġġett għall-ispezzjonijiet uffiċjali regolari bl-iskop li jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tad-DBES. L-ewwel spezzjoni trid issir b’riżultati sodisfaċenti qabel l-annimali mill-merħla konċernata huma aċċettati biex jinqatlu taħt id-DBES.

Annimali eliġibbli għad-DBES

4. Annimal bovin huwa eliġibbli għad-DBES jekk kien twieled u tkabbar fil-Portugall u jekk fil-ħin tal-qatla l-kundizzjonijiet li ġejjin jintwerew li tħarsu:

(a) l-annimal kien identifikabbli b’mod ċar matul il-ħajja tiegħu, partikolarment billi japplikaw tikketta tal-widnejn kif imsemmi fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 [1], li jippermetti l-annimal jkun rintraċċat lura għad-dam u l-merħla ta’ oriġini; minkejja xi derogi provduti għalihom in segwitu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, it-tikketta tal-widna għandha tkun imwaħħla mhux aktar tard minn 20 il-ġurnata mit-twelid tal-annimal;

(b) in-numru tat-tikketta singola tal-widnejn tal-annimal, data u l-ażjenda tat-twelid u l-movimenti kollha wara t-twelid huma rikordjati fuq sistema ta’ rintraċċjar u identifikazzjoni komputerizzata uffiċjali; l-identità tad-dam tiegħu hu magħruf;

(ċ) l-Annimal għandu aktar minn sitt xhur imma inqas minn 30 ix-xhur fl-età, determinat b’riferenza għal rekord tal-kompjuter uffiċjali tad-data ta’ twelid tiegħu;

(d) l-awtorità kompetenti kisbet u vverifikat evidenza posittiva, u uffiċjali li d-dam tal-annimal kien għex għal mill-inqas sitt-xhur wara t-twelid tal-annimal eliġibbli;

(e) id-dam tal-annimali ma zviluppax il-BSE u mhux suspettat li ħa il-BSE.

Kontrolli fil-Portugall

5. Jekk xi annimali preżentat għal qtil jew xi ċirkostanżi madwar il-qtil tiegħu ma jilħqux il-bżonnijiet kollha ta’ din id-Deċiżjoni, l-annimal irid ikun riġettat immediatament. Jekk dik l-informazzjoni ssir disponibbli wara l-qtil, l-awtorità kompetenti trid tieqaf toħroġ ċertifikati immedjatament, u tikanċella ċertifikati maħruġin. Jekk id-dispaċċ ikun ġa sar, l-awtorità kompetenti trid tinnotifika ’ l awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni. L-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni trid tieħu l-miżuri xierqin.

6. Il-qtil ta’ annimali eliġibbli għal DBES irid iseħħ fil-biċċeriji li ma jintużgħawx għal qtil ta’ xi annimal bovini mhux eliġibbli taħt id-DBES.

7. L-awtorità kompetenti trid tassigura li l-proċeduri użati fl-impjanti fejn iqattgħu jassiguraw li n-nodi lymph li ġejjin tneħħew: popliteal, ischiatic, superficial inguinal, inguinal fond, medial u lateral iliac, renal prefemoral, lumbar, costocervical, sternal, prescapular, axilliary u caudal cervical fond.

8. Il-laħam irid ikun rintraċċabbli lura għal annimal eliġibbli għal DBES, jew wara li jqattawh, għall-annimali li tqattgħu fl-istess grupp, permezz ta’ sistema uffiċjali ta’ rintraċċament saż-żmien ta’ qtil. Wara l-qtil, tikketti jridu jkunu kapaċi li jintraċċaw laħam frisk u prodotti msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) u (c) lura għal animal eliġibbli, bi skop li jħalli l-konsenja konċernata tiġi msejħa lura. Ikel għal karnivori domestiċi jrid ikun rintraċċabbli permezz ta’ dokumenti miegħu u rekords.

9. Karkassi approvati kollha eliġibbli għal DBES iridu jkunu assenjati numri individwali korrelati bin-numru tat-tikketta tal-widnejn.

10. Il-Portugall irid ikollhu protokolli dettaljati fil-post li jkopru:

(a) rintraċċjar u kontrolli qabel il-qtil;

(b) kontrolli waqt il-qatla;

(ċ) kontroll magħtul il-proċessar ta’ ikel għal karnivori domestiċi;

(d) it-tikketti kollha u bżonnijiet taċ-ċertifikazzjoni wara l-qtil sal-punt tal-bejgħ.

11. L-awtorità kompetenti trid ittella sistema biex tirrekordja kontrolli fuq konformità sabiex il-kontroll jista’ jintwera.

L-istabbiliment

12. Biex jiksbu l-approvazzjoni, l-istabbiliment irid, mal-bżonnijiet kollha l-oħrajn skond din id-Deċiżjoni, ittella u timplimenta sistema fejn il-laħam eliġibbli għal DBES u/jew prodott eliġibbli għal DBES hu identifikabbli u l-laħam kollu jistgħa jkun rintraċċabbli lura għal annimal eliġibbli għal DBES, jew wara li jqattgħuh għal annimali li ġew imqatta fl-istess grupp. Is-sistema trid tiffaċilita li jkun rintraċċabbli b’mod sħiħ tal-laħam jew il-prodotti fl-istadji kollha u rekords iridu jinżammu għal mill-inqas sentejn. Dettalji tas-sistema li se tiġi fis-seħħ trid tingħata, bil-miktub, mill-management ta’ l-istabbiliment lill-awtorità kompetenti.

13. L-awtorità kompetenti trid tagħti stima, tapprova u tħares is-sistema provduta mill-istabbiliment sabiex tassigura li tipprovdi segregazzjoni sħiħa u tkun rintraċċabbli kemm lura u ’l quddiem.

[1] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

Top