Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0235

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 Marzu 2001 fuq il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-għanijiet intermedjarji u l-kondizzjonijiet illi jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni

    ĠU L 85, 24.3.2001, p. 13–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/235/oj

    32001D0235



    Official Journal L 085 , 24/03/2001 P. 0013 - 0023


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-8 Marzu 2001

    fuq il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-għanijiet intermedjarji u l-kondizzjonijiet illi jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni

    (2001/235/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-assistenza lit-Turkija fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, u b'mod partikolari dwar l-istabbiliment ta' Sħubija għall-Adeżjoni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Helsinki iddikjara: "it-Turkija hija Stat kandidat destinat illi jidħol fl-Unjoni Ewropea fuq il-bażi ta' l-istess kriterji illi huma applikati għall-Istati kandidati l-oħrajn. It-Turkija, filwaqt illi tibni fuq l-istrateġija Ewropea eżistenti, bħall-Istati kandidati l-oħrajn, ser tibbenefika minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni sabiex ir-riformi tagħhom jiġu stimulati u sostnuti." Bħala fattur prinċipali ta' din l-istrateġija, Sħubija għall-Adeżjoni ser tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew preċedenti.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 390/2001 jipprovdi illi l-Kunsill għandu jiddeċiedi, permezz ta' maġġoranza kwalifikata u fuq proposta tal-Kummissjoni, dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-għanijiet intermedji u l-kondizzjonijiet illi għandu jkun hemm fis-Sħubija għall-Adeżjoni individwali.

    (3) L-assistenza tal-Komunità għandha tkun soġġetta għar-realizazzjoni ta' l-elementi essenzali, u partikolarment fuq il-progress fir-realizazzjoni tal-kriterji ta' Copenhagen. Meta element essenzali jkun nieqes, il-Kunsill, filwaqt illi jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, tista' tieħu l-passi opportuni fir-rigward ta' kwalunkwe assistenza ta' qabel l-adeżjoni.

    (4) Il-Kunsill għall-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija iddeċieda illi l-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija ser tkun monitorata mill-korpi ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni kif ikun opportun.

    (5) Ir-rapport regolari ta' l-2000 tal-Kummissjoni ippreżenta analiżi oġġettiva fuq il-preparamenti tat-Turkija għas-sħubija u identifika numru ta' oqsma prijoritarji illi jeżiġu aktar ħidma.

    (6) Sabiex tipprepara għas-sħubija, it-Turkija għandha tipprepara programma nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis. Dan il-programm għandu jistabbilixxi kalendarju għall-kisba tal-prijoritajiet u l-għanijet intermedji stabbiliti fis-Sħubija għall-Adeżjoni.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2001, il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-għanijiet intermedjarji u l-kondizzjonijiet illi jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija huma stabbiliti fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, illi jifforma parti integrali ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni għandha tkun monitorata fil-korpi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni kif xieraq u permezz tal-korpi kompetenti tal-Kunsill illi lilhom il-Kummissjoni għandha tirraporta regolarment.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    K. Larsson

    [1] ĠU L 58, 28.02.01, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    TURKIJA: SĦUBIJA GĦALL-ADEŻJONI 2000

    1. INTRODUZZJONI

    Il-Kunsill Ewropew f'Hensinki (10 u 11 ta' Diċembru 1999) laqgħu b' entużjażmu l-iżviluppi pożittivi fit-Turkija kif ukoll l-intenzjoni tagħha illi tkompli r-riforma tagħha lejn il-kisba tal-kriterji ta' Copenhagen. It-Turkija hija Stat kandidat destinat illi jidħol fl-Unjoni fuq il-bażi ta' l-istess kriterji kif applikati lill-Istati kandidati l-oħrajn.

    Fil-laqgħa tiegħu f'Helsinki, l-Kunsill Ewropew iddeċiedi illi s-Sħubija għall-Adeżjoni ser jiġi mfassal "fuq il-bażi tal-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew". Għandu jkun fih il-prijoritajiet illi fuq il-preparamenti għall-adeżjoni għandhom jikkonċentraw fid-dawl tal-kriterji politiċi u ekonomiċi u l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri kombinata ma' programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis.

    Fil-laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu f'Diċembru 1997, il-Kunsill Ewropew kien iddeċieda illi s-Sħubija għall-Adeżjoni jkun il-fattur prinċipali fl-istrateġija mtejba ta' qabel l-adeżjoni, billi jimmobilizza l-forom kollha ta' assistenza lejn il-pajjiżi kandidati fi ħdan qafas wieħed. B' dan il-mod, l-UE timmira l-assistenza tagħha lejn il-ħteġijiet speċifiċi ta' kull kandidat sabiex tkun tista' tipprovdi l-appoġġ sabiex ikunu jistgħu jiġu mgħelba il-problemi partikolari in vista ta' l-adeżjoni.

    Sabiex dan l-approċċ jiġi osservat bis-sħiħ, il-Kummissjoni ipproponiet fis-26 ta' Lulju 2002 regolament għall-istabbiliment ta' qafas singolu għall-kordinament ta' l-għejun ta' l-assistenza finanzjarju ta' l-UE lit-Turkija għall-qabel l-adeżjoni u partikolarment dwar l-istabbiliment ta' sħubija għall-adeżjoni. Dan ir-regolament kwadru għat-Turkija għal qabel l-adeżjoni u partikolarment dwar l-istabbiliment ta' sħubija għall-adeżjoni. Dan ir-regolament kwadru għat-Turkija huwa mudellat fuq ir-Regolament għall-10 pajjiżi kandidati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 622/98 (ĠU L 85, ta' l-20.3.1998 p.1).

    L-ewwel Sħubija għall-Adeżjoni ser tiġi provduta f'Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija. Din is-Sħubija għall-Adeżjoni qegħda tiġi proposta mill-Kummissjoni, wara illi ikkonsultat mat-Turkija fuq il-bażi tal-prinċipji, il-prijoritajiet, l-għanijiet intermedjarji u l-kondizzjonijiet deċiżi mill-Kunsill. Hija tieħu in konsiderazzjoni l-analiżi fir-rapport regolari ta' l-2000 tal-progress magħmul mit-Turkija lejn l-adeżjoni.

    2. GĦANIJIET

    L-għan tas-Sħubija għall-Adeżjoni huwa illi jiġi stabbilit qafas singolu għall-oqsma prijotarji għall-ħidma ulterjuri identifikati fir-rapport regolari tal-Kummissjoni ta' l-2000 dwar il-progress magħmul mit-Turkija lejn l-adeżjoni ma' l-UE, il-meżżi finanzjarji disponibbli sabiex jgħinu lit-Turkija timplimenta dawn il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet illi għandhom japplikaw għal din l-għajnuna. Din is-Sħubija għall-Adeżjoni tipprovdi l-bażi għal numru ta' strumenti politiċi, illi ser jiġu użat sabiex jgħuni lil-Istati kandidati fil-preparamenti tagħhom għas-sħubija. Huwa mistenni illi t-Turkija fuq il-bażi ta' din is-Sħubija ta' Adeżjoni tadotta qabel l-aħħar tas-sena programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis. Dan mhuwiex parti integrali minn din is-Sħubija iżda l-prijoritajiet illi jkunu jinsabu fih għandhom ikunu kompatibbli miegħu.

    3. PRINĊIPJI

    L-oqsma prijoritarji prinċipali identifikati għal kull Stat Kandidat jirrelata ma' l-abilità tiegħu illi jassumi l-obbligazzjonijiet illi jilħaq il-kriterji ta' Copenhagen illi jisqħu illi s-sħubija teħtieġ:

    - illi l-Istat kandidat kiseb l-istabilità ta' l-istituzzjonijiet illi jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet umani u r-rispett għall-u ħarsien tal-minoritajiet,

    - l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq funzjonanti, kif ukoll il-kapaċità illi jikkowpja mal-pressjoni tal-kompetizzjoni u forzi tas-suq fl-Unjoni,

    - il-kapaċità illi jiġu assunti l-obbligazzjonijiet tas-sħubija, inklużi l-osservanza ta' l-għanijiet ta' l-unjoni politika, ekonomika u monetarja.

    Fil-laqgħa tiegħu f'Madrid, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-bżonn għall-Istati Kandidati illi jaġġustaw l-istrutturi amministrattivi tagħhom sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni armonjuża tal-politika Komunitarja wara l-adeżjoni. Fil-Lussemburgu, huwa emfasizza illi l-inkorporazzjoni ta' l-acquis fil-leġislazzjoni hija meħtieġa, iżda fiha nfisha mhijiex biżżejjed; huwa meħtieġ illi jiġi assigurat illi tiġi attwalment applikata.

    Fil-laqgħa tiegħu f'Helsinki, l-Kunsill Ewropew irriafferma n-natura inklussiva tal-proċess ta' adeżjoni illi jikkomprendi t-13 Stat Kandidat fi ħdan qafas wieħed singolu. L-Istati kandidati qegħdin jipparteċipaw fil-proċess ta' adeżjoni egwalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara illi huma għandhom jikkondividu l-valuri u l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fit-Trattati. F'dan ir-Rigward, il-Kunsill Ewropew saħaq illi l-prinċipju tar-risoluzzjoni tal-kwestjonijiet skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u appella lill-Istati Kandidati sabiex jagħmlu kwalunkwe sforza sabiex jirrisolvu kwalunkwe kwestjonijiet illi għadhom ma ġewx risolti u kwestjonijiet oħra relatati. Fin-nuqqas ta' dan, huma għandhom iġibu l-kwestjoni quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fi żmien raġjonevoli.

    Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll illi huwa ser jirrevedi s-sitwazzjoni illi jirrelata mal-kwestjonijiet pendenti, partikolarment dawk illi jikkonċernaw ir-riperkussjonijiet fuq il-proċess ta' adeżjoni u sabiex tiġi promossa r-riżoluzzjoni tagħhom permezz tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, mhux aktar tard mil-aħħar ta' l-2004.

    Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew emfasizza illi t-Turkija ser tibbenefika minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni sabiex tistimula u tappoġġja r-riformi tagħhom inklużi d-djalogu politiku mtejjeb, b' emfasi partikolari dwar il-progress lejn is-soddisfazzjoni tal-kriterji politiċi ta' adeżjoni b' refeenza partikolari għad-drittijiet umani, kif ukoll il-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 9 (a) tal-konklużjonijiet ta' Helsinki; f'dan l-ispirtu, l-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi lit-Turkija, flimkien mal-partijiet kolla, sabiex tkompli tappoġġja l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex iġġib il-proċess, bil-għan illi tinstab soluzzjoni illi tkun tkopri kull aspett tal-problema ta' Ċipru, għal konklużjoni ta' suċċess.

    4. PRIJORITAJIET U GĦANIJIET INTERMEDJI

    Ir-rapporti regolari tal-Kummissjoni wrew l-importanza ta' kemm ikunu kbar l-isforzi illi għad baqgħalhom isiru f'ċerti oqsma mill-Istati Kandidati sabiex jippreparaw għall-adeżjoni. Din is-sitwazzjoni titlob id-definizzjoni ta' l-istadji intermedji f'dak illi għandu x' jaqsmu mal-prijoritajiet, kull waħda għandha tkun akkompanjata minn għanijiet preċiżi illi għandhom jiġu stabbiliti f'kollaborazzjoni ma' l-Istati konċernati, il-kisba ta' liema għaninijiet ser tikkondizzjona l-grad ta' assistenza motħgija u l-progress tan-negozjati illi jkunu għaddejjin ma' ċerti pajjiżi u l-ftuħ ta' negozjati ġodda ma' l-oħrajn. Il-prijoritajiet u l-għanijiet intermedjarji fis-Sħubija għall-Adeżjoni huma mqassmin f'żewġ gruppi – iż-żmien il-qasir u dak medju. Dawk elenkati taħt iż-żmien il-qasir ġew magħżula fuq il-bażi illi huwa realistiku illi jiġi mistenni illi t-Turkija tista' tilħaqhom jew teħodhom sostanzjalment ‘il quddiem sa l-aħħar tal-2001. Il-prijoritajiet elenkati taħt iż-żmien ta' tul medju huma mistennijin illi jieħdu aktar minn sena sabiex jitlestew, anke jekk il-ħidma għandha tinbeda matul l-2001.

    Is-Sħubija għall-Adeżjoni tindika l-oqsma prijoritarji għall-preparamenti tas-sħubija tat-Turkija. It-Turkija madankollu ser ikollha tindirizza l-kwestjonijiet kollha identifikati fir-rapport regolari. Huwa wkoll importanti illi t-Turkija tissodisfa l-impenji ta' approssimazzjoni leġislattiva u ta' implimentazzjoni ta' l-acquis skond l-impenji illi hija ħadet taħt dan il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, l-għaqda doganali u d-deċiżjoni relatata tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' bejn l-KE u t-Turkija per eżempju dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli. Għandu jiġi mfakkar illi l-inkoporazzjoni ta' l-acquis fil-leġislazzjoni mhiex fiha nfisha biżżejjed; huwa wkoll meħtieġ illi jiġi assigurat illi qeħgda tiġi fir-realtà applikata għall-istess standards bħal dawk illi japplikaw fl-Unjoni. Fl-oqsma kollha elenkati hawn taħt, hemm il-ħtieġa ta' implimentazzjoni kreddibbli u effettiva u ta' l-infurzar ta' l-acquis.

    Mill-analiżi tar-Rapport Regolari tal-Kummissjoni, dawn illi ġejjin huma l-prioritajiet kif ġew identifikati għat-Turkija għal żmien qasir u medju:

    4.1. Żmien qasir (2001)

    Djalogu politiku u kriterji politiċi mtejba

    - Skond il-konklużjonijiet ta' Helsinki, fil-kuntest tad-djalogu politiku, għandu jkun hemm sostenn qawwi ta' l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU sabiex tinstab konklużjoni ta' suċċess għall-proċess ta' tfittxija għal soluzzjoni illi tkun tkopri kull aspett tal-problema ta' Ċipru, kif imsemmi fil-punt 9 (a) tal-konklużjonijiet ta' Helsinki.

    - Għandhom jiġu msaħħa il-garanziji legali u kostituzzjonali għad-dritt tal-libertà ta' l-espressjoni in linja ma' l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Europea tad-Drittijiet Umani. Għandha tiġi indirizzata f'dak il-kuntest is-sitwazzjoni ta' dawk il-persuni fil-ħabs illi jkunu ntbatu l-ħabs minħabba illi jkunu esprimew opinjonijiet mhux vjolenti.

    - Issaħħaħ il-garanziji legali u kostituzzjonali għad-dritt tal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għall-assoċjazzjoni paċifika u tiżviluppa s-soċjetà ċivili.

    - Issaħħaħ il-provvedimenti legali u l-tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi rinforzata l-ġlieda kontra l-prattika tat-tortura, u tassigura l-osservanza ta' l-Konvenzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tat-Tortura.

    - Tallinea ulterjorment il-proċeduri legali illi jikkonċernaw l-arrest ta' qabel il-proċess penali mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bir-rakkommandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura.

    - Issaħħaħ l-opportunitajiet għar-rimedji legali kontra kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

    - Tintensifika t-taħriġ fuq il-kwestjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem għall-uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi b' koperazzjoni reċiproka ma' pajjiżi individwali u organizazzjonijiet internazzjonali.

    - Ittejjeb il-funzjonament u l-effiċjenza tal-ġudizzjarja, inkluża l-qorti tas-sigurtà ta' l-Istati sabiex tiġi allineata ma' l-istandards internazzjonali. Issaħħaħ partikolarment it-taħriġ ta' l-imħallfin u l-prosekuturi fuq il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż taħriġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

    - Iżżomm id-de facto moratorium fuq il-piena kapitali.

    - Tneħħi kwalunkwe disposizzjonijiet legali illi jipprojbixxu l-użu miċ-ċittadini Torok ta' ilsien pajjiżhom fix-xandir tat-TV u tar-radju.

    - Tiżviluppa approċċ wiesgħa sabiex titnaqqis id-disparità reġjonali, u partikolarment sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni fix-Xlokk, bil-għan illi jittejbu l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għaċ-ċittadini kollha.

    Kriterji ekonomiċi

    - Tassigura l-implimentazzjoni tad-diżinflazzjoni kurrenti u l-programm ta' riforma strutturali illi dwar hemm qbil mal-IMF u l-Bank Dinju, u partikolarment, tassigura l-kontroll fuq l-infiq pubbliku.

    - Tipproċedi lejn l-implimentazzjoni mingħajr dewmien tar-riforma tas-settur finanzjarji, bil-għan illi jiġu garantiti t-trasparenzi u s-sorveljanza.

    - Tipprepara proċedura ta' sorveljanza fiskali ta' qabel l-adeżjoni illi tkun tikkonsisti f'notifika annwali tal-posizzjonijiet fiskali, allineati mal-proċeduri ta' l-UE u l-preżentazzjoni ta' programm ekonomiku ta' qabel l-adeżjoni (PEP). Il-PEP ikollu l-għan illi jipprepara l-pajjiż għall-adeżjoni permezz ta' programm ekonomiku komprensiv.

    - Tipproċedi bir-riformi agrikoli.

    - Tkompli bil-privatizazzjoni ta' l-entitajiet ta' l-Istat, filwaqt illi tieħu kont tal-komponent soċjali.

    Suq Intern

    - Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u industrijali: tkompli l-allinjament tal-leġislazzjoni tal-proprjetà intellettwali u ssaħħaħ il-ġlieda ta' kontra l-piraterija.

    - Il-moviment liberu ta' l-oġġetti: taċċellera l-allinjament ma' l-istandards Ewropej, iċ-ċertifikazzjoni u l-verifika u l-immarkar ta' konformità; tibda tinforza s-sorveljanza eżistenti tas-suq u l-istrutturi tal-verifika tal-konformità ma' l-apparat u t-taħriġ; tgħaġġel aktar fix-xogħol illi jirrelata mas-setturi speċifiċi (affarijiet ta' l-ikel, farmaċewtiċi, kosmetiċi, tessili) u l-leġislazzjoni kwadru illi tittrasponi l-prinċipji ta' l-approċċ ġdid u gobali u toħloq l-infrastruttura amministrattiva kompatibbli; tneħħi l-ostakoli tekniċi lill-kummerċ.

    - Kompetizzjoni: tadatta d-deskrizzjoni tal-leġislazzjoni u r-responsabilità tal-kontroll ta' l-għajnuna lill-Istat sabiex tipprovdi l-bażi għat-trasparenzi u l-monitoraġġ ta' għajnuna ta' l-Istat regolari.

    - Sejħa għal offerti pubblika: tibda l-allinajment ma' l-acquis tal-Komunità, partikolarment billi tagħmel is-sistema ta' sejħa pubblika għal offerti aktar trasparenti u b' aktar kontabilità.

    Taxxa

    - Tibda l-allinjament tat-taxxa tad-dazji sisa u l-VAT, partikolarment fir-rigward tar-rati, l-iskop ta' l-operazzjonijiet eżentati, l-materja taxxabbli u l-istruttura tat-taxxa; tassigura illi l-miżuri l-ġodda tat-taxxa jħarsu l-prinċipji tal-kodiċi tal-kondotta għall-tassazzjoni tan-negozju u telimina kwalunkwe miżuri diskriminatorji.

    Agrikoltura

    - Tiżviluppa reġistru ta' l-artijiet operattiv, sistemi ta' identifikazzjoni ta' l-annimali, sistemi ta' passaport għall-pjanti u t-titjib ta' l-istrutturi amministrattivi sabiex jiġi monitorat is-suq agrikolu u timplimenta miżuri għall-iżvilupp ambjentali, strutturali u rurali.

    - Tistabbilixxi strateġija xierqa għall-allinjament tas-saħħa veterinarja u tal-pjanti mal-leġislazzjoni tal-Komunità u bħala l-ewwel prijorità għandu jkun hemm l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni sabiex jiġi evitat il-mard ta' l-annimali u tal-pjanti u tiġi aġġornata l-kapaċità ta' l-infurzar, partikolarment ta' l-ittestjar tal-laboratorji, l-arranġamenti u l-istabbiliment ta' l-ispezzjoni.

    Sajd

    - L-istabbiliment ta' l-istrutturi amministrattivi sabiex jimmonitoraw l-esplojtazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, l-iżvilupp tas-suq u l-iżvilupp strutturali permezz tal-politika ta' l-amministrazzjoni tar-riżorsi, il-miżuri ta' l-ispezzjoni u l-kontroll u t-titjib tar-reġistru tal-flotta tas-sajd.

    Trasport

    - Jiġi adottat programm għall-acquis għat-transposizzjoni ta' l-acquis dwar it-trasport.

    - Tibda tallinea l-leġislazzjoni fuq l-istandards tas-sigurtà marittima; timplimenta u tinfuza l-standards tas-sigurtà.

    - Tadotta pjan ta' azzjoni għat-trasport marittimu dwar il-monitoraġġ tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni u ttejjeb il-prestazzjoni tar-Reġistru Marittimu tal-bandiera Torka.

    - Tibda ssaħħaħ l-amministrazzjoni marittima, partikolarment dik tal-kontroll ta' l-Istat tal-bandiera.

    Statistika

    - Tadotta strateġija għall-iżvilupp ulterjuri ta' l-istatistiku, partikolarment l-istatistika demografika u soċjali, l-istatistika reġjonali, l-istatistika kummerċjali, l-istatistika tal-kummerċ estern u agrikola.

    - Tallinea r-reġistru kummerċjali ma' l-istandards ta' l-UE.

    Xogħol u affarijiet soċjali

    - Tadotta strateġija u programm dettaljat għall-allinjament ta' l-acquis.

    - Issaħħaħ ulterjorment l-isforzi sabiex tittratta l-problema tax-xogħol mit-tfal.

    - Tassigura illi l-kondizzjonijiet huma stabbiliti għal djalogu soċjali attiv u awtonomu, inter alia, billi tassigura illi d-drittijiet tas-sindakati huma rispettati u billi tabolixxi l-provvedimenti restrittivi fuq l-attivitajiet tas-sindakati.

    - Tappoġġja l-isforzi tat-tkabbir ta' l-imsieħba soċjali sabiex jiżvilupp u jimplimentaw l-acquis.

    Enerġija

    - Tistabbilixxi programm għall-adozzjoni ta' l-acquis ta' l-UE dwar l-enerġija.

    - Tistabbilixxi awtorità indipendenti regolatorji għas-setturi ta' l-elettriku u tal-gass; jagħtu l-awtorità u l-mezz sabiex jaqdu l-kompiti tagħhom b' effett.

    - Tipprepara l-istabbiliment tas-suq ta' l-enerġija interna, notevolment id-Direttiva ta' l-elettriku u tal-gass, u l-ftuħ tas-suq.

    Telekomunikazzjonijiet

    - Tallinea ma' l-acquis ta' l-UE fl-oqsma tal-liċenzar, is-servizzi ta' interkonnessjoni u s-servizzi universali, jirraffinaw ulterjorment il-bżonnijiet ta' liberalizazzjoni.

    - Issaħħaħ it-tkabbir ta' awtorità regolatorja indipendenti i.e. tinforza l-abilità tagħha illi timplimenta r-regolamenti.

    Politika reġjonali u strumenti ta' kordinament strutturali

    - Tipprepara l-klassifika NUTS skond ir-regoli tal-Komunità.

    - Tadotta strateġija għall-iżvilupp ta' politika effettiva reġjonali.

    - Tibda tintroduċi l-kriterji tal-politika reġjonali fl-għażla tal-proġetti fil-proċess ta' l-ippjanar tat-Turkija.

    Politika kulturali u awdjo-viżiva

    - Tibda l-allinjament tal-leġislazzjoni fl-oqsma tal-politika awdjo-viżiva, partikolarment fir-rigward tad-Direttiva tat-televiżjoni mingħajr fruntieri.

    Ambjent

    - Tadotta programm dettaljat ta' trasposizzjoni speċifiku għal kull direttiva ta' l-acquis.

    - Tittrasponi d-Direttiva ta' l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent.

    - Tiżviluppa pjan għall-investimenti finanzjarji (speċifiċi għal kull direttiva), ibbażat fuq l-istimi ta' l-ispejjeż ta' l-allineament u għejun realistiċi tal-finanzjamenti pubbliċi u privati sena b' sena

    Ġustizzja u intern

    - Tiżviluppa programmi ta' informazzjoni u kuxjenza fuq il-leġislazzjoni u l-prattika fl-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-Ġustizzja u intern.

    - Tqawwi l-ġlieda ta' kontra l-kriminalità organiżżata, it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet sabiex tkun tista' tittratta l-ħasil tal-flus.

    Dwana

    - Tkompli tallinea l-leġislazzjoni fuq iż-żoni ħielsa u tassigura l-infurza tal-kodiċi doganali ġdid u d-disposizzjonijiet implimentattivi tiegħu.

    Rinforzar tal-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja

    - Ittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni pubblika sabiex tadotta, timplimenta u timmeniġja l-acquis partikolment permezz tat-taħriġ u l-kordinament opportun bejn il-ministeri, inkluż l-iżvilupp tal-kontroll tal-fruntiera effettiva sabiex tiġi prevenuta l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar illegali fil-bnedmin u d-drogi.

    - Taċċellera l-modernizzar ta' l-amministrazzjoni pubblika inkluża it-tqawwija ta' l-istituzzjonijiet relevanti amministrattivi.

    - Issaħħaħ l-funzjonijiet tal-kontroll finanzjarju, ittejjeb l-effiċjenza ta' l-amministrazzjoni doganali u timmodernizza l-amministrazzjoni tat-taxxa u żżid il-kapaċità ta' kontra l-frodi; tinforza l-kontrolli veterinarji u fitosanitarji ukoll mal-fruntieri, tirristruttura u taġġorna l-amministrazzjoni tal-kontroll ta' l-ikel, ittejjeb l-operat tas-sistema ġudizzjarja u tippromwovi taħriġ ulterjuri għall-ħudizzjarju fil-liġi tal-Komunità u l-applikazzjoni tagħha.

    - Tadotta l-qafas legali, amministrattiv u tal-budget (manwal tal-verifika u t-trejl tal-verifika) għall-amministrazzjoni tal-programm.

    4.2. Fiż-żmien medju

    Djalogu politiku u kriterji politiċi mtejba

    - Skond il-konklużjonijiet ta' Helsinki, fil-kuntest tad-djalogu politiku, taħt il-prinċipjpu tar-risoluzzjoni paċifika tal-kwestjonijiet skond l-Karta ta' l-UN, tagħmel kull sforz sabiex tirrisolvi kull kwestjoni tal-fruntieri illi għadha pendenti u kwestjonijiet oħrajn relatati, msemmijin fil-punt 4 tal-konklużjonijiet ta' Helsinki.

    - Tiggarantixxi t-tgawdija lill-individwi kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni u irrispettivament mil-lingwa, mir-razza, mill-kulur, mis-sess, mill-opinjoni politika, mit-twemmin filosofiku jew mir-reliġjon tagħhom tad-drittijiet umani u fundamentali kollha. Tiżviluppa ulterjorment l-kondizzjonijiet għat-tgawdija tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon.

    - Tirrevedi l-liġi kostituzzjonali Torka u l-leġislazzjoni relevanti oħra bil-għan illi tiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini Torok kollha kif stabbilit fil-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem; tassigura l-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi legali u l-konformità mal-prattiċi viġenti fl-Istati Membri ta' l-UE.

    - Tabolixxi l-piena kapitali, tiffirma u tirratifika l-Prokoll 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani.

    - Tirratifika l-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-protokoll opzjonali u l-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.

    - Taġġusta l-kondizzjonijiet ta' detenzjoni fil-ħabsijiet u ġġibhom in linea mar-Regoli Minimi Standard għat-Trattament tal-Priġunieri u normi oħra internazzjonali.

    - Tallinea r-rwol illi l-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali għandu taħt il-liġi kostituzjonali bħala korp ta' konsulenza lill-Gvern skond il-prattika ta' l-Istati Membri ta' l-UE.

    - Tneħħi l-istat ta' emerġenza illi baqa' fix-Xlokk.

    - Tassigura d-diversità kulturali u tiggarantixxi d-drittijiet kulturali għaċ-ċittadini kollha irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Kwalunkwe disposizzjonijiet legali illi jfixklu t-tgawdija ta' dawn id-drittijiet għandhom jitneħħew, inklużi dawk fil-qasam ta' l-edukazzjoni.

    Kriterji ekonomiċi

    - Tlesti l-proċess ta' privatizzazzjoni.

    - Tlesti r-riforma tas-settur agrikolu u finanzjarju.

    - Tassigura s-sostenibilità tas-sistema tal-pensjonijiet u s-sigurtà soċjali.

    - Tassigura t-titjib tal-livell ġenerali ta' l-edukazzjoni u s-saħħa, filwaqt illi tagħti attenzjoni partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa u r-reġjuni svantaġġati.

    Suq Intern

    - Il-moviment liberu ta' l-oġġetti: tlesti l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE; tlesti l-allinjamenti ma' l-istandards Ewropej; tkompli ssaħħaħ iċ-ċertifikazzjoni eżistenti, is-sorveljanza tas-suq u l-istrutturi tal-verifika ta' konformità.

    - Liġi tal-Kumpanniji: tlesti l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE.

    - Protezzjoni tad-data: tlesti l-allinjament u timplimenta l-leġislazzjoni.

    - Il-Moviment liberu tal-kapital: tlesti l-allinjament partikolarment billi tneħħi r-restrizzjonijiet għall-investituri barranin.

    - Kompetizzjoni: tlesti l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE f'dak illi għandu x' jaqsam ma' l-għajnuniet mill-Istat inklużi l-iskemi ta' għajnuna reġjonali u tallineja l-leġislazzjoni fir-rigward tal-monopolji u l-kumpanniji illi jibbenefikaw mid-drittijiet speċjali.

    - Sejħa pubblika għall-offerti: tlesti l-allinjament ma' l-acquis tal-Komunità; tassigura l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar.

    Tassazzjoni

    - Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni nazzjonali ma' l-acquis ta' l-UE.

    Agrikoltura

    - Tlesti l-preparamenti għall-acquis fl-agrikola u l-politiċi ta' l-iżvilupp rurali.

    - Timmodernizza l-istabbilimenti tal-proċessar ta' l-ikel (l-impjanti ta' l-ipproċessar tal-laħam u tal-ħalib) sabiex jilħqu l-istandards ta' l-iġjene u s-saħħa pubblika u sabiex jistabbilixxu ulterjorment il-faċilitajiet ta' l-ittestjar u djanjostiċi.

    Sajd

    - Tlesti l-iżvilupp tal-kapaċità illi tiżviluppa l-kapaċità illi timplimenta u tinforza l-politika komuni tas-sajd.

    - Tkompli ttejjeb l-istandards globali ta' kwalità u s-sigurtà tal-prodotti tas-sajd fit-Turkija.

    Trasport

    - Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni tat-trasport bit-toroq (aċċess għas-suq, is-sigurtà fit-toroq, ir-regoli għall-merkanzija perikoluża u t-tassazzjoni), il-ferroviji, it-trasport bl-ajru (partikolarment is-sigurtà ta' l-ajru u l-amministrazzjoni tat-traffiku fl-ajru), u l-passaġġi ta' l-ilma interni (il-ħteġijiet tekniċi għall-bastimenti).

    - Tassigura l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-leġislazzjoni tat-trasport, partikolarment dik tas-sigurtà marittima.

    - Tipprepara l-flotta Torka tat-trasport (partikolarment it-trasport marittimu u bit-toroq) għan-normi tekniċi illi jippermettu integrazzjoni sħiħ mas-suq intern.

    Unjoni Ekonomika u Monetarja

    - Tibdel il-liġi fuq il-Bank Ċentrali sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni fis-sistema Ewropea tal-banek Ċentrali (ESCB).

    - Tlesti l-indipendenza tal-Bank Ċentrali mill-Gvern.

    Statistika

    - Tadotta l-metodoloġiji u l-prattiċi ta' l-istatistika illi jkunu kompatibbli ma' dawk ta' l-UE, partikolarment fir-rigward ta' l-estimi tal-prodott gross domestiku, l-indiċijiet tal-prezzijiet tal-konsumatur armonizzati, l-indikaturi taż-żmien qasir, l-istatistika soċjali, ir-reġistru tan-negozju u bilanċ tal-ħlasijiet.

    - Tallinea l-istatistika makroekonomika ulterjorment ma' l-acquis ta' l-istatistika.

    - Tassigura t-taħriġ adegwat tal-persunal u ttejjeb il-kapaċità amministrattiva.

    Xogħol u affarijiet soċjali

    - Tneħħi kwalunkwe forma illi baqa' ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u kull forma ta' diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali u etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

    - Tittrasponi l-leġislazzjoni ta' l-UE fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, l-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u s-saħħa pubblika, tinforza l-istruttura amministrattivi relatati u dawk meħtieġa għall-kordinament tas-sigurtà soċjali.

    - Tassigura l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-politika soċjali u l-acquis tax-xogħol.

    - Tipprepara l-istrateġija nazzjonali ta' l-impjiegi bil-għan illi ssir parteċipazzjoni aktar "il quddiem fl-istrateġija ta' l-impiegi inkluża t-tnedija ta' reviżjoni konġunta dwar l-impjiegi, u f'dan il-kuntest, tiżviluppa l-kapaċità sabiex timmonitorja s-suq tax-xogħol u l-iżviluppi soċjali, partikolarment l-impatt tal-bidla strutturali illi qegħda ssir bħalissa u l-għaġġla ta' l-istess bidla strutturali."

    - Ulterjorment tiżviluppa l-proġetti soċjali, notevolment permezz ta' riforma konsolidata tas-sistema ta' sigurtà soċjali bil-għan illi ssir finanzjarjament sostenibbli, filwaqt illi tissaħħaħ ix-xibka soċjali ta' sigurtà.

    Enerġija

    - Tirristruttura l-utilitajiet ta' l-enerġija u tiftaħ setturi oħra varji; issaħħaħ l-istrutturi amministrattivi u regolatorji.

    - Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni nazzjonali ma' l-acquis ta' l-enerġija ta' l-UE.

    Telekomunikazzjonijiet

    - Tlesti t-trasposizzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità.

    - Tiżviluppa l-politika komprensiva għas-settur sħiħ ta' komunikazzjonijiet.

    Il-politika reġjonali u l-kordinament ta' l-istrumenti strutturali

    - Tiżviluppa politika nazzjonali għall-koeżjoni ekonomika u soċjali bil-għan illi titnaqqas id-disparità interna inklużi l-proċeduri tal-budget pluriannwali u tistabbilixxi l-istrutturi għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-monitoraġġ.

    Politika kulturali u awdjo-viżiva

    - Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni awdjo-viżiva u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' l-awtorità regolatorja televiżiva u tar-radju.

    Ambjent

    - Timplimenta u tinforza l-acquis ta' l-ambjent ta' l-UE partikolarment permezz ta' l-iżvilupp tal-leġislazzjoni kwadru u settorjali, flimkien mas-rinforzar tal-kapaċità istituzzjonali, amministrattiva u ta' monitoraġġ illi tassigura l-ħarsien ta' l-ambjent.

    - Timplimenta l-acquis b' attenzjoni partikolari għal-leġislazzjoni kwadru, l-leġislazzjoni orizzontali, u għal-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tan-natura, dwar il-kwalità ta' l-ilma u dwar il-maniġġjar ta' l-iskar; timplimenta strateġija dwar l-amministrazzjoni ta' l-iskart.

    - Tistabbilixxi networks ta' monitoraġġ u tippermetti l-proċeduri kif ukoll l-ispettorati ta' l-ambjent inkluż il-ġbir tad-data.

    - Tintegra l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali l-oħra kollha.

    - Timplimenta u tinforza d-direttiva dwar l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent.

    Dwana

    - Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni partikolarment dwar iż-żoni liberi, prodotti u teknoloġiji b' użu doppju, prekursuri u oġġetti falsifikati u ikkopjati.

    Ġustizzja u intern (JHA)

    - Tiżviluppa l-programmi ta' taħriġ dwar il-liġi tal-Komunità u timplimenta l-acquis dwar il-JHA.

    - Tiżviluppa ulterjorment u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet JHA bil-għan partikolri illi tiġi assigurata l-kontabilità tal-pulizija.

    - Tadotta l-acquis ta' l-UE dwar l-oqsma tal-protezzjoni tad-data sabiex b' hekk tkun tista' tipparteċipa fis-sħiħ fis-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen u l-Europol.

    - Tibda l-allinjament tal-leġislazzjoni tal-permess tas-soġġorn u l-prattiċi ma' dawk ta' l-UE.

    - Tadotta u timplimenta l-acquis ta' l-UE u l-prattiċi dwar il-migrazzjoni (ammissjoni, riammissjoni, espulsjoni) sabiex b' hekk jiġu evitati l-migrazzjonijiet illegali.

    - Tkompli ssaħħa l-amministrazzjoni tal-fruntieri u tipprepara għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni Schengen.

    - Tneħħi r-riserva ġeografika għall-Konvenzjoni ta' Ġeneva ta' l-1951 fil-qasam ta' l-asil u tiżviluppa faċilitajiet ta' akkomodazzjoni u appoġġ soċjali għar-refuġjati.

    - Tadotta u timplimenta l-acquis ta' l-UE fl-oqsma tal-korruzzjoni, il-ġlieda kontra d-drogi, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-koperazzjoni ġudizzjarja fil-kwestjonijiet kriminali u ċivili; jintensifikaw ulterjorment l-koperazzjoni internazzjonali f'dawk l-oqsma.

    Rinfurzar tal-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja

    - Tlesti r-riforma tal-modernizzar ta' l-amministrazzjoni pubblika sabiex tassigura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-politika tal-Komunità inklużi t-tqawwija ta' l-amministrazzjoni tal-fruntiera u l-preparazzjoni għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

    - Tlesti l-qafas leġislattivi għall-kontroll finanzjarju intern u estern; tkompli l-istabbiliment ta' l-organizzazzjonijiet ċentrali fi ħdan il-Gvern għall-armonizazzjoni tal-funzjonijiet tal-verifika/kontroll interni; tlesti l-istabbiliment ta' l-unitajiet ta' verifika/kontroll intern fiċ-ċentri ta' l-infiċ; tiffinalizza "l-indipendenza funzjonali" għall-kontrlluri/awdituri interni nazzjonali fil-livell kemm ċentrali u deċentralizzati u l-kontroll finanzjarju ex-ante; toħroġ manwal ta' verifika u tiżviluppa trejl ta' verifika għall-kontroll tal-fondi ta' l-UE.

    - Tlesti r-riforma territorja u tiżviluppa l-kunċett ta' amministrazzjoni reġjonali u muniċipali.

    - Tistabbilixi l-istrutturi ta' pjan operattivi fil-livell reġjonali u tirrinforza l-istrutturi amministrattivi ezistenti illi jittrattaw ma' l-iżvilupp reġjonali.

    5. PROGRAMMAZZJONI

    Matul il-perjodu 1996 sa l-1999, it-Turkija rċeviet EUR 376 miljun f'għotja ta' għajnuna illi tirrappreżenta l-medja ta' kull sena ta' ftit aktar minn EUR 90 miljun. Mill-2000 "il quddiem, l-allokazzjoni annwali lit-Turkija ġiet stabbilita fi 15 % ta' l-approprjazzjonijiet bilterali tal-MEDA flimkien mal-fondi previsti fil-qafas taż-żewġ Regolamenti Ewropej ta' l-istrateġija u l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. L-ewwel Regolament, adottat f'April 2000, jipprevedi EUR 5 miljun fis-sena matul it-tliet snin sabiex jiġu implimentati l-miżuri sabiex jintensifikaw l-għaqda doganali ta' bejn it-Turkija u l-KE. It-tieni Regolament, fil-proċess ta' adozzjoni, jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex jiġi promoss l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fit-Turkija u ser jipprovdi EUR 45 miljun kull sena għal tliet snin."

    Dawn il-fondi kollha ser ikunu orjentati versu l-pre-adeżjoni. Fl-2000, it-tqassim ser ikun kif ġej:

    - 50 % ta' l-approprjazzjonijiet ser jiġu dedikati għar-riformi strutturali u settorjali illi jimmiraw partikolarment lejn l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni u l–prattiċi Torok ma' l-acquis ta' l-EU. Ir-riformi ser jiġu appoġġjati permezz tal-faċilitajiet ta' l-aġġustament strutturali; l-għan huwa illi jgħin lit-Turkija tagħmel riformi strutturi maġġuri in linea ma' l-acquis communautaire u b' kordinazzjoni mill-qrib mal-IMF u l-Bank Dinji.

    - 50 % ta' l-approprjazzjonijiet għandhom jiffinanzjaw miżuri oħra illi bħala għan għandhom l-integrazzjoni tat-Turkija fl-EU: sabiex igħinu lill-amministrazzjoni u lill-istituzzjonijiet Torok jiżviluppaw il-kapaċità illi jimplimentaw l-acquis tal-Komunità (permezz tal-bini ta' l-istituzzjonijiet); sabiex jgħinu lit-Turkija timmobiliżża l-investiment meħtieġ sabiex iġġib l-industrija u l-infrastruttura tagħha in linea ma' l-istandard tal-Komunità (permezz ta' l-appoġġ lill-investiment u l-iżvilupp reġjonali/rurali). Taħt din l-allokazzjoni, it-Turkija tista' wkoll tiffinanzja parti mill-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità inkluż il-ħames programm kwadru ta' riċerka u żvilupp tekniku (ĠU L 26, ta' l-1.2.1999, p.1) u fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u ta' l-SME's.

    5.1. Rwol ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    Il-koperazzjoni bejn it-Turkija u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali qegħda tirċievi spinta "l quddiem u viżjoni ġdida permezz tas-Sħubija għall-Adeżjoni. Ir-risorsi tal-grant disponibbli taħt is-Sħubija għall-Adeżjoni iservu bħala flus sabiex ikabbru u katalista għal ammonti akbar ta' finanzjament għall-iżvilupp mill-IFI. Dan il-proċess huwa żviluppat mill-Kummissjoni flimkien mal-pajjiżi kandidati, l-EIB u l-IFI partikolarment il-Bank Dinji bil-għan illi tiġi iffaċilitata il-kofinanzjament tal-proġetti illi jirrigwardaw il-prijoritajiet ta' pre-adeżjoni. Fl-istess ħin, huwa importanti illi ssir koperazzjoni mill-viċin mal-programmi tad-donaturi l-oħrajn (l-Istati Membri, pajjiżi illi mhumiex membri)."

    6. KONDIZZJONI

    L-għajnuna tal-Komunità għall-finanzjament tal-proġetti permezz ta' l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni mat-Turkija hija soġġetti għar-rispett mit-Turkija ta' l-impenji tagħha taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, l-għaqda doganali u d-deċiżjoni relatat tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' bejn il-KE u t-Turkija, per eżempju, dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli. Hemm bżonn illi jsiru aktar passi lejn il-milja tal-kriterji ta' Copenhagen u partikolarment lejn il-progess fil-kisba tal-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija għall-Adeżjoni. In-nuqqas fir-rispett ta' dawn il-kondizzjonijiet ġenerali jistgħu jwassli għal deċiżjoni mill-Kunsill dwar is-sospensjoni ta' l-assistenza finanzjarja fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament kwadru singolu propost.

    7. MONITORAĠĠ

    L-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni ser tkun monitorata fil-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Kif sottolineat mill-Kunsil Ewrope f'Helsinki, huwa importanti għat-Turkija illi l-istituzzjonijiet tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jkomplu jkunu l-kwadru illi fih l-adozzjoni ta' l-acquis tkun tista' tiġi eżaminata, skond l-istess arraġamenti, irrispettivament jekk in-negozjati jkunux infetħu jew le.

    It-taqsima relevanti tas-Sħubija għall-Adeżjoni ser tiġi diskussa fis-sottokomitat xieraq. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jiddiskuti l-iżviluppi globali, il-progress u problemi f'li jintlaħqu il-prijoritajiet u l-għanijiet intermedji kif ukoll il-kwestjonijiet aktar speċifiċi riferuti lilu mis-sottokumitati.

    L-ewwel nett, il-kumitat ta' ġestjoni tal-MEDA tassigura illi d-deċiżjonijiet finanzjarji taħt it-tliet strumenti (MEDA; żewġ Regolamenti Finanzjarji taħt l-istrateġija Ewropea) huma kompatibbli flimkien kif ukoll fis-Sħubija ta' Adeżjoni.

    Il-Kummissjoni qegħda tipprepara regolament ġdid singolu għall-implimentazzjoni ta' linji ġodda tal-budget "Strateġija ta' qabel l-Adeżjoni għat-Turkija (l-abbozz preliminari tal-budget 2001). Wara l-adozzjoni ta' dak ir-regolament, il-kumitat ta' ġestjoni tal-Phare għandu jassigura l-kompitu illi jimmonitorja l-kompatibità mas-Sħubija għall-Adeżjoni."

    --------------------------------------------------

    Top