This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0087
2001/87/EC: Council Decision of 8 December 2000 on the signing, on behalf of the European Community, of the United Nations Convention against transnational organised crime and its Protocols on combating trafficking in persons, especially women and children, and the smuggling of migrants by land, air and sea
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2000 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2000 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar.
ĠU L 30, 1.2.2001, p. 44–44
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/87(1)/oj
Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0044 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2000 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar. (2001/87/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 47, 62(2)(a), 63 l-ewwel (3)(b), u 95 moqri konġuntivament ma' l-ewwel ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, billi: (1) L-elementi tal-Konvenzjoni u ż-żewġ Protokolli tiegħu illi huma suġġetti għall-kompetenzi tal-Komunità ġew negozjati mill-Kummissjoni, bl-approvazzjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità. (2) Il-Kunsill ta' istruzzjonijiet ukoll lill-Kummissjoni sabiex jinnegozja l-adeżjoni tal-Komunità mal-ftehim internazzjonali in kwestjoni. (3) In-negozjati ġew konklużi b' suċċess u l-istrumenti riżultanti ser ikunu miftuħin għall-iffirmar mill-Istati, u, fl-oqsma tal-kompetenzi tagħhom, mill-organizazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika f'Palermo mit-12 sal-15 ta' Diċembru 2000 u wara fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-perjodu ta' sentejn. (4) L-Istati Membri filwaqt illi qalu illi huna ser jiffirmaw l-istrumenti hekk kif huma jkunu miftuħin għall-firma f'Palermo, il-Komunitajiet Ewropej għandhom ukoll ikunu kapaċi illi jiffirmaw, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikoli waħdieni 1. Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat illi jinnomina l-persuni illi għandhom is-setgħa, f'isem il-Komunità, jiffirmaw il-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tiegħu fuq it-taqbida ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, partikolarment tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' l-immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar. 2. It-test tal-Konvenzjoni u l-Protokoll addizzjonali tiegħu, illi ġie adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħqua fir-Riżoluzzjoni ANru 25 tal-15 ta' Novembru 2000, ser ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ma' l-adeżjoni tal-Komunità. Magħmul fi Brussel, 8 Diċembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President H. Védrine --------------------------------------------------