This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2235
Commission Regulation (EC) No 2235/2000 of 9 October 2000 amending Regulations (EC) No 1839/95 laying down detailed rules for the application of tariff quotas for imports of maize and sorghum into Spain and imports of maize into Portugal and (EC) No 1249/96 on rules of application (cereal sector import duties) for Council Regulation (EEC) No 1766/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa Spanja u l-importazzjoni tal-qamħirrum ġewwa l-Portugall u (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni tas-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa Spanja u l-importazzjoni tal-qamħirrum ġewwa l-Portugall u (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni tas-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92
ĠU L 256, 10.10.2000, p. 13–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Imħassar b' 32010R0642
Official Journal L 256 , 10/10/2000 P. 0013 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa Spanja u l-importazzjoni tal-qamħirrum ġewwa l-Portugall u (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji ta' importazzjoni tas-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta Ġunju 1992 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taċ-ċerejali [1], kif emendat l-aħħar bir- Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) u (12) (1) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 tas-26 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa l-Ispanja u l-importazzjoni tal-qamħirrum ġewwa l-Portugall [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1963/95 [4], jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-amministrazzjoni ta' l-importazzjoni involuta. (2) Il-perjodu stabbilit għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa l-Ispanja taħt il-kwota tat-tariffi hi s-sena tal-bejgħ għalkemm l-esperjenza turi li perjodu differenti bbażat fuq is-sena kalendarja huwa aktar approprjat biex jittieħed kont ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti sostituti ġewwa l-Ispanja. Fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' qamħirrum fil-Portugal, l-importazzjonijiet ta' prodotti sostituti ma jaffettwawx l-amministrazzjoni tal-kwota. Għaldaqstant, il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1839/95 għal dawk l-importazzjonijiet ma jeħtieġx li jiġi emendat. (3) Minħabba li l-kwantità ta' qamħirrum u sorgu li għandha tiġi mportata ġewwa l-Ispanja f'sena partikolari hija mnaqqsa bil-kwantitajiet ta' ċerti sostituti tal-qamħ importati ġewwa l-Ispanja matul l-istess sena, fit-tmiem tas-sena m'huwiex possibbli li wieħed jistabbilixxi l-bilanċ ta' qamħirrum u sorgu li jkun fadallu jiġi mportat fis-sena partikolari. Għaldaqstant, il-perjodu li matulu l-importazzjonijiet tal-qamħirrum u tas-sorgu fi Spanja jistgħu jiġu riżervati kontra xi sena għandu jiġi estiż. (4) L-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2519/98 [6], jistabbilixxi tnaqqis fid-dazju fuq l-importazzjoni ta' qamħirrum iebes. F'dak il-każ, sabiex jiġu riżolti numru ta' anomaliji maħluqa minn xi arranġamenti preżenti dwar kummerċ Komunitarju f'dak it-tip ta' qamħirrum u sabiex jiġu mħarsa l-impennji internazzjonali, għandu jiġi stabbilit li l-qamħirrum importat taħt dawk il-kwoti ma jistax jintuża għall-produzzjoni ta' qamħirrum oħxon għall-manufattura taċ-ċereali tal-kolazzjon. Minħabba l-fatt li l-qamħirrum b'kontenut ta' qamħ żġieġi ta' aktar minn 60 % huwa tajjeb għall-produzzjoni ta' ċerejali tal-kolazzjon, għandhom jiġu stabbiliti mezzi għall-kontroll ta' dawk l-importazzjonijiet u l-użu finali tagħhom. L-aktar forom adattati ta' kontroll huma l-analiżi ta' l-oġġetti mportati u s-sorveljanza sa l-użu finali tal-prodotti b'kontenut ta' qamħ żġieġi ta' aktar minn 55 %. Bħala konċessjoni għad-differenzi fir-riżultati ta' l-analiżi mwettqa fuq il-qamħirrum mat-tluq u mal-wasla fid-destinazzjoni, tolleranza ta 5 % fil-kontenut ta' qamħ żġieġi għandha tkun permessa. (5) L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 jistabbilixxi, fuq ċerti kondizzjonijiet, tnaqqis fid-dazju ta' l-importazzjoni fuq il-qamħirrum iebes ta' EUR 14 għal kull tunnellata. Minħabba ċ-ċaqliq fil-prezz tas-suq dinji tal-qamħirrum iebes, it-tnaqqis fid-dazju stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu jiżdied. Il-garanziji mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ. (6) Minħabba li jingħata tnaqqis speċjali fid-dazju ta' l-importazzjoni taħt il-kwoti u li t-tnaqqis huwa biżżejjed biex jissodisfa l-impennji tal-Komunità taħt l-ODK, it-tnaqqis fid-dazju ta' l-importazzjoni fuq il-qamħirrum iebes stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar- Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu japplika għall-importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti. (7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati fuq bażi ta' prova sabiex jissolvew il-problemi kurrenti li wieħed jista' jiltaqa' magħhom matul l-amministrazzjoni tal-kwoti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1839/95. Mingħajr preġudizzju għal reviżjonijiet ulterjuri u riforma aktar komprensiva tas-sistema tal-kwoti, il-miżuri li għalihom issir referenza fit-tlett dikjarazzjonijiet t'hawn fuq għandhom jiġu ntrodotti għal perjodu ta' prova li jiskadi fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. (8) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 huwa emendat skond kif ġej: 1. L-Artikolu 1(1) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Kwoti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għal ċirkulazzjoni libera ġewwa l-Ispanja, ta' kwantità massima kull sena ta' 2 miljun tunnellati qamħirrum u 300000 tunnellati sorgu għandhom jinfetħu fl-1 ta' Jannar ta' kull sena. L-importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti għandhom jiġu effettwati kif stabbilit fl-Artikoli li ġejjin." 2. Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 1: "4. It-tnaqqis fid-dazju ta' l-importazzjoni fuq il-qamħirrum iebes stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 [7] ma japplikax taħt dawk il-kwoti." 3. L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 2 1. Il-kwantitajiet għall-importazzjoni ġewwa l-Ispanja li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu mnaqqsa kull sena b'mod proporzjonat mal-kwantitajiet ta' fdalijiet ta' lamtu manifatturat mill-qamħirrum li jaqa' taħt il-kodiċi NM 23031019 u 23099020, fond u skart tal-proċess tal-produzzjoni tal-birra jew tad-distillazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23033000 u fdalijiet tal-polpa taċ-ċitru li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23089030 impurtati ġewwa l-Ispanja minn pajjiżi terzi matul is-sena partikolari. 2. Il-Kummissjoni għandha tirreżerva: - il-kwantitajiet ta' qamħirrum u sorgu mportat ġewwa l-Ispanja minn pajjiżi terzi matul is-sena nvoluta u, fejn meħtieġ, matul Jannar u Frar tas-sena ta' wara, - il-kwantitajiet ta' fdalijiet ta' lamtu manifatturat mill-qamħirrum, fond u skart mill-produzzjoni tal-birra u mid-distillazzjoni u fdalijiet tal-polpa taċ-ċitru importati ġewwa l-Ispanja kull sena. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom ipprovdu lill-Kummissjoni regolarment bl-informazzjoni kollha meħtieġa." 4. L-Artikolu 6(1) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Tista' tiġi organizzata proċedura ta' sejħa għal-offerti għat-tnaqqis fid-dazju fuq l-importazzjoni. F'kazijiet bħal dawn, il-partijiet interessati għandhom jirrispondu għas-sejħa għall-offerti jew billi jippreżentaw offerta bil-miktub lill-korp kompetenti speċifikat fis-sejħa għall-offerti, li għandu joħorġilhom irċevuta, jew billi jibagħtu dik l-offerta lil dan ta' l-aħħar permezz ta' ittra reġistrata, telex, fax jew telegramma." 5. Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 9: "6. L-awtoritajiet doganali ta l-iStat Membru li jimporta għandhom jieħdu kampjuni rappreżentativi minn kull kunsinna mportata skond l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE [8], sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' qamħ żġieġi, u dana billi jintużaw il-metodu u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96." 6. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3) huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' sorvelljanza adottati skond l-Artikolu 13, il-garanzija li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(1) għandha tiġi meħlusa meta l-proponent jġib prova li: - għar-rigward ta' qamħirrum li l-analiżi tiegħu mwettqa skond l-Artikolu 9(6) turi kontenut ta qamħ żġieġi ta' aktar minn 60 %, li l-prodott importat ġie pproċessat fil-Pajjiż Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera f'xi prodott minbarra dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 19041010, 110313 jew 110423. Dik il-prova għandha tingħata fil-forma ta' kopja ta' kontroll T5 mfassla mill-uffiċċju doganali, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [9], qabel it-tluq tal-merkanzija għall-ipproċessar, - għar-rigward ta' qamħirrum li l-analiżi tiegħu li tkun saret skond l-Artikolu 9(6) turi kontenut ta' qamħ żġieġi ta' 60 % jew inqas u għar-rigward tas-sorgu, li l-prodott importat ikun ġie pproċċessat jew użat fil-Pajjiż Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, dik il-prova tista' tingħata fil-forma ta' fattura ta' bejgħ lil proċessur jew konsumatur li għandhom il-kwartieri ġenerali fil-Pajjiż Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, jew - li l-prodott ma setax jiġi mpurtat, ipproċessat jew użat minħabba force majeure jew - li l-prodott importat ma jkunx għadu tajjeb għal ebda tip ta' użu." L-Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa emendat skond kif ġej: 1. Il-tielet inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(5) huwa mibdul b'dan li ġej: "— EUR 24 kull tunnellata fuq il-qamħirrum iebes li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I." 2. Il-punt (ċ) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(5) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ċ) l-importatur irid jippreżenta lill-awtorità kompetenti garanzija ta': - EUR 14 għal kull tunnellata ta' qamħ komuni, - EUR 24 għal kull tunnellata ta' qamħirrum iebes, u - EUR 8 għal kull tunnellata barli. Jekk madanakollu d-dazju fis-seħħ fil-jum meta jitlestew il-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni jkun inqas minn EUR 14 għal kull tunnellata qamħ komuni, EUR 24 għal qamħirrum iebes jew EUR 8 għal kull tunnellata barli, il-garanzija tkun daqs l-ammont ta' dazju. Il-garanzija għandha tingħata lura meta tinġieb prova ta' użu finali speċifiku li jiġġustifika premju ta' kwalità fuq il-prezz tla-prodott basiku li għalih issir referenza fil-punt (a). Dik il-prova, possibilment fil-forma ta' kopja ta' kontroll T 5, għandha turi għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta li l-kwantitajiet kollha mportati ġew proċessati fil-prodott imsemmi fil-punt (a). L-ipproċessar jitqies li jkun sar meta, fit-terminu ta' skadenza stabbilit fil-punt (b): - fil-każ ta' qamħ komuni, il-prodott li għalih issir referenza fil-punt (a) jkun sar jew: - f'wieħed jew aktar mill-impjanti tal-kumpanija fil-Pajjiż Membru, jew - l-impjant jew wieħed mill-impjanti li għalihom issir referenza fil-punt (b), - il-barli tax-xgħir jkun ġie mgħaddas; u - il-qamħirrum iebes ikun ġie proċċessat biex isir prodott tal-kodiċi NM 19041010, 110313 jew 110423." L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 1(2), (5) u (6) u 2 japplikaw għal sena waħda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fil-Pajjiżi Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Ottubru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1. [3] ĠU L 177, tat-28.7.1995, p. 4. [4] ĠU L 189, ta' l-10.8.1995, p. 22. [5] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125. [6] ĠU L 315, tal-25.11.1998, p. 7. [7] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125. [8] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p. 1. [9] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. --------------------------------------------------