Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2092

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/2000 tat-28 ta' Settembru 2000 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku (Thunnus thynnus) li joriġina fil-Belize, il-Honduras u l-Guinea Ekwatorjali

    ĠU L 249, 4.10.2000, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/05/2004; Imħassar b' 32004R0826

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2092/oj

    32000R2092



    Official Journal L 249 , 04/10/2000 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/2000

    tat-28 ta' Settembru 2000

    li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku (Thunnus thynnus) li joriġina fil-Belize, il-Honduras u l-Guinea Ekwatorjali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-riżorsi tas-sajd, li huma riżors naturali li jista' jispiċċa, iridu jitħarsu fl-interessi tal-bilanċi bijoloġiċi u s-sigurtà dinjija ta' l-ikel.

    (2) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT), li tiegħu il-Komunità Ewropea hija Parti, adottat, fl-1994, Pjan ta' Azzjoni sabiex tiżgura l-effettività tal-programm tal-konservazzjoni tat-tonn ta' denbu blu ta' Atlantiku kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni ta' l-1996 li tirrigwarda l-konformità fis-sajd tat-tonn ta' denbu blu u tal-pixxispad tat-tramuntana ta' l-Atlantiku, sabiex tiżgura l-konservazzjoni effettiva tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku u l-infurzar tagħha.

    (3) Il-ħażna involuta ma tistax tiġi mmaniġġjata b'mod effettiv mill-partijiet kontrattanti ta' l-ICCAT, li s-sajjieda tagħhom iridu jnaqqsu l-qbid tagħhom tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku, sakemm il-partijiet mhux kontrattanti jikkoperaw ma' l-ICCAT u jikkonformaw mal-miżuri ta' konservazzjoni u l-maniġġjar tagħha.

    (4) L-ICCAT, identifikat lill-Belize, lill-Honduras u lill-Guinea Ekwatorjali bħala pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn ta' denbu blu Atlantiku f'manjiera ta' preġudizzju għall-miżuri ta' konservazzjoni ta' l-organizzazzjoni li tikkonserva l-ispeċje, filwaqt li tissostanzja l-konklużjonijiet tagħha b'informazzjoni li tirrigwarda l-qbid, il-kummerċ u l-osservazzjoni tal-bastimenti.

    (5) L-ICCAT, ppruvat tinkoraġġixxi lit-tliet pajjiżi sabiex iħarsu l-miżuri għall-konservazzjoni u l-maniġġjar tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku iżda dan ma serva għal xejn..

    (6) L-ICCAT ordnat lill-partijiet kontrattanti sabiex jieħdu l-miżuri xierqa għalbiex jissoktaw jipprojbixxu l-importazzjoni mill-Belize u mill-Honduras u għalbiex jintroduċu projbizzjoni fuq l-importazzjoni mill-Guinea Ekwatorjali tal-prodotti tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku f'kull għamla; dawn il-miżuri jridu jitneħħew kif jinstab illi l-pajjiżi involuti qegħdin iħarsu l-miżuri ta' l-ICCAT, fis-sajd tagħhom; dawn il-miżuri jridu għaldaqstant jiġu implimentati mill-Komunità, li għandha l-unika kompetenza f'dan il-qasam.

    (7) Il-ICCAT, għarfet il-kooperazzjoni mtejba fil-konservazzjoni tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku mal-Panama; il-ICCAT, fil-laqgħa annwali tagħha fl-1999 irrakkomandat li titneħħa l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, applikata mill-partijiet kontrattanti kontra l-Panama, tal-prodotti mit-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku f'kull għamla.

    (8) Huwa meħtieġ li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1435/98 [1] li japplika projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni kontra l-Belize, il-Honduras u l-Panama rigward it-tonn ta' denbu blu u l-prodotti minnu.

    (9) Dawn il-miżuri jaqblu ma' l-obbligi tal-Komunità skond ftehimijiet internazzjonali oħra,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Huwa hawnhekk ipprojbit ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tat-tonn ta' denbu blu ta' l-Atlantiku (Thunnus thynnus) tal-kodiċi tan-NK ex03019990, 03023911, 03023991, 03034921, 03034923, 03034929, ex03034990, ex03041038, ex03041098, ex03042045, ex03049097, ex03052000, ex03053090, ex03054980, ex03055990, ex03056990, ex16041411, ex16041416, ex16041418 u ex16042070 li joriġina fil-Belize, fil-Honduras u fil-Guinea Ekwatorjali.

    2. Huma hawnhekk ipprojbit it-tniżżil l-art tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bl-iskop tat-transitu fil-Komunità.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1), li joriġinaw fil-Guinea Ekwatorjali, li jistgħu jintwerew li jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, li kienu fuq triqthom lejn il-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u li jiġu rrilaxxjati fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa mhux aktar tard minn 14-il jum wara din id-data.

    L-Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 1435/98 huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Vaillant

    [1] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 13.

    --------------------------------------------------

    Top