This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1624
Regulation (EC) No 1624/2000 of the European Parliament and of the Council of 10 July 2000 amending Council Regulation (EEC) No 3330/91 on the statistics relating to the trading of goods between Member States, with specific reference to a simplified application of the nomenclature of products
Ir-Regolament (KE) Nru 1624/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija bejn -Istati Membri, b'riferenza speċifika għal użu simplifikat tan-nomenklatura ta' prodotti
Ir-Regolament (KE) Nru 1624/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija bejn -Istati Membri, b'riferenza speċifika għal użu simplifikat tan-nomenklatura ta' prodotti
ĠU L 187, 26.7.2000, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R0683
Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament (KE) Nru 1624/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija bejn -Istati Membri, b'riferenza speċifika għal użu simplifikat tan-nomenklatura ta' prodotti IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Qegħdin jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 [4], il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jiġbru statistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri ("Intrastat") matul il-perjodu transitorju li beda fl-1 ta' Jannar 1993 u li jagħlaq fid-data li fiha tibda taħdem sistema unifikata ta' tassazzjoni fl-Istat Membru li fih joriġina. (2) Is-simplifikazzjoni ta' leġislazzjoni għas-suq intern, kif formulat bl-inizzjattiva SLIM (Leġislazzjoni aktar Sempliċi għas-Suq Intern), għandha l-ħsieb li ttejjeb il-kompetittività ta' l-intrapriżi u l-potenzjal ta' ħolqien ta' mpjiegi. (3) Is-simplifikazzjoni tas-sistema Intrastat ġiet magħżula bħala proġett pilota tal-SLIM, u proposti speċifiċi formulati mill-Working Party tas-SLIM -Intrastat bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq dawk li jipprovdu tagħrif dwar statistika, kienu inklużi f'komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u kienu apprezzati minnhom. (4) L-applikazzjoni simplifikata tan-nomenklatura tal-prodott hi waħda minn dawn il-proposti, peress li dawk li jipprovdu t-tagħrif ġeneralment iqisu l-klassifikazzjoni ta' prodotti bħala xi ħaġa diffiċli. (5) Hu importanti li tiġi ssimplifikata n-nomenklatura konġunta li tintuża fuq bażi uniformi kemm ġewwa l-Komunità u f'kummerċ estern, sabiex tagħmilha aktar faċli li tiġi applikata s-sistema — b'mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; f'dan il-kuntest ir-riżultati tad-diskussjonijiet li għaddejjin organizzati mill-Kummissjoni ma' l-Istati Membri u organizzazzjonijiet Ewropej dwar il-kummerċ u l-industrija fil-qafas tas-SLIM għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni, fejn jiġi miżmum il-prinċipju ta' nomenklatura waħda. (6) L-użu ta' livelli simplifikati hu għodda effiċjenti biex inaqqas il-piżijiet ta' dikjarazzjoni dwar in-negozji, b'mod partikolari is-SMEs, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/91 l-ewwel sotto-paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "5. Livelli simplifikati għandhom jeżentaw lil dawk meħtieġa li jipprovdu tagħrif, mid-dispożizzjonijiet kollha ta' l-Artikolu 23; dawn jeħtiġilhom biss jirraportaw fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1), massimu ta' għaxra ta' l-aqwa sotto-titoli li huma rilevanti tan-nomenklatura konġunta li huma l-aktar importanti f'dak li hu valur, u għandhom jiġbru flimkien il-prodotti l-oħra f'sotto-titoli li jibqa' skond arranġamenti dettaljati li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 30. Għal kull wieħed mis-sotto-titoli hawn fuq imsemmija, minbarra n-numru ta' kodiċi msemmi fit-tieni indent ta' l-Artikolu 21, l-Istat Membru li jibgħat jew jirċievi u l-valur tal-oġġetti għandhom ikunu mniżżla." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU C 245, tat-12.8.1997, p. 12 u C 164, tad- 29.5.1998, p. 14. [2] ĠU C 19, tal-21.1.1998, p. 52. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' April 1998 (ĠU C 138, ta' l-4.5.1998, p.92), konfermata fis-27 ta' Ottubru 1999, u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2000 (ĠU C 87, ta' l-24.3.2000, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Ġunju 2000. [4] ĠU L 316, tas-16.11.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1182/1999 (ĠU L 144, tad-9.6.1999, p. 1). --------------------------------------------------