EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1357

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1357/2000 tas-27 ta' Ġunju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur

ĠU L 155, 28.6.2000, p. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0533

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1357/oj

32000R1357



Official Journal L 155 , 28/06/2000 P. 0038 - 0039


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1357/2000

tas-27 ta' Ġunju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL ifformolata wara l-konklużjoni tan-negozjati GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Kummerċjali Dinjija, il-Komunità ħadet ir-responsabbilità li tiftaħ kwoti ta' tariffi għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur; billi b'riżultat ta' dan, mill-1 ta' Lulju 2000, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni ta' dawk il-kwoti;

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1327/1999 [3], jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti għall-perjodu l-1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2000; billi għandha ssir disposizzjoni għall-amministrazzjoni tagħhom mill-1 ta' Lulju 2000;

(3) Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa b'dan il-mezz emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-kwoti ta' tariffi ta' importazzjoni elenkati fl-Anness I huma miftuħin kull sena għall-gruppi ta' prodotti u taħt il-kondizzjonijiet indikati fih."

2. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[2] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

[3] ĠU L 157, ta' l-24.6.1999, p. 37.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

(tunnellati) |

Nru tal-Grupp | Kodiċi NM | It-taxxa applikabbli (EUR/tunnellati) | Kwoti tat-tariffi minn 1.7.2000 |

P1 | 02071110 | 131 | 6200 |

02071130 | 149 |

02071190 | 162 |

02071210 | 149 |

02071290 | 162 |

P2 | 02071310 | 512 | 4000 |

02071320 | 179 |

02071330 | 134 |

02071340 | 93 |

02071350 | 301 |

02071360 | 231 |

02071370 | 504 |

02071420 | 179 |

02071430 | 134 |

02071440 | 93 |

02071460 | 231 |

P3 | 02071410 | 795 | 700 |

P4 | 02072410 | 170 | 1000 |

02072490 | 186 |

02072510 | 170 |

02072590 | 186 |

02072610 | 425 |

02072620 | 205 |

02072630 | 134 |

02072640 | 93 |

02072650 | 339 |

02072660 | 127 |

02072670 | 230 |

02072680 | 415 |

02072730 | 134 |

02072740 | 93 |

02072750 | 339 |

02072760 | 127 |

02072770 | 230 |

"

--------------------------------------------------

Top