Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1295

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2000 ta' l-20 ta' Ġunju 2000 li jemenda l-Annessi II u III mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex tistabbilixxi l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 146, 21.6.2000, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1295/oj

32000R1295



Official Journal L 146 , 21/06/2000 P. 0011 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2000

ta' l-20 ta' Ġunju 2000

li jemenda l-Annessi II u III mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex tistabbilixxi l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex tistabbilixxi l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1286/2000 [2] u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi tal-fdalijiet iridu jiġu stabbiliti progressivament għas-sustanzi attivi farmakoloġikament li jintużaw fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba sabiex jiġu amministrati lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2) Il-limiti massimi tal-fdalijiet ikollhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Kumitat tal-prodotti mediċinali veterinarji tat-tagħrif relevanti kollu dwar is-sigurtà tas-sustanza interessata għall-konsumatur ta' l-oġġeti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt tal-fdalijiet fuq il-proċessar industrijali ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

(3) Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-ispeċi ta' l-annimali li fihom il-fdalijiet jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f'kull wieħed mit-tessuti relevanti tal-laħam miksuba mill-annimal ittrattat (it-tessut fil-mira) u n-natura tal-fdal li huwa relevanti għall-monitorjar tal-fdalijiet (il-fdalijiet markaturi).

(4) Għall-kontroll tal-fdalijiet, kif ipprovdut fil-leġislazzjoni approprjata Komunitarja, il-limiti massimi tal-fdalijiet ikollhom is-soltu jiġu stabbiliti għat-tessuti fil-mira mill-fwied jew mill-kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi spiss jitneħħew mill-karkassi miexja fis-suq internazzjonali, u l-limiti massimi tal-fdalijiet ikollhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti mill-muskoli jew mix-xaħam.

(5) Fil-każ tal-prodotti mediċinali veterinarji sabiex jintużaw fl-għasafar li jbidu, l-annimali li jagħtu l-ħalib jew in-naħal ta' l-għasel, il-limiti massimi tal-fdalijiet iridu jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, għall-ħalib jew għall-għasel.

(6) It-toldimfos għandu jiddaħħal fl-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(7) Sabiex titħalla t-tkomplija ta' l-istudji xjentifiċi, l-amprolju u l-permetrin għandhom jiddaħħlu fl-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8) Għandu jitħalla perjodu adegwat taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet għat-tidħil fuq is-suq tal-prodotti mediċinali veterinarji interessati li jkunu ġew konċessi skond id-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/40/KEE [4] sabiex jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri pprovduti f'din id-Drettiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-prodotti mediċinali veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma hawnhekk emendati skond l-Anness ma' hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ.1.

[2] ĠU L 145, ta’ l-20.6.2000, pġ.15.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.198 1, pġ.1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, pġ.31.

--------------------------------------------------

ANNESS

A. Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 (Il-Lista tas-sustanzi li mhumiex suġġetti għal-limiti massimi tal-fdalijiet)

2. Il-Komposti Organiċi

"Is-Sustanza/i attiva/i farmakoloġikament | L-Ispeċi ta' l-Annimal | Disposizzjonijiet oħra |

'It-Toldimfos | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel'" | |

B. Is-sustanzi li ġejjin jiddaħħlu fl-Anness III ta' Regolament (KEE) Nru 2377/90 (Il-Lista tas-sustanzi attivi farmakoloġikament użati fil-prodotti mediċinali veterinarji li għalihom ġew iffissati l-limiti massimi tal-fdalijiet)

2.2. L-aġenti li jaġixxu kontra l-ettoparassiti

2.2.3. Il-Piretrojdi

"Is-Sustanza/i attiva/i farmakoloġikament | Il-Fdal Markatur | L-Ispeċje ta' l-annimal | L-LMF | It-Tessuti fil-mira | Disposizzjonijiet oħra |

'Il-Permetrin | Il-Permetrin (it-total ta' l-isomeri | Il-Bhejjem tal-Fart, il-Mogħoż | 100 µg/kg | Il-Muskolu | MRLs provvisjori jiskadu fl- 1.1.2001' |

500 µg/kg | Ix-Xaħam |

50 µg/kg | Il-Fwied |

50 µg/kg | Il-Kliewi |

50 µg/kg | Il-Ħalib Iktar disposizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE jridu jiġu osservati (ĠU L 290, tad- 29.10.1998, p.25) |

Majjal, tiġieġ | 100 µg/kg | Il-Muskolu |

500 µg/kg | Il-Ġilda u x-Xaħam |

50 µg/kg | Il-Fwied |

50 µg/kg | Il-Kliewi |

Csirke | 50 µg/kg | Il-Bajd" |

2.4. L-Aġenti li jaħdmu kontra l-protożoa

2.4.4. Aġenti anti-protożojċi oħra

"Is-Sustanza/i attiva/i farmakoloġikament | Il-Fdal Markatur | L-Ispeċje ta' l-Annimal | L-LMF | Tit-Tessuti fil-mira | Disposizzjonijiet oħra |

'L-Amprolju | 'L-Amprolju | It-Tiġieġ, id-Dundjani | 200 µg/kg | Il-Muskolu | MRLs provvisjori jiskadu fl- 1.1.2002' |

200 µg/kg | Il-Ġilda u x-Xaħam |

200 µg/kg | Il-Fwied |

400 µg/kg | Il-Kliewi |

1000 µg/kg | Il-Bajd" |

--------------------------------------------------

Top