Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0749

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 749/2000 tal-11 ta' April 2000 li jadatta l-kwantitajiet totali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

    ĠU L 90, 12.4.2000, p. 4–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/749/oj

    32000R0749



    Official Journal L 090 , 12/04/2000 P. 0004 - 0007


    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 749/2000

    tal-11 ta' April 2000

    li jadatta l-kwantitajiet totali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/1999 ([2]), u partikolarment l-Artikoli 3(2) u 4(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 jistabbilixxi li l-kwantitajiet totali ggarantiti għall-Finlandja jistgħu jiġu miżjuda sabiex jikkumpensaw lill-produtturi tas-"SLOM", sa massimu ta' 200 000 tunnellata metrika. B'mod konformi ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 671/95([3]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1390/95([4]), il-Finlandja nnotifikat il-kwantitajiet involuti għas-sena tas-suq 1999/2000.

    (2) L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 jistabilixxi li l-kwantitajiet individwali ta' referenza jiżdiedu jew jiġu stabbiliti fuq it-talba ġġustifikata kif mistħoqq tal-produtturi sabiex jittieħed qies tal-bdil li jaffettwa l-kunsinnja tagħhom u/jew il-bejgħ dirett u li ż-żieda jew l-istabbiliment ta' din il-kwantità ta' referenza tkun bla ħsara għal tnaqqis korrispondenti fil-kwantità l-oħra ta' referenza li l-produttur ikollu l-pussess jew il-kanċellazzjoni tagħhom.

    (3) Dawn l-aġġustamenti ma jistgħux iwasslu għal żieda, għall-Istat Membru kkonċernat, fis-somma tal-kunsinnji u tal-bejgħ dirett li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92. Meta l-kwantitajiet individwali ta' referenza jgħaddu minn bidla definittiva, il-kwantitajiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 jkunu aġġustati kif jixraq.

    (4) B'mod konformi mat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93([5]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1255/98([6]), il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit innotifikaw il-kwantitajiet li għaddew minn bidla definittiva b'mod konformi mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92.

    (5) Il-kwantitajiet totali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta' Marzu 2000 stabbiliti fit-tabella mogħtija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 u b'konsegwenza ta' dan, dawk applikabbli għall-perjodi sussegwenti stabbiliti fl-Anness ma' dak ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu aġġustati.

    (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 huwa emendat kif ġej:

    1. It-tabella fl-Artikolu 3(2) hija mibdula b'dik mogħtija fl-Anness I ta' hawn taħt.

    2. L-Anness huwa mibdul bl-Anness II ta' hawn taħt.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' April 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    L-ANNESS I

    "Il-kwantitajiet totali ta' referenza applikabbli mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta' Marzu 2000

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsennji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 152 062 158 369

    Id-Danimarka 4 454 411 937

    Il-Ġermanja (1) 27 768 016 96 800

    Il-Greċja 629 817 696

    Spanja 5 469 725 97 225

    Franza 23 816 298 419 500

    L-Irlanda 5 236 758 9 006

    L-Italja 9 703 974 226 086

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 990 667 84 025

    L-Awstrija 2 563 309 186 092

    Il-Portugall 1 862 977 9 484

    Il-Finlandja 2 396 730 9 462

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 394 532 195 515

    (1) Jinkludu 6 242 276 tunnellati għall-konsennji minn produtturi fil-Länder il-ġdida u 11 091 tunnellati għal bejgħ dirett fil-Länder il-ġdida."

    L-ANNESS II

    "L-ANNESS

    (a) Il-kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2000 sal-31 ta' Marzu 2001

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsennji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 152 062 158 369

    Id-Danimarka 4 454 411 937

    Il-Ġermanja 27 768 016 96 800

    Il-Greċja 674 617 696

    Spanja 5 819 725 97 225

    Franza 23 816 298 419 500

    L-Irlanda 5 332 758 9 006

    L-Italja 10 087 974 226 086

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 990 667 84 025

    L-Awstrija 2 563 309 186 092

    Il-Portugall 1 862 977 9 484

    Il-Finlandja 2 396 730 9 462

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit (1) 14 407 140 195 515

    (1) Żieda speċifika ta' kwota għall-allokazzjoni lill-Irlanda ta' Fuq.

    (b) Il-kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 152 062 158 369

    Id-Danimarka 4 454 411 937

    Il-Ġermanja 27 768 016 96 800

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 019 725 97 225

    Franza 23 816 298 419 500

    L-Irlanda 5 386 758 9 006

    L-Italja 10 303 974 226 086

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 990 667 84 025

    L-Awstrija 2 563 309 186 092

    Il-Portugall 1 862 977 9 484

    Il-Finlandja 2 396 730 9 462

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit (1) 14 414 232 195 515

    (1) Żieda speċifika ta' kwota għall-allokazzjoni lill-Irlanda ta' Fuq.

    (ċ) Il-kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2005

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 152 062 158 369

    Id-Danimarka 4 454 411 937

    Il-Ġermanja 27 768 016 96 800

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 019 725 97 225

    Franza 23 816 298 419 500

    L-Irlanda 5 386 758 9 006

    L-Italja 10 303 974 226 086

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 990 667 84 025

    L-Awstrija 2 563 309 186 092

    Il-Portugall 1 862 977 9 484

    Il-Finlandja 2 396 730 9 462

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 414 232 195 515

    (d) Il-kwantitjiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2005 sal-31 ta' Marzu 2006

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsennji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 168 614 158 369

    Id-Danimarka 4 476 688 937

    Il-Ġermanja 27 907 340 96 800

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 019 725 97 225

    Franza 23 937 477 419 500

    L-Irlanda 5 386 758 9 006

    L-Italja 10 303 974 226 086

    Il-Lussemburgu 269 443 951

    L-Olanda 11 046 040 84 025

    L-Awstrija 2 577 056 186 092

    Il-Portugall 1 872 339 9 484

    Il-Finlandja 2 408 753 9 462

    L-Isvezja 3 316 515 3 000

    Ir-Renju Unit 14 487 182 195 515

    (e) Il-kwanitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsennji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 185 166 158 369

    Id-Danimarka 4 498 964 937

    Il-Ġermanja 28 046 664 96 800

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 019 725 97 225

    Franza 24 058 656 419 500

    L-Irlanda 5 386 758 9 006

    L-Italja 10 303 974 226 086

    Il-Lussemburgu 270 788 951

    L-Olanda 11 101 414 84 025

    L-Awstrija 2 590 803 186 092

    Il-Portugall 1 881 702 9 484

    Il-Finlandja 2 420 775 9 462

    L-Isvezja 3 333 030 3 000

    Ir-Renju Unit 14 560 132 195 515

    (f) Il-kwanitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) applikabbli mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008

    (tunnellati)

    Stat Membru Konsennji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 201 718 158 369

    Id-Danimarka 4 521 241 937

    Il-Ġermanja 28 185 988 96 800

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 019 725 97 225

    Franza 24 179 835 419 500

    L-Irlanda 5 386 758 9 006

    L-Italja 10 303 974 226 086

    Il-Lussemburgu 272 134 951

    L-Olanda 11 156 787 84 025

    L-Awstrija 2 604 550 186 092

    Il-Portugall 1 891 064 9 484

    Il-Finlandja 2 432 798 9 462

    L-Isvezja 3 349 545 3 000

    Ir-Renju Unit 14 633 083 195 515"

    [1] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 73.

    [3] ĠU L 70, tat-30.3.1995, p. 2.

    [4] ĠU L 135, tal-21.6.1995, p. 4.

    [5] ĠU L 57, ta' l-10.3.1993, p. 12.

    [6] ĠU L 173, tat-18.6.1998, p. 14.

    Top