Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0744

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 744/2000 ta’ l-10 ta’ April 2000 li jirretifika r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 89, 11.4.2000, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2007; Imħassar b' 32007R0433

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/744/oj

    32000R0744



    Official Journal L 089 , 11/04/2000 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 744/2000

    ta’ l-10 ta’ April 2000

    li jirretifika r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], u partikolarment l-Artikolu 33(12) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2326/97 [3], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella.

    (2) Minħabba żball fl-abbozz, meta r-Regolament (KEE) Nru 32/82 kien l-aħħar emendat, bir-Regolament (KE) Nru 2326/97, l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2) tħassret. Din is-sentenza għandha għalhekk tiddaħħal mill-ġdid fit-test b’effett mit-3 ta' Diċembru 1997, id-data li fiha r-Regolament (KE) Nru 2326/97 daħal fis-seħħ.

    (3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-sentenza li ġejja qed tiżdied mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 32/82:

    "Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tgeżwir tal-prodotti bil-kondizzjoni li l-marka ta' l-identifikazzjoni jew is-siġill fuq kull prodott, imsemmija fl-Artikolu 3(2), jibqgħu jidhru."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mit-3 ta' Diċembru 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' April 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

    [2] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11.

    [3] ĠU L 323, tas-26.11.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top