Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0531

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 531/2000 ta’ l-10 ta’ Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2848/98 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema tal-premium, il-kwoti tal-produzzjoni u l-għajnuna partikolari li għandha tingħata lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum

    ĠU L 64, 11.3.2000, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/531/oj

    32000R0531



    Official Journal L 064 , 11/03/2000 P. 0013 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 531/2000

    ta’ l-10 ta’ Marzu 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2848/98 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema tal-premium, il-kwoti tal-produzzjoni u l-għajnuna partikolari li għandha tingħata lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 660/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7, 9(5) 11 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikoli 18(4) u 20(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2848/98 [3] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2637/1999 [4], jistipulaw li l-pagamenti lill-produtturi u lill-gruppi ta’ produtturi tal-premium imħallas mill-Istat Membru jew mill-ewwel proċessatur għandhom jiġu magħmula minn bank jew permezz ta’ trasferiment postali lejn kont wieħed. L-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni qiegħda tikkaġuna diffikultajiet lill-gruppi ta’ produtturi minħabba li s-sistema ma tippermettix li t-tmexxija tal-fond tiġi mifruxa b’mod ibbilanċjat f’kull parti tat-territorju jew għal self għat-tħaddim li għandu jiġi miksub minn banek li mhumiex qedin jamministraw il-premiums. Għandu għalhekk isir provvediment sabiex il-premiums jiġu mħallsa f’kontijiet magħżula għall-ħlas tal-premium u għan-numri tal-kont li għandhom jiġi mgħoddija lill-korp kompetenti ta’ kontroll.

    (2) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament imsemmi hawn fuq ċerti Stati Membri kien kapaċi, għal perjodu ta’ sentejn, li jagħmlu ħlasijiet ta’ premium lill-produtturi permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-ewwel proċessatur mingħajr il-faċilità ta’ ħlas bil-quddiem. Dik is-sitwazzjoni kkaġunat problemi ta’ ċirkolazzjoni ta’ flus lill-produtturi minħabba li dawn ma jiġux imħallsa sakemm ma jkunux ikkonsenjaw il-produzzjoni kollha tagħhom. Dawk il-produtturi għandhom għalhekk jingħataw l-opportunità li jiksbu l-ħlasijiet bil-quddiem permezz ta’ l-ewwel proċessaturi taħt l-istess kondizzjonijiet bhal dawk preskritti fl-Artikolu 19 għal produtturi li jirċievu l-premiums tagħhom direttament mill-Istati Membri.

    (3) L-Artikolu 29 ta’ l-istess Regolament jgħid li r-riserva nazzjonali tista’ tkun magħmula, inter alia, bi kwoti mogħtija bi tnaqqis lineari sa 2 % tal-kwantitajiet li jkun ġew trasferit permanentament. Ir-riserva nazzjonali għandha tiġi allokata sa’ l-aħħar ta’ Frar skond l-Artikolu 22(3) u dak il-limitu taż-żmien ma jippermettix l-użu ta’ kwoti li ġejjin minn trasferimenti permanenti għall-istess sena ta’ produzzjoni. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni sabiex il-kwantitajiet li huma trasferiti permanentement jiġu applikati għall-ħsad kurrenti u, għal dak il-għan, sabiex dawk il-kwantitajiet jiġu allokati sal-limitu taż-żmien għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ koltivazzjoni.

    (4) L-Artikolu 33(3) ta’ l-istess Regolament jistipula li t-trasferimenti tal-kwoti tal-produzzjoni m’għandhomx jinvolvu kwantitajiet ta’ inqas minn 100 kg. Dik id-dispożizzjoni għandha tiġi llaxxkata sabiex tippermetti lill-produtturi tat-tabakk li l-kwota tagħhom għall-grupp tal-varjetajiet in kwistjoni tkun inqas minn 100 kg jittrasferuha kollha kemm hi.

    (5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għat-Tabakk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (EC) Nru 2848/98 qed jiġi emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "4. Il-ħlas lill-gruppi ta’ produtturi ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u l-ħlas tal-prezz tax-xiri lill-produtturi mill-ewwel proċessaturi jista’ jsir biss permezz ta’ trasferiment bankarju jew postali, lejn kontijiet maħsuba għall-pagamenti li n-numru tagħhom għandu jiġi komunikat lill-korp kompetenti ta’ kontroll u li, fil-każ ta’ grupp ta’ produtturi, għandu jiġi marbut mal-pagamenti lill-membri individwali ta’ gruppi ta’ produtturi."

    2. L-Artikolu 19 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "Artikolu 19

    1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ ħlas bil-quddiem fuq premiums lill-produtturi skond il-paragrafi 2 sa 8.

    2. Il-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-paragrafu 1 għandhu jitħallas, wara applikazzjoni mill-produttur jew, għall-ħsad ta’ l-2000, mill-ewwel proċessatur, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni ta’ eliġibiltà għall-ħlas bil-quddiem, imħejjija mill-korp kompententi ta’ kontroll.

    3. Id-dokumenti li ġejjin għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet tal-produtturi għall-ħlas bil-quddiem ħlief fejn Stat Membru jipprovdi mod ieħor għar-raġuni li jkuni diġà fil-pussess tiegħu:

    (a) kopja tal-kuntratt tal-koltivazzjoni konkluż mill-produttur maħruġ f’ismu;

    (b) kopja tad-dikjarazzjoni tal-kwota maħruġa għall-produttur u koperta mill-imsemmi kuntratt ta’ koltivazzjoni;

    (c) dikjarazzjoni bil-miktub mingħand il-produttur konċernat li tispeċifika l-kwantitajiet ta’ tabakk li hu f’pożizzjoni li jikkunsinna matul il-ħsad kurrenti.

    4. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħareġ mill-korp ta’ kontroll malli d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 jiġu verifikati u d-dikjarazzjoni bil-miktub ipprovduta mill-produttur tiġi sostanzjata.

    Fejn l-ewwel proċessatur ikun ikkonċernat, id-dikjarazzjoni għandha tinħareġ fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ koltivazzjoni konklużi minnhu u tal-kunsinni maħsubi li jsiru jew li jkunu saru.

    5. Il-ħlas bil-quddiem, li l-ammont massimu tiegħu għandu jkun ugwali għall-parti fissa tal-premium pagabbli, għandu jkun soġġett għt-tqegħid ta’ garanzija ugwali għall-ammont tal-ħlas bil-quddiem miżjud bi 15 %.

    Il-ħlas bil-quddiem għandu jitħallas mis-16 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad u għandu jitħallas fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 u tal-prova li tkun saret il-garanzija ħlief fejn l-applikazzjoni tkun intbagħtet qabel is-16 ta’ Settembru, f’liema każ il-perjodu għandu jiżdied għal 77 jum.

    6. Fejn il-ħlas bil-quddiem jingħata lil grupp ta’ produtturi jew lill-ewwel proċessatur iżda ma jkunx ġie mħallas lill-membri jew lill-produtturi intitolati jew rimborsat lill-Istat Membru fi żmien 30 jum minn meta jkun ġie riċevut, għandu jitħallas imgħax fuq l-ammont li jkun għadu disponibbli b’rata li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat mid-data li fiha l-ħlas bil-quddiem jiġi riċevut, u rreġistrat mal-Fond Agrikolu Ewropew għat-Tmexxija u Garanzija (EAGGF).

    7. Il-ħlas bil-quddiem li jitħallas għandu jiġi mnaqqas mill-ammont tal-premium pagabbli taħt l-Artikolu 18(1) jew 20(1), u jibda mill-ewwel konsenja li ssir.

    Il-garanzija magħmula għandha tiġi rilaxxata mal-presentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ kontroll għall-kwantità ta’ tabakk in kwistjoni u tal-provi li l-ammont li jikkorrispondi mal-premium jkun tħallas lill-produtturi ntitolati għalih. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu xi kundizzjonijiet oħra, b’mod partikolari iż-żmienijiet tal-perjodi tal-konsenji jew il-kwantitajiet minimi li għalihom ċertifikat ta’ kontroll jista’ jsir.

    Malli 50 % tal-premium dovut ikun tħallas, 50 % tal-garanzija għandu jiġi rilaxxat.

    Il-garanzija magħmula għandha tiġi rilaxxata meta l-ħlas bil-quddiem kollu jkun tnaqqas mill-premium pagabbli.

    8. Fejn (ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri) il-konsenji ma jsirux fil-limitu ta’ żmien imniżżel fl-Artikolu 16(1) li jkun jippermetti t-tnaqqis sħiħ tal-ħlas bil-quddiem mill-premiums pagabbli, il-garanzija magħmula għandha tintilef f’rata ugwali għall-ammont tal-ħlas bil-quddiem li ma jkunx ġie rkuprat.

    9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-għoti tal-ħlas bil-quddiem, u b’mod partikolari id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet. Il-produtturi ma jistgħux jippreżentaw applikazzjoni għal ħlas bil-quddiem malli jkunu bdew jagħmlu l-konsenji."

    3. Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "4. Il-ħlas ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jsir biss permezz ta’ trasferiment bankarju jew postali, f’kontijiet maħsuba għal pagamenti bħal dawk li n-numru tagħhom għandu jiġi komunikat lill-korp kompetenti ta’ kontroll u li, fil-każ ta’ grupp ta’ produtturi, għandu jiġi marbut ma’ pagamenti lil membri individwali ta’ gruppi ta’ produtturi."

    4. Fl-Artikolu 29(3) il-paragrafu li ġej qed jiġi miżjud:

    "Il-kwoti ta’ produzzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jistgħu jiġu allokati sal-limitu ta’ żmien għall-konklużjoni ta’ kuntratti tal-koltivazzjoni."

    5. Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "3. It-trasferimenti tal-kwoti ta’ produzzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jinvolvu kwantitajiet ta’ inqas minn 100 kg ħlief fil-każijiet ta’ kwoti ta’ produzzjoni ta’ inqas minn 100 kg, li għandhom jiġu ttrasferiti kollha kemm huma. Iżda, it-trasferimenti ta’ inqas minn 100 kg għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika b’effett mill-ħsad ta’ l-2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, l-10 Marzu 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

    [2] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 10.

    [3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17.

    [4] ĠU L 323, tal-15.12.1999, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top