EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0210

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2000 li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija ta’ l-inkartament sottomess għal eżami dettaljat bil-ħsieb li jiġi inkluż l-ispinosad fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (notifikata bin-numru tad-dokument C(2000) 476)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 64, 11.3.2000, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/210/oj

32000D0210



Official Journal L 064 , 11/03/2000 P. 0024 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Frar 2000

li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija ta’ l-inkartament sottomess għal eżami dettaljat bil-ħsieb li jiġi inkluż l-ispinosad fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(notifikata bin-numru tad-dokument C(2000) 476)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/210/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/80/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ’l quddiem imsejħa "id-Direttiva") tipprovdi għall-bini ta’ lista Komunitarja dwar is-sustanzi attivi awtorizzati sabiex jintużaw fil-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti.

(2) Applikant issottometta inkartament lill-awtoritajiet ta’ numru ta’ Stati Membri bil-ħsieb li jikseb id-dħul ta’ sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva.

(3) Dow AgroSciences issottomettiet inkartament dwar is-sustanza attiva spinosad lill-awtoritajiet Olandiżi fid-19 ta’ Lulju 1999.

(4) L-awtoritajiet imsemmija għarrfu lill-Kummissjoni bl-ewwel riżultati ta’ eżami ta’ l-inkartament sabiex jiġi żgurat illi jipprovdi t-tagħrif kollu preskritt fl-Anness II u, mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustenza attiva interessata, fl-Anness III ta’ mad-Direttiva. Sussegwentament, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6(2), l-applikant issottometta l-inkartament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(5) L-inkartament dwar l-ispinosad kien riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-17 ta’ Awissu 1999.

(6) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ il-konferma uffiċjali fil-livell tal-Komunità illi kull inkartament iwettaq il-ħtiġijiet dwar it-tagħrif preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III tad-Direttiva.

(7) Din il-konferma hija meħtieġa sabiex tippermetti l-eżami dettaljat ta’ l-inkartament u sabiex tippermetti lill-Istati Membri illi jikkonċedu awtorizzazzjoni proviżorja lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva koperta bil-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva u, partikolarment, il-kondizzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-istima dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġijiet preskritti fid-Direttiva.

(8) Deċiżjoni bħal din ma taqtax barra talba għal iktar tagħrif mill-applikant fejn, matul l-eżami dettaljatat, jinstab illi dan it-tagħrif huwa meħtieġ sabiex tintlaħaq deċiżjoni.

(9) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu illi l-Olanda trid twettaq eżami dettaljatat tal-inkartament dwar l-ispinosad.

(10) L-Olanda trid tibgħat lill-Kummissjoni rapport li jiddikjara r-riżultati ta’ l-eżami akkumpanjat minn kull rakkommandazzjoni dwar id-dħul jew it-tħollija barra u dwar kull kondizzjoni li jkollha x’taqsam ma’ dan malajr kemm jista’ jkun imma fi żmien sena. Wara li jkunu rċevew ir-rapport, irid jissokta l-eżami dettaljatat mill-Istati Membri kollha fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

(11) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument li ġej jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġijiet tat-tagħrif preskritti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-użijiet maħsuba:

l-inkartament sottomess mid-Dow AgroSciences lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiddaħħal l-ispinosad bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-17 ta’ Awissu 1999.

Artikolu 2

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 210, ta’ l-10.8.1999, p. 13.

--------------------------------------------------

Top