Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1247

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999 tas-16 Ġunju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għal annimali bovini ħajjin li jiżnu bejn 80 u 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi

ĠU L 150, 17.6.1999, p. 18–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004; Imħassar b' 32004R1204

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1247/oj

31999R1247



Official Journal L 150 , 17/06/1999 P. 0018 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999

tas-16 Ġunju 1999

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għal annimali bovini ħajjin li jiżnu bejn 80 u 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u ta' transizzjoni, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut dwarhom fil-Patti ta' Ftehim tal-Ewropa sabiex jittieħed kont tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż waqt ta' Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ tal-Urugway Round [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2435/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 Ottubru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u ta' transizzjoni, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut dwarhom fil-patti ta' ftehim dwar il-kummerċ ħieles u affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ma' l-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja, sabiex jittieħed kont tal-Fehim dwar l-Agrikoltura li ntlaħaq waqt ta' Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ tal-Urugway Round [3], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

(1) Billi r-Regolamenti (KE) Nru 3066/95 u (KE) Nru 1926/96 jipprovdu għall-ftuh ta' kwota tat-tariffa għal 153000 annimali bovini ħajjin kull sena, li jiżnu bejn 80 u 300 kilogramma u li joriġinaw fl-Ungerija, l-Polonja, r-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, r-Rumanija, l-Bulgarija, l-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja u li jikkwalifikaw għal tnaqqis ta' 80 % fir-rata ta' dazji tad-dwana; billi huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli dettaljati tal-applikazzjoni, fuq bażi mulitannwali, għal perijodi ta' 12 il-xahar li jibdew fl-1 Lulju, minn hawn 'il quddiem imsejjħa s-"sena tal-importazzjoni" ; billi, għal dak l-iskop, l-arranġamenti annwali li kien hemm provdut dwarhom fl-imgħoddi għal dik il-kwota għandhom jiġu applikati;

(2) Billi, bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantità disponibbli għandha ssir aċċessibbli għal kummerċjanti li kapaċi juru li huma ġenwinament involuti f'kummerċ ta' skala sinifikanti ma' pajjiżi terzi; billi, minħabba din u sabiex tiġi żgurata tmexxija effiċjenti, l-kummerċjanti nvoluti għandhom ikunu meħtieġa li jkunu esportaw u/jew importaw minimu ta' 50 annimal matul it-12 il-xahar preċedenti s-sena ta' mportazzjoni in kwistjoni; billi konsenja ta' 50 annimal fil-prinċipju tikkostitwixxi tagħbija normali; billi l-esperjenza wriet illi l-bejgħ jew ix-xiri ta' konsenja waħda huwa r-rekwiżit minimu sabiex transazzjoni tiġi meqjusa reali u vijabbli;

(3) Billi, jekk dawn il-kriterji għandhom jiġu verifikati, l-applikazzjonijiet iridu jiġu preżentati fl-Istat Membru fejn l-importatur huwa mdaħħal f'reġistru tal-VAT;

(4) Billi, sabiex tiġi żgurata importazzjoni ordnata, il-ħruġ ta' liċenzi għandu jiġi mqassam matul is-sena tal-importazzjoni;

(5) Billi għandu jiġi stipulat illi d-drittijiet ta' mportazzjoni għandhom jiġu allokati wara perijodu ta' riflessjoni u fejn ikun meħtieġ bl-applikazzjoni ta' perċentwali stabbilit ta' tnaqqis;

(6) Billi l-arranġamenti għandhom jitmexxew bl-użu tal-liċenzi tal-importazzjoni; billi, għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati regoli dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-applikazzjonijiet u liċenzi, fejn meħtieġ biż-żieda ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 Novembru 1988 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi għall-importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta' ftehim bil-quddiem għal prodotti agrikoli [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1127/1999 [5], u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 Ġunju 1995 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni għal liċenzi għall-importazzjoni u esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2648/98 [7];

(7) Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Laħam taċ-Ċanga u Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. 153000 annimali bovini ħajjin li huma skond il-kodiċi NM 01029021, 01029029, 01029041 jew 01029049 u li joriġinaw fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II jistgħu jiġu mpurtati kull sena skond dan ir-Regolament fuq bażi multiannwali għal perjodi bejn l-1 Lulju sat-30 Ġunju tas-sena ta' wara (minn hawn il quddiem imsejjħa "sena ta' importazzjoni").

Din il-kwota tat-tariffa għandu jkollha n-numru tas-serje 09.4537.

2. Id-dazju tad-dwana ad valorem u d-dazji speċifiċi tad-dwana fuq dawk l-annimali kif stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni (TDK) għandhom jitnaqqsu bi 80 %.

Artikolu 2

1. Sabiex ikunu eliġibbli skond il-kwota li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 1, l-applikanti jridu jkunu persuni naturali jew legali u għandhom jipprovaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru nteressat, fiż-żmien li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom, li kienu mportaw u/jew esportaw mill-inqas 50 annimal koperti b'kodiċi NM 010290 matul it-12 il-xahar ta' qabel is-sena tal-importazzjoni nvoluta; applikanti għandhom ikunu mniżżla f'reġistru tal-VAT nazzjonali.

2. Prova tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għandha tingħata esklussivament permezz tad-dokument tad-dwana ta' ħelsien għal ċirkolazzjoni libera jew id-dokument tal-esportazzjoni korrettement approvat mill-awtoritajiet tad-dwana.

L-Istati Membru jistgħu jaċċettaw kopji tad-dokumenti li saret riferenza għalihom hawn fuq, korrettement ċertifikati mill-awtorità li tkun ħarġithom, li bihom l-applikanti jistgħu jipprovaw għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li huwa mpossibbli għalihom li jakkwistaw l-oriġinali.

Artikolu 3

1. Applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni jistgħu jiġu preżentati biss fl-Istat Membru li fih l-applikant huwa reġistrat għall-iskopijiet tal-VAT.

2. Applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni:

- għandhom ikopru mill-inqas 50 annimal, u

- ma jistgħux ikopru aktar minn 10 % tal-kwantità disponibbli.

Meta l-applikazzjonijiet jeċċedu din il-kwantità, l-eċċess għandu jiġi njorat.

3. Applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni jistgħu jiġu preżentati biss sat-30 Ġunju qabel is-sena ta' mportazzjoni nvoluta.

4. L-applikanti jistgħu jippreżentaw mhux aktar minn applikazzjoni waħda kull wieħed. Fejn l-istess applikant jippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda, l-applikazzjonijiet kollha mingħand dak l-applikant għandhom ikunu inammissibbli.

5. Wara verifika tad-dokumenti preżentati, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-għaxar jum ta' xogħol wara t-tmiem tal-perijodu għall-preżentata ta' applikazzjonijiet, il-lista ta' applikanti u l-kwantitajiet li applikaw għalihom.

In-notifikazzjonijiet kollha, inklużi risposti li juru "xejn", għandhom jintbagħtu bil-fax skond il-formola ta' kampjun fl-Anness I għal dan fil-każi fejn applikazzjonijiet ġew attwalment ippreżentati.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli liema perċentwali ta' kwantitajiet, kopert minn applikazzjonijiet jista' jiġi mportat.

2. Jekk il-kwantitajiet koperti minn applikazzjonijiet kif issir riferenza għalihom fl-Artikolu 3 jeċċedu dawk disponibbli, l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi perċentwali wieħed ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom.

Meta l-applikazzjoni tat-tnaqqis li hemm provdut dwaru fl-ewwel subparagrafu jagħti figura ta' inqas minn 50 ras għal kull applikazzjoni, il-kwantità disponibbli għandha tiġi assenjata mill-Istati Membri nvoluti billi tittella' polza għal drittijiet tal-importazzjoni li jkopru 50 ras kull wieħed. Fejn ikun fadal inqas minn 50 ras, għandu jiġi assenjat dritt tal-importazzjoni wieħed għal dik il-kwantità.

Artikolu 5

1. Il-kwantitajiet assenjati għandhom jiġu mportati bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' liċenza għall-importazzjoni waħda jew aktar.

2. Applikazzjonijiet għal liċenzi jistgħu jiġu preżentati biss fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni għad-dritt ta' mportazzjoni tkun ġiet preżentata.

3. Applikazzjonijiet għall-liċenzi u liċenzi għandhom juru dan li ġej:

(a) f'kaxxa 8, wieħed jew aktar mill-pajjiżi elenkati fl-Anness II; il-liċenzi għandhom iġorru magħhom obbligazzjoni ta' mportazzjoni minn pajjiż wieħed jew aktar minn dawk indikati;

(b) f'kaxxa 16, wieħed mill-gruppi li ġejjin tas-subtitoli tan-Nomenklatura Magħquda fl-istess talba uffiċjali:

- 01029021; 01029029,

- 01029041; 01029049;

(ċ) f'kaxxa 20, in-numru tas-serje 09.4537 u mill-inqas wieħed minn dawn l-ġejjin:

- Reglamento (CE) no 1247/1999

- Forordning (EF) nr. 1247/1999

- Verordnung (EG) Nr. 1247/1999

- Κανονισμός (EK) αριθ. 1247/1999

- Regulation (EC) No 1247/1999

- Règlement (CE) no 1247/1999

- Regolamento (CE) n. 1247/1999

- Verordening (EG) nr. 1247/1999

- Regulamento (CE) n.° 1247/1999

- Asetus (EY) N:o 1247/1999

- Förordning (EG) nr 1247/1999.

4. Wara li ssir in-notifika tal-allokazzjonijiet mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4(1), il-liċenzi għandhom jinħarġu sal-31 Diċembru tas-sena tal-importazzjoni għal massimu ta' 50 % tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Liċenzi tal-importazzjoni għall-kwantitajiet li jkun fadal għall-istess sena tal-importazzjoni għandhom jinħargu mill-1 Jannar.

5. Liċenzi tal-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikun validi għal 90 jum mid-data tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 21(2) ta' Regolament (KEE) Nru 3719/88. Madankollu, l-liċenzi ma jibqgħux validi wara t-30 Ġunju tas-sena tal-importazzjoni.

6. Liċenzi maħruġa għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.

7. L-Artikolu 8(4) tar- Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika. Għal dak il-għan, il-figura "0" (żero) għandha tiġi nserita f'kaxxa 19 tal-liċenzi.

Artikolu 6

Annimali importati għandhom jikkwalifikaw għad-dazji li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1 mal-preżentazzjoni jew ta' ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 maħrug mill-pajjiż tal-esportazzjoni skond il-Protokoll 4 anness mal-Patti ta' Ftehim tal-Ewropa mal-pajjiżi assoċjati tal-Ewropa ċentrali u l-Protokoll 3 anness mal-Patti ta' Ftehim tal-Ewropa mal-pajjiżi Baltiċi jew dikjarazzjoni mħejjija mill-esportatur skond dawk il-Protokolli.

Artikolu 7

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3719/88 u (KE) Nru 1445/95 għandhom japplikaw, bla ħsara għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-16 Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31.

[2] ĠU L 303, tat-13.11.1998, p. 1.

[3] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 1.

[4] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[5] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 48.

[6] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

[7] ĠU L 335, ta' l-10.12.1998, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KE nru tal-fax (32 2) 296 60 27

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista ta' pajjiżi terzi

L-Ungerija

Il-Polonja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Islovakkja

Ir-Rumanija

Il-Bulgarija

Il-Litwanja

Il-Latvja

L-Estonja

--------------------------------------------------

Top