EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0510

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/1999 tat-8 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2848/98 fis-settur tat-tabakk mhux maħdum fir-rigward ta’ l-iffissar ta’ ċerti limiti ta’ żmien u l-Anness II li fih huma ffissati ż-żoni ta’ produzzjoni

ĠU L 60, 9.3.1999, p. 54–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/510/oj

31999R0510



Official Journal L 060 , 09/03/1999 P. 0054 - 0056


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/1999

tat-8 ta’ Marzu 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2848/98 fis-settur tat-tabakk mhux maħdum fir-rigward ta’ l-iffissar ta’ ċerti limiti ta’ żmien u l-Anness II li fih huma ffissati ż-żoni ta’ produzzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1636/98 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 11 tiegħu,

Billi, fin-nuqqas ta’ deċisjoni tal-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni [3] li li tiffissa l-limiti massimi tal-garanziji għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001, għall-ħsad ta’ l-1999 l-Istati Membri ma jistgħux iħarsu l-limiti ta’ żmien għall-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet tal-kwoti lill-produtturi jew il-limiti ta’ żmiem jikkonkludu il-kuntratti ta’ kultivazzjoni ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Kunsill Regolament (KEE) Nru 2075/92 fir- rigward ta’ l-iskema tal-premium, il-kwaoti tal-produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-produttur fis-settur tat-tabakk mhux maħdum [4]; billi dawn il-limiti ta’ żmien għandhom jiġi posposti;

Billi, skond l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, l-għoti tal-premium huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-weraq tat-tabakk jiġi minn żona ta’ produzzjoni speċifika għall-kull varjeta;

Billi dawn iż-żoni ta’ produzzjoni, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98, huma ffissati fl-Anness II li jinsab ma’ dak ir-Regolament;

Billi, wara t-talba minn Franza biex biex tiġi nkluża Île de France fil-lista taż-żoni ta’ produzzjoni tal-Grupp II kien osservat li Île de France kienet ġia teżisti f’numru ta’ versjonijiet ta’ ilsna iżda li r-reġjuni ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur, Picardy, Nord-Pas-de-Calais, Normandy u Réunion kienu nieqsa, u wara it-talba mill-Ġermanja biex jiġi nkluż "Mecklenburg-Vorpommern" fil-lista taż-żoni tal-produzzjoni ta’ Grupp III mingħajr il-kelma "westliches", l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2848/98, li jippreskrivi ż-żoni rikoxxuti ta’ produzzjoni għandu jiġi korrett;

Billi dawn il-miżuri jridu jkunu applikabbli minnufih;

Billi il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2848/98 huwa emendat kif ġej:

1. il-paragrafu li ġejjin 2 u 3 huma miżjuda ma’ l-Artikolu 55:

"2. Għall-ħsad ta’ l-1999, b’deroga mill-Artikolu 22(3), l-Istati Membri għandhom joħorġu d-dikjarazzjonijiet ta’ kwaota lill-produtturi ndividwali li m’humiex membri ta’ grupp u lill-gruppi ta’ produtturi sal-15 ta’ April l-aktar tard.

3. Għall-ħsad ta’ l-1999, b’deroga mill-Artikolu 10(1), il-kuntratti ta’ kultivazzjoni jridu jiġu konklużi, minbarra f’kazijiet ta’ forza maġġuri, sa 30 ta’ Ġunju l-aktar tard.";

2. L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

[2] ĠU L 210, ta’ l-20.7.1998, p. 23.

[3] ĠU C 361, ta’ l-24.11.1998, p. 16.

[4] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“L-ANNESS II

ŻONI RIKONOXXUTI TA’ PRODUZZJONI

Grupp ta' varjetajiet skond l-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 | Stat Membru | Żoni ta' Produzzjoni |

I.I. Imnixxef bis-sħana | Il-Ġermanja | Schleswig-Holstein, Lower Saxony, Bavaria, Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Brandenburg, Mecklenburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia |

Il-Greċja | Thrace, il-Maċedonja ta' Lvant, il-Maċedonja Ċentrali, Il-Maċedonja tal-Punent, Thessaly, Epirus, il-Greċja ta' Lvant Ċentrali, il-Greċja tal-Punent Ċentrali, Peloponnese |

Franza | Aquitaine, Midi- Pyrénées, Auvergne-Limousin, Champagne-Ardenne, Alsace-Lorraine, Rhône-Alpes, Franche- Comté, Provence-Alpes- Côte d'Azur, Loire Region, Centre, Poitou-Charente, Brittany, Languedoc-Roussillon, Normandy, Burgundy, Nord-Pas-de-Calais,Picardy, Île-de-France |

L-Italja | Friuli, Veneto, il-Lombardija, Piedmont, Tuscany, Marche, Umbria, Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Basilicata, Apulia, Calabria |

Spanja | Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha |

Il-Portugall | Beira Interior, Ribatejo Oeste, Alentejo, Autonomous Ir-Reġjun ta' l-Azores |

L-Awstrija | Burgenland, l-Awstrija ta' Isfel, l-Awstrija ta' Fuq, Styria |

II.II. Ħafif imnixxef bl-arja | Il-Belġju | Flanders, Hainaut, Namur, il-Lussemburgu |

Il-Ġermanja | Il-Bavarja, Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Brandenburg, Mecklenburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia |

Il-Greċja | Il-Maċedonja ta' Lvant, il-Maċedonja Ċentrali, Il-Maċedonja tal-Punent, Thessaly |

Franza | Aquitaine, Midi-Pyrénées, Auvergne-Limousin,Alsace-Lorraine, Rhône-Alpes, Provence-Alpes-Côte d'Azur, Franche-Comté, Loire Region, Centre, Poitou-Charente, Brittany, Burgundy, Languedoc-Roussillon, Champagne-Ardenne, Picardy, Nord-Pas-de-Calais, Normandy, Réunion u Île-de-France |

l-Italja | Veneto, il-Lombardija, Piedmont, Umbria, Emilia-Romagna, Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Basilicata, Apulia, Sicily, Friuli, Tuscany, Marche |

Spanja | Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha |

Il-Portugall | Beiras, Ribatejo Oeste, Entre Douro e Minho,Trás-os-Montes, ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores |

L-Awstrija | Burgenland, l-Awstrija ta' Isfel, l-Awstrija ta' fuq, Styria |

III.III. Skur imnixxef bl-arja | Il-Belġju | Flanders, Hainaut, Namur, il-Lussemburgu |

Il-Ġermanja | Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Bavaria, Brandenburg, Mecklenburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia |

Franza | Aquitaine, Midi- Pyrénées,, Languedoc-Roussillon, Auvergne-Limousin, Poitou-Charente, Brittany, Loire Region, Centre, Rh ne-Alpes, Provence-Alpes- Côte d'Azur, Franche- Comté, Alsace-Lorraine, Champagne-Ardenne, Picardy, Nord-Pas-de-Calais, Normandy, Burgundy, Réunion |

L-Italja | Friuli, Trentino, Veneto, Tuscany, Lazio, Molise, Campania, Apulia, Sqallija |

Spanja | Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha, Valencia (Komunita Awtonoma), Navarre, Rioja, Catalonia, Madrid, Galicia, Asturias, Cantabria, area of Compezo in the Basque Country, La Palma (il-Gżejjer Canary) |

L-Awstrija | Burgenland, l-Awstrija ta' Isfel, l-Awstrija ta' Fuq, Styria |

IV.IV. Imnixxef bin-nar | L-Italja | Veneto, Tuscany, Umbria, Lazio, Campania, Marche |

Spanja | Extremadura, Andalusia |

V.V. Imnixxef bix-xemx | Il-Greċja | Il-Maċedonja tal-Punent, Thessaly, Epirus, il-Greċja ta' Lvant Ċentrali, il-Greċja tal-Punent Ċentrali, Peloponnese, Thrace u l-gżejjer |

L-Italja | Lazio, Abruzzi, Molise, il-Campanja, Basilicata, Apulia, Sqallija |

VI.VI. Basmas | Il-Greċja | Thrace, il-Maċedonja ta' Lvant, il-Maċedonja Ċentrali, il-Maċedonja tal-Punent, Thessaly, |

VII.VII. Katerini u varjetajiet simili | Il-Greċja | il-Maċedonja ta' Lvant, il-Maċedonja Ċentrali, I-Maċedonja tal-Punent, Thessaly, Epirus, il-Greċja ta' Lvant Ċentrali, il-Greċja tal-Punent Ċentrali |

VIII.VIII. Kaba Koulak klassiku, Elassona, Myrodata de Agrinion, Zichnomyrodata | Il-Greċja | il-Maċedonja ta' Lvant, il-Maċedonja Ċentrali, il-Maċedonja tal-Punent, Thessaly, Epirus, il-Greċja ta' Lvant Ċentrali, il-Greċja tal-Punent Ċentrali, Peloponnese u l-gżejjer, Thrace |

"

--------------------------------------------------

Top