This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0595
1999/595/EC: Commission Decision of 20 July 1999 on the indicative allocation of the annual Community financial contribution to pre-accession measures for agriculture and rural development (notified under document number C(1999) 2431)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta'Lulju 1999 dwar l-allokazzjoni indikattiva tal-kontibuzzjoni finanzjarja ta' kull sena tal-Komunità għall-miżrui ta' qabel l-adeżjoni għall-żivilupp agrikolu u rurali (noitifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2431)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta'Lulju 1999 dwar l-allokazzjoni indikattiva tal-kontibuzzjoni finanzjarja ta' kull sena tal-Komunità għall-miżrui ta' qabel l-adeżjoni għall-żivilupp agrikolu u rurali (noitifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2431)
ĠU L 226, 27.8.1999, p. 23–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
Official Journal L 226 , 27/08/1999 P. 0023 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta'Lulju 1999 dwar l-allokazzjoni indikattiva tal-kontibuzzjoni finanzjarja ta' kull sena tal-Komunità għall-miżrui ta' qabel l-adeżjoni għall-żivilupp agrikolu u rurali (noitifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2431) (1999/595/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar is-sostenn tal-Komunità għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, (1) Billi fil-perspettiva finanzjarja għall-perjodu 2000 sal-2006 kif miftiehema mill-Kunsill Ewropew fis-sessjoni ta' Berlin tal-24 u l-25 ta' Marzu 1999 u inkluża fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u dwar it-titjib fil-proċedura tal-baġit, il-limitu għat-tlett strumenti ta' qabel l-adeżjoni ġie ffissat; billi l-ammont muri skond l-imsemmi Regolament huwa ammont kostanti ta' EWRO 520 million fil-prezzijiet tal-1999; billi l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Komunità huma f'kull każ limitati bl-approprjazzjonijiet adottati mill-awtorità tal-baġit; (2) Billi l-Komunità għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha lill-kull pajjiż applikant dwar l-allokazzjoni finanzjarja indikattivi tar-riżorsi disponibbli; (3) Billi l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament jistipula li l-allokazzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata fuq il-popolazzjoni tal-bdiewa, iż-żona agrikola, il-prodott gross dometiku kull persuna fil-parità tas-saħħa tax-xiri u s-sitwazzjoni speċifika territorjali; (4) Billi l-pajjiżi applikanti għandhom iġejju il-pjan imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament u jibgħatuh lill-Kummissjoini; billi li jkunu jafu l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni huq prerekwiżit għat-tħejjija tal-pjan; (5) Billi għandu jiġi nnotat li l-għoti ta' għajnuna tal-Komunità taħt l-istrument agrikolu ta' qabel l-adeżjoni huwa kondizzjonat mill-osservanza tal-pajjiż applikant mad-dispożizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-protokolli finanzjarji stabbiliti bejn il-Komunità u l-pajjiżi benefiċjarji, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-allokazzjoni indikattiva finanzjarja minn pajjiż benefiċjarju tal-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' kull sena tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandha tiġi ffissata b'konformità mal-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni. L-ammonti huma espressi bħala prezzijiet kostanti tal-1999. L-allokazzjoni għandha tiġi ffissata għall-perjodu 2000 sal-2006. Din għandha tiġi riveduta, jekk tinqala' l-ħtieġa, skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu aġġustati fejn meħtieġ fuq il-bażi tal-approprjazzjonijiet adottati mill-awtorità tal-baġit. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju, 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. -------------------------------------------------- L-ANNESS Allokazzjoni indikattiva mill-pajjiż benefiċjarju tal-ammont massimu ta' kull sena f'ewro, fi prezzijiet tal-1999, tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità Pajjiżi benefiċjarji | Allokazzjoni ta' kull sena f'ewro (prezzijiet tal-1999) | Bulgarija | 52124000 | Repubblika ¬eka | 22063000 | Estonja | 12137000 | Ungerija | 38054000 | Litwanja | 29829000 | Latvja | 21848000 | Polonja | 168683000 | Rumanija | 150636000 | Slovenja | 6337000 | Slovakkja | 18289000 | Total | 520000000 | --------------------------------------------------