EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2092

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2092/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna d-dikjarazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd li għandhom x'jaqsmu ma' ċertu zoni u riżorsi tal-ħut tal-Komunità

ĠU L 266, 1.10.1998, p. 47–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/12/2004; Imħassar b' 32004R2103

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2092/oj

31998R2092

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2092/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna d-dikjarazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd li għandhom x'jaqsmu ma' ċertu zoni u riżorsi tal-ħut tal-Komunità

Official Journal L 266 , 01/10/1998 P. 0047 - 0058
CS.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
ET.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
HU.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
LT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
LV.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
MT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
PL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
SK.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78
SL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 67 - 78


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2092/98

tat-30 ta' Settembru 1998

li jikkonċerna d-dikjarazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd li għandhom x'jaqsmu ma' ċertu zoni u riżorsi tal-ħut tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi sistema tal-Komunità tas-sajd u l-akwakultura [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tar-Regolament,

Peress illi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tal-ħut [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2635/97 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 19(f)(3) tar-Regolament, liema jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri responsabbli għall-kontroll għandhom data li tikkonċerna l-identifikazzjoni tal-bastimenti li għandhom aċċess għall-ibħra tagħhom;

Peress illi l-implimentazzjoni għall-arranġamenti għall-immaniġjar ta' l-isforzi tas-sajd huma skond r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 fuq l-immaniġjar ta' l-isforzi tas-sajd li għandhom x'jaqsmu ma' ċertu zoni tas-sajd u riżorsi tal-Komunità [5], u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 ta' l-24 ta' April 1997 li jintroduċi arranġamenti għall-immaniġjar ta' l-isforzi tas-sajd fil-Baħar Baltiku [6], jenfasiżża l-bżonn li jaddotta dispożizzjonijiet biex jassigura li l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-listi tal-bastiment msemmija huma ikkomunikati mingħajr dewmien;

Peress illi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2090/98 [7] li jistabbilixxi l-bażi għat-trasmissjoni tad-data lir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità;

Peress illi l-komunikazzjoni tad-data fuq l-isforzi tas-sajd b'ħut għandhom jirreferu għad-data li tinsab fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità;

Peress illi l-miżuri imsemmija f'dan ir-Regolament jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Immaniġjar għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stati Membri għandhom jittrasferixxi lill-Kummissjoni d-data li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 19(f)(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 kif ukoll il-listi ta' bastimenti awtorizzati biex jistadu għall-ħut imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 685/95 u dawk msemmija fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 779/97 skond il-proċeduri mfassla fl-Anness III hawnhekk. Emendi għal-listi ta' bastimenti għandhom ikunu rapportati lill-Kummissjoni skond l-istess proċeduri l-iktar tard erbat ijiem qabel id-dħul tal-bastimenti fiż-żona tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tammetti rċevuta ta' l-emendi msemmija bit-trasferimenti diġitali fuq network ta' telekomunikazzjonijiet mhux iktar tard minn jumejn qabel id-dħul tal-bastimenti fiż-żona tas-sajd.

Artikolu 2

Stati Membri għandhom jitrasferixxi lill-Kummissjoni d-data aggregata fuq l-isforzi tas-sajd li għalihom issir referenza fl-Artikolu 19I tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 skond l-Anness I ma' dan ir-Regolament:

- għal kull zona li għaliha isir referenza fl-Artikolu 19(a)(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, qabel il-15 ta' kull xahar għax-xahar ta' qabel fil-każ ta' speċi li jgħixu qrib il-baħar,

- għal kull żona li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 19(a)(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, fil-każ ta' speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar, salmun, trota tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu, qabel 15 ta' April, 15 ta' Lulju, 15 ta' Ottubru u 15 ta' Jannar għat-tlett xhur qabel, u qabel 15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja għal kull xahar tas-sena ta' qabel,

- għal kull żona li għaliha issir referenza fl-Artikolu 19(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għat-tlett xhur ta' qabel qabel l-aħħar ta' kull xahar ta' kull kwart ta' kalendarju fil-każ ta' speċi pelaġiku.

Artikolu 3

Korrezzjonijiet għall-informazzjoni żbaljata li jinsabu fir-reġistru għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fi żmien 30 ġurnata mid-data f'liema l-iżball ġie misjub.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien tad-data li tikkonċerna l-identifikazzjoni tal-bastimenti okkupati fl-attivitajiet tas-sajd għall-ħut msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 685/95 u dawk msemmija fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 779/97 taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tagħhom b'mod konformi mal-proċeduri mfassla fl-Anness IV hawnhekk.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li għaliha issir referenza f'dan ir-Regolament lill-Kummissjoni b'trasferiment diġitali fuq nework ta' telekomunikazzjoni skond ir-regoli dettaljati u l-kodiċi mfasslin fl-Annessi I sa IV. Il-Kummissjoni għandha tagħti rċevuta tal-messaġġi malli huma ġew validitati fil-bażi tad-data.

Artikolu 6

Il-bastimenti kkonċernati b'dan ir-Regolament għandhom ikunu identifikati b'numru intern irrekordjat fir-reġisrtu tal-Komunità tal-bastimenti tas-sajd, kif issir referenza għalihom fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1.

[3] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 14.

[5] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.

[6] ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1.

[7] Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

SFORZ TAS-SAJD

DEFINIZZJONI TA' INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IKKOMUNIKATA U D-DESKRIZZJONI TAR-REKORD

Dikjarazzjonijet aggregati tas-sajd

Isem taż-żona | Wisgħa | Allinjament | Definizzjioni u rimarki |

Updating indicator | 3 | — | Kodiċi li jidentifika it-tip ta' dikjarazzjoni (ara Tabella 1) |

Entità li qed tiddikjara | 3 | — | Stat Membru (Alpha-3 Kodiċi ISO) li jagħmel id-dikjarazzjoni |

Sajd | 5 | L | Kodiċi tas-sajd (ara l-Anness II) fejn issir l-attività |

Sena ta' osservazzjoni | 4 | — | Sena (SSSS) li matulha jiġi osservat il-bastiment |

L-ewwel xahar | 2 | — | L-ewwel xahar (XX) tal-perjodu ta' osservazzjoni |

l-aħħar xahar | 2 | — | L-aħħar xahar (XX) ta' osservazzjoni |

Sforz/saħħa | 14 | R | Numru ta' kW(bħala numru sħiħ) multiplikat bin-numru ta' ġranet preżenti fiż-żona (bħala numru sħiħ) sabiex jesprimi l-isforz tas-sajd waqt il-perjodu ta' osservazzjoni [1] |

Mili | 14 | — | |

Tabella 1- Kodiċi għall-Updating indicator

Dikjarazzjoni tas-sajd | FIS |

Tneħħija tad-dikjarazzjoni tas-sajd | DFI |

[1] Kalkulat bħala S(i = 1,n)aiPi fejn n hija n-numru ta' bastimenti fiż-żona, ai huwa n-numru ta' ġranet mgħoddija fuq il-baħar mill-bastiment fiż-żona waqt il-perjodu ta' osservazzjoni u pi hija l-qawwa medja tal-bastiment fiż-żona waqt il-perjodu ta' osservazzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

LISTA TA' BASTIMENTI SKOND IL-ĦUT

DEFINIZZJONI TA' INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IKKOMUNIKATA U D-DESKRIZZJONI TAR-REKORD

Isem taż-żona | Wisgħa | Allinjament | Definizzjoni u rimarki |

Updating indicator | 3 | -- | Kodiċi li jidentifika it-tip ta' dikjarazzjoni (Ara Tabella 1) |

Entità li tiddikjara | 3 | -- | Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) li qed jagħmel id-dikjarazzjoni |

Sajd | 5 | L | Kodiċi tas-sajd (Ara l-Anness II) magħmul minn tliet komponenti: tip ta' gear (ara Tabella 2) -- żewġ karattritip ta' speċi mmirat (ara Tabella 3) -- karattru wieħedKodiċi taż-żona ICES (ara Tabella 3, Anness IV) -- żewġ karattri |

Numru intern | 12 | L | Numru intern ta' bastimenti (ara l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98) |

Isem ta' bastiment | 40 | L | |

Dati tal-ġrajja | 8 | -- | Data (YYYYMMDD) meta ġrat il-ġrajja |

Tabella 1 – Kodiċi għall-updating indicactor

Żieda tal-bastiment mal-lista | ADD |

Tneħħija tal-bastiment mil-lista | SUP |

Kanċellazzjoni ta' dikjarazzjoni mhix korretta | CAN |

Tabella 2 - Kodiċi għall-gruppi ta' tagħmir għas-sajd

Tip ta' tagħmir | Kodiċi | Żona [1] |

Tagħmir irmonkat | TG | P+B |

Tagħmir statiku | SG | P |

Tagħmir irmonkat u statiku | TS | P |

Xbieki tat-tartarun, vapuretti pelġiċi u xbieki b'toqob żgħar | PS | P |

Lixki tat-troll | LL | P |

Tagħmir varju | MI | P |

Tagħmir statiku u xbieki | DG | B |

It-tagħmir kollu | AG | B |

Tabella 3 – Kodiċi għal speċi immirati jew gruppi ta' speċi immirati

Tip ta' tagħmir | Kodiċi | Żona [2] |

Speċi tal-qiegħ | D | P+B |

Speċi pelaġiċi | P | P + B |

Speċi tal-fond | B | P |

Awrat, klieb il-baħar u speċi migratorji | M | P |

Speċi mill-familja pectinidae | J | P |

Granċijiet li jittieklu u għaġuż | C | P |

Tonn | T | P |

Speċi pelaġiċi (arring u laċċi kaħla) | H | B |

Salamun, trotta tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu | S | B |

[1] B għall-Baħar Baltiku u P għall-ibħra tal-Punent

[2] B għal Baħar Baltiku u P għall-ibħra tal-Punent

--------------------------------------------------

ANNESS IV

REGOLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI GĦAL STATI KOSTALI

Table 1 — Karatterisitiċi ta' identifikazzjoni għal bastimenti li qed jiġu osservati jew il-bastimenti ta' sajd speċifiku (meta jiġi kkonsultat ir-reġistru)

Karatteristika ta' identifikazzjoni | Wisgħa | Definizzjoni u rimarki |

Żona ta sajd | 2 | Numru taż-żona tas-sajd (żona ICES) kif mogħtija bl-aħħar żewġ ittri tal-kodiċi li jidentifika is-sajda (ara l-Anness II) fejn jinstab il-bastimenti li qed jiġi osservat) |

Immarkar estern | 14 | Skond ir-Regolament (KE) Nru 1381/87. |

Isem tal-bastiment | 40 | |

Sinjal tar-radju internazzjonali | 7 | i.e. il-IRSC |

Bandiera | 3 | Stat Membru (Alpha-3 Kodiċi ISO) li tiegħu l-bastiment qed itajjar il-bandiera. Regolament (KE) Nru 3760/92). |

Tabella 2 — Informazzjoni aċċessibbli għall-istati kostali mill-karatteristiċi f'Tabella 1 (risposta mir-reġistru)

Karatteristika ta'identifikazzjoni | Wisgħa | Definizzjoni u rimarki |

Sajda | 5 | Kodiċi li jidentifika s-sajda (ara l-Anness II) fejn jinstab il-bastiment li qiegħed jiġi osservat |

Immarkar estern | 14 | Skond Regolament (KE) Nru 1381/87 |

Isem il-bastiment | 40 | |

Sinjal tar-radju internazzjonali | 7 | i.e. IRCS. |

Bandiera | 3 | Stat Membru (Alpha-3 Kodiċi ISO) li tiegħu l-bastiment qed itajjar il-bandiera. Regolament (KE) Nru 3760/92). |

Numru intern | 12 | Stat Membru (Alpha-3 Kodiċi ISO) segwit min-numru ta' identiifkazzjoni uniku (minn ittra waħda sa disgħa) |

Numru ta' reġistrazzjoni | 14 | |

Bastiment 15 m bejn pp u; 18 m | 1 | "I" = iva; "L" = Le |

Total | | |

Entità li qed tiddikjara | 3 | Stat Membru (Alpha-3 Kodiċi ISO) li qed jagħmel id-dikjarazzjoni fuq il-bastiment fis-sajda kkonċernata. |

Tabella 3 — Regoli għall-aċċess ta' informazzjoni dwar is-sajd ta' l-istati responsabbli mill-kontroll mill-ibħra tal-punent [1] Regolament) (KE Nru 685/95)

Żona ta' sforz | Żona Nru [2] | Pajjiżd |

| | | | |

Vb [3], VI | 1 | IRL | GBR | – | – | – |

Kaxxa Irlandiża (VI) [4] | 19 | IRL | GBR | – | – | – |

VII | 2 | IRL | GBR | FRA | – | – |

VII a | 21 | IRL | GBR | – | – | – |

VII f [5] | 22 | – | GBR | – | – | – |

Kaxxa Irlandiża (VII) [4] | 29 | IRL | GBR | – | – | – |

VIII a, VIII b, VIII d | 3 | – | GBR | FRA | – | – |

IX, X u CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 (esklużi ibħra oħra) | 40 | – | – | – | ESP | PRT |

VIII c, VIII e, IX [6] | 41 | – | – | – | ESP | – |

IX [4] | 42 | – | – | – | – | PRT |

X [4] | 43 | – | – | – | – | PRT |

CECAF 34.1.1 [6] | 44 | – | – | – | ESP | – |

CECAF 34.1.2 [6] | 45 | – | – | – | ESP | – |

CECAF 34.2.0 [6] | 46 | – | – | – | ESP | – |

CECAF 34.1.1 [7] | 47 | – | – | – | – | PRT |

CECAF 34.1.2 [7] | 48 | – | – | – | – | PRT |

CECAF 34.2.0 [7] | 49 | – | – | – | – | PRT |

Table 4 — Rules for access to data on fisheries of the states responsible for controls in Baltic sea [8] Regulation (EC) No 779/97

Żona ta' sforz | Żona Nru [9] | Pajjiż |

Suddiviżjonijiet 22-32 | 5 | DNK -DEU -FIN -SWE |

Unitajiet ta' Ġestjoni 3 | 51 | FIN -SWE |

[1] L-istat li jiddikjara għandu aċċess għal informazzjoni dwar il-bastimenti tiegħu stess fuq il-listi tas-sajd kollha.

[2] Numri ta' żona tas-sajd kif mogħtija fil-kodiċi tas-sajd (Ara Tabella 1, Anness II).

[3] Bl-eċċezzjoni ta' l-ibħra taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni tal-Faeroes jew l-Islanda.

[4] Parti taż-żona inkluża ż-żona kif definit fl-Artikolu 3, par. 5 tar-Regolament (KE) Nru 685/95.

[5] Tramuntana tal-latitudini 50o 30'

[6] F'ibħra taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni ta' Spanja biss.

[7] F'ibħra taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni tal-Portugall biss.

[8] L-istat li jiddikjara għandu aċċess għal informazzjoni dwar il-bastimenti tiegħu stess fuq il-

[9] Numri ta' żona tas-sajd kif mogħti fil-kodiċi tas-sajd (Ara Tabella 2, Anness II).

--------------------------------------------------

Top